Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01990L0426-20080903

    Consolidated text: Id-direttiva tal-kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel) (90/426/KEE)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1990/426/2008-09-03

    1990L0426 — MT — 03.09.2008 — 012.002


    Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

    ►B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-26 ta’ Ġunju 1990

    dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel)

    (90/426/KEE)

    (ĠU L 224, 18.8.1990, p.42)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      No

    page

    date

    ►M1

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990

      L 224

    29

    18.8.1990

    ►M2

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991

      L 268

    56

    24.9.1991

    ►M3

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-13 ta’ Frar 1992

      L 47

    26

    22.2.1992

    ►M4

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/36/KEE tad-29 ta’ April 1992

      L 157

    28

    10.6.1992

    ►M5

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Marzu 2001

      L 102

    63

    12.4.2001

    ►M6

    ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tal-21 ta’ Frar 2002

      L 53

    37

    23.2.2002

    ►M7

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 806/2003 ta' l-14 ta' April 2003

      L 122

    1

    16.5.2003

    ►M8

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/68/KE Test b'relevanza EEA tas-26 ta' April 2004

      L 139

    320

    30.4.2004

     M9

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/104/KE ta’ l-20 ta’ Novembru 2006

      L 363

    352

    20.12.2006

    ►M10

    DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/73/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE tal-15 ta’ Lulju 2008

      L 219

    40

    14.8.2008


    Emendat bi:

    ►A1

      C 241

    21

    29.8.1994

    ►A2

      L 236

    33

    23.9.2003


    Ikkoreġut b'

     C1

    Rettifika, ĠU L 064M, 10.3.2009, p. 299  (06/104)




    ▼B

    ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

    tas-26 ta’ Ġunju 1990

    dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae (razza taż-żwiemel)

    (90/426/KEE)



    IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

    Billi equidae, li huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat;

    Billi sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali ta’ produzzjoni ta’ equidae, u b’hekk tiżdied il-produttivita f’dak is-settur, regoli li jirregolaw il-moviment ta’ equidae bejn l-Istati Membri għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tal-Komunità;

    Billi it-tagħmir u t-trobbija ta’ equidae u b’mod partikolari taż-żwiemel huwa ġeneralment inkluż fis-settur tal-biedja; billi jikkostitwixxi għajn ta’ dħul ta’ flus għal parti mill-popolazzjoni tal-biedja;

    Billi d-disparitajiet fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali fl-Istati Membri għandhom ikunu eliminati sabiex jinkoraġġixxu il-kummerċ intra-Komunitarju fl-equidae;

    Billi, sabiex jinkoraġġixxu l-iżvilupp armonjuż ta’ kummerċ intra-Komunitarju, sistema Komunitarja għandha tkun stabbilita sabiex tirregola l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

    Billi l-kundizzjonijiet għall-moviment ta’ l-equidae li jġorru dokument ta’ l-identifikazzjoni f’territorju nazzjonali għandhom ikunu rregolati;

    Billi, sabiex ikunu s-suġġett ta’ kummerċ, equidae iridu jissodisfaw ċerti ħtiġiet ta’ saħħa ta’ l-annimali, sabiex jevitaw l-imxija ta’ mard li jittieħed; billi jidher partikolarment xieraq li jipprovdu għal tqassim possibbli f’reġjuni ta’ miżuri restrittivi;

    Billi kundizzjonijiet ta’ trasport għandhom ikunu stabbiliti għall-istess raġuni;

    Billi, biex jassiguraw li dawk il-ħtiġiet huma sodisfatti dispożizzjoni għandha issir għal ħruġ minn veterinarju uffiċjali ta’ ċertifikat tas-saħħa biex jakkompanja l-equidae lejn il-post ta’ destinazzjoni tagħhom;

    Billi l-organizzazzjoni ta’ u s-segwiment ta’ l-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu mill-Istati Membri tad-destinazzjoni u l-miżuri ta’ salvagward li għandhom ikunu implimentati għandhom ikunu stabbiliti fi ħdan il-qafas ta’ regoli li jridu ikunu stabbiliti għall-ispezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali ħajjin bil-ħsieb tat-twettieq tas-suq intern;

    Billi dispożizzjonijiet għandhom isiru għall-possibiltà ta’ spezzjonijiet mill-Kummissjoni; billi dawn l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

    Billi meta tiddefinixxi d-dispożizzjonijiet tal-Komunità applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi teħtieġ li titfassal lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mill-liema l-equidae jistgħu jiġu mportati;

    Billi l-għażla ta’ dawn il-pajjiżi trid tkun ibbażata fuq kriterji ta’ natura ġenerali bħal ma huma l-istat tas-saħħa ta’ bhejjem ħajjin, l-organizzazzjoni u l-poteri tas-servizzi veterinarji u r-regolamenti tas-saħħa li jkunu fis-seħħ;

    Billi, b’żieda ma’ dan, l-importazzjoni ta’ equidae m’għandhiex tkun awtorizzata minn pajjiżi infettati b’mard ta’ l-annimali li jittieħed jew infettiv li jippreżenta riskju għall-bhejjem ħajjin tal-Komunità jew li kienu ħielsa minn infezzjoni bħal din għal perjodu qasir wisq; billi kunsiderazzjonijiet bħal dawn huma validi wkoll għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li fihom twettaq tilqim kontra dan il-mard;

    Billi l-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi trid tiġi ssupplimentata b’kondizzjonijiet speċjali mfassla fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tas-saħħa f’kull wieħed minnhom; billi n-natura teknika u d-diversità tal-kriterji fuq liema dawn il-kundizzjonijet speċjali jiddependu jenħtieġu għad-definizzjoni tagħhom rikors għal proċedura flessibbli u rapida li fiha l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib;

    Billi l-preżentazzjoni ta’ forma ta’ ċertifikat standard komuni mal-importazzjoni ta’ equidae tikkostitwixxi mezz effettiv ta’ verifikazzjoni li r-regoli tal-Komunità ikunu qegħdin jiġu applikati; billi regoli bħal dawn jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet speċjali li jistgħu ivarjaw skond il-pajjiż terz ikkonċernat, u billi dan irid jittieħed akkont tiegħu meta jitfassallu l-formoli standard taċ-ċertifikati;

    Billi veterinarji uffiċjali tal-Komunità għandhom ikunu responsabbli għall-verifikazzjoni li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva huma osservati, b’mod partikolari f’pajjiżi terzi;

    Billi l-ispezzjonijet imwettqa ma’ l-importazzjoni iridu jkopru l-oriġini u l-istat ta’ saħħa ta’ l-equidae;

    Billi l-Istati Membri għandhom jitħallew, mal-wasla ta’ l-equidae fit-territorju tal-Komunità u matul it-transitu lejn il-post tad-destinazzjoni tagħhom, jieħdu l-miżuri kollha, inkluż il-qtil u l-qerda, meħtieġa għall-għan ta’ salvagwardjar tas-saħħa tal-bnedmin u l-annimali;

    Billi r-regoli ġenerali applikabbli għall-ispezzjonijiet li jridu jitwettqu ma’ l-importazzjoni għandhom ikunu definiti fi ħdan kuntest totali;

    Billi kull Stat Membru għandu jkollu d-dritt li jqiegħed projbizzjoni immedjata fuq l-importazzjonijiet minn pajjiż terz meta dawn l-importazzjonijiet jistgħu jkunu perikolużi għas-saħħa ta’ l-annimali; billi f’każ bħal dan koordinazzjoni mal-attitudnijiet ta’ l-Istati Membri rigward dak il-pajjiż terz għandhom ikunu assigurati mingħajr dewmien, mingħajr preġudizzju għall-emendi possibbli għall-lista ta’ pajjiżi awtorizzati biex jesportaw lejn il-Komunità;

    Billi id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu rriveduti b’konnessjoni mat-twettieq tas-suq intern;

    Billi dispożizzjoni għandha ssir għall-proċedura biex tistabbilixxi kooperazzjoni mil-qrib u effettiva bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fill-Kumitat Permanenti Veterinarju,

    ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



    IL-KAPITOLU 1

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    L-Artikolu 1

    Din id-Direttiva tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-moviment bejn Stati Membri u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ equidae ħajjin.

    L-Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

    a) “impriża” tfisser stabbiliment ta’ l-agrikoltura jew tat-taħriġ, stalla jew, b’mod ġenerali, xi fond jew faċilità li fihom l-equidae huma abitwalment miżmuna jew imrobbija, ikun xi jkun l-użu tagħhom;

    (b) equidae” tfisser annimali ferjali jew domestikati ta’ l-ekwini (inklużi ż-żebra) jew speċi asinine (tal-ħmir) jew il-wild ta’ taħlit ta’ dawn l-ispeċi;

    (ċ) equidae rreġistrati” tfisser kull equidae rreġistrat kif definit fid-Direttiva 90/427/KEE ( 4 ), identifikati minn mezz ta’ dokument ta’ l-identifikazzjoni maħruġ mill-awtorità tat-tgħammir jew xi awtorità kompetenti oħra tal-pajjiż minn fejn l-annimal joriġina u li tamministra l-i studbook jew ir-reġistru għal dik ir-razza ta’ l-annimal jew xi assoċazzjoni jew organizzazzjoni internazzjonali li tamministra ż-żwiemel għal kompetizzjoni jew tiġrija;

    (d) equidae għall-qatla” tfisser equidae maħsuba għat-trasport jew direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar approvat lejn il-biċċerija għal qatla;

    (e) equidae għat-tagħmir u l-produzzjoni” tfisser equidae oħrajn għajr dawk imsemmija f’(ċ) u (d);

    (f) “Stat Membru jew pajjiż terz ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel” tfisser kull Stat Membru jew pajjiż terz li fih ma kien hemm l-ebda xhieda klinika, seroloġika (f equidae mhux imlaqqma) jew epidemoloġika tal-marda Afrikana taż-żwiemel fuq it-territorju kkonċernat fl-aħħar sentejn u li fih ma kienx hemm tilqim kontra l-mard matul l-aħħar tnax il-xahar;

    (g) “mard li jrid jiġi mgħarraf b’obbligu” tfisser il-mard elenkat fil-lista fl-Anness A;

    (h) “veterinarju uffiċjali” tfisser il-veterinarju nnominat mill-awtorità kompetenti ċentrali ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz.

    (i) “dħul temporanju” tfisser l-istatus ta’ l-annimal rreġistrat li joriġina minn pajjiż terz u li jidħol fit-territorju tal-Komunità għal perjodu ta’ anqas minn 90 ġurnata li jrid ikun stabbilit mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24, skond is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż ta’ l-oriġini.



    IL-KAPITOLU II

    Regoli għall-moviment ta’ equidae

    L-Artikolu 3

    L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw il-moviment ta’ equidae rreġistrati fit-territorju tagħhom jew jibagħtu equidae lejn Stat Membru ieħor biss meta jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 4 u 5.

    B’dankollu, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jagħtu eżenzjoni ġenerali jew illimitata rigward moviment ta’ equidae li:

     jkunu qegħdin jiġu mirkuba jew meħuda, għall-għanijiet ta’ sport jew rekrejazzjoni, matul toroq li huma lokaliżżati ħdejn il-fruntieri interni tal-Komunità,

     li jkunu jieħdu parti fi ġrajjiet kulturali jew simili jew f’attivitàjiet organizzati minn korpi lokali awtorizzati li jinstabu qrib il-fruntieri interni tal-Komunità,

     li huma maħsuba biss għall-mergħat jew xogħol temporanji qrib il-fruntieri interni tal-Komunità.

    L-Istati Membri li jagħmlu użu minn din l-awtorizzazzjoni għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bil-kontenut ta’ l-eżenzjonijiet mogħtijia.

    L-Artikolu 4

    1.  Equidae m’għandhom juru l-ebda sinjal kliniku ta’ mard waqt l-ispezzjoni. L-ispezzjoni għandha titwettaq fit-48 siegħa qabel l-imbark jew it-tagħbija tagħhom. Fil-każ ta’ equidae rreġistrati, b’dankollu, din l-ispezzjoni għandha, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, tkun meħtieġa biss għal kummerċ intra-Komunitarju.

    2.  Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tal-paragrafu 5 rigward mard li għandu jkun mgħarraf b’obbligu, il-veterinarju uffiċjali irid, fil-ħin ta’ l-ispezzjoni, ikun sodisfatt li m’hemm l-ebda bażi - b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ dikjarazzjonijiet mis-sid jew minn dak li jrabbi - għal konklużjoni li l-equidae kienu f’ kuntatt ma’ equidae li qed ibatu minn mard infettiv jew li jittieħed matul il-15-il ġurnata immedjatament qabel l-ispezzjoni.

    3.  L-equidae ma jridux ikunu maħsuba għall-qatla taħt programm nazzjonali ta’ l-eradikazzjoni ta’ mard li jittieħed jew infettiv.

    4.  L-equidae iridu jkunu identifikati fil-manjiera li ġejja:

    (i) fil-każ ta’ żwiemel irreġistrati, permezz ta’ dokument ta’ identifikazzjoni, kif ipprovvdut fid-Direttiva 90/427/KEE ( 5 ), li jrid jiċċertifika b’mod partikolari li l-Artikolu 5(5) u (6) ikun hemm konformità miegħu. Il-veterinarju uffiċjali jkollu jissospendi l-validità ta’ dan id-dokument għall-perjodu tal-projbizzjonijiet ipprovduti fil-paragrafu 5 jew fl-Artikolu 5. Id-dokument għandu, wara l-qatla taż-żiemel irreġistrat, jintbagħat lura lejn l-awtorità li tkun ħarġitu. Il-proċedura għall-implimentazzjoni ta’ dan il-punt għandha tkun adottata mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24;

    (ii) għall-equidae għat-tagħmir u produzzjoni, l-identifikazzjoni permezz ta’ metodu li għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24.

    Sa dak iż-żmien meta jkun qed jintuża dan il-metodu, il-metodi ta’ l-identifikazzjoni nazzjonali approvati uffiċjalment għandhom jibqgħu jgħoddu, basta li jkunu mgħarrfa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fi żmien tliet xhur mid-data li fiha din id-Direttiva tkun addottata.

    5.  B’żieda mal-ħtiġiet preskritti fl-Artikolu 5, l-equidae ma jridux jiġu minn impriża li kienet is-suġġett ta’ waħda mill-ordnijiet ta’ projbizzjoni li ġejjin:

    (a) jekk l-annimali kollha ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal mard lokaliżżati fl-impriża ma jkunux ġew maqtula, il-perjodu ta’ projbizzjoni li jikkonċerna l-impriża ta’ l-oriġini għandu jkun mill-inqas:

     sitt xhur fil-każ ta’ equidae ssuspetatti li ttieħdu b’ dourine, li jibdew fid-data ta’ l-aħħar kuntatt attwali jew possibbli ma’ annimal marid. B’dankollu, fil-każ ta’ żiemel tar-razza stallion, il-projbizzjoni għandha tapplika sakemm l-annimal ikun imsewwi,

     sitt xhur fil-każ tal-glanders (marda taż-żwiemel b’nefħa taħt ix-xedaq) jew equine encephalomyelitis, li jibdew fil-ġurnata li fiha l-equidae li jbatu mill-marda f’dan il-każ ikunu maqtula,

     fil-każ ta’ anemija (anaemia) infettiva, sad-data li fiha, l-annimali infettivi kienu ġew maqtula, l-annimali li jibqgħu jkunu wrew reazzjoni negattiva għaż-żewġ testijiet Coggins imwettqa fi żmien tliet xhur bejn il-wieħed u l-ieħor,

     sitt xhur fil-każ ta’ stomatite vesikulari,

     xahar mill-aħħar każ irrekordjat, fil-każ ta’ rabja,

     15-il ġurnata mill-aħħar każ rekordjat, fil-każ ta’ traċna;

    (b) jekk l-annimali kollha ta’ l-ispeċi suxxettibbli għal mard lokaliżżati fuq l-impriża ikunu ġew maqtula u l-bini ddiżinfettati, il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jkun ta’ 30 ġurnata, li jibdew fil-ġurnata meta l-annimali jkunu ġew meqruda u l-bini ddiżinfettati, minbarra fil-każ ta’ traċna, f’meta l-perjodu ta’ projbizzjoni huwa ta’ 15-il ġurnata.

    L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jidderogaw minn dawn il-miżuri ta’ projbizzjoni għal ippodromi u korsi tat-tiġrija, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bin-natura ta’ xi derogazzjonijiet mogħtija.

    6.  Meta Stat Membru jħejji jew kien ħejja programm ta’ kontroll volontarju jew obligatorju għal marda li għaliha huma suxxettibbli l-equidae, jista’ jippreżenta l-programm lejn il-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur min-notifika ta’ din id-Direttiva li jaċċenna b’mod partikolari:

     id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu,

     ir-raġunijiet għall-programm, filwaqt li jittieħed f’konsiderazzjoni s-sinifikat tal-marda u l-vantaġġi tan-nefqa/benefiċċju tiegħu,

     iż-żona ġeografika li fiha għandu jkun implimentat il-programm,

     l-istatus tal-kategoriji li għandhom ikunu applikati għall-istabbilimenti, in-normi li jridu jinkisbu għal kull speċi u l-proċeduri tat-test li jridu jintużaw,

     il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm,

     l-azzjoni li trid tittieħed, jekk għal xi raġuni, l-impriża titlef l-istatus tagħha,

     il-miżuri li jridu jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-programm ikunu pożittivi,

     in-natura mhux diskriminatorja tal-kummerċ fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat rigward il-kummerċ intra-Komunitarju.

    Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programm ippreżentat mill-Istati Membri. Fejn xieraq għandha tapprovahom bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24. Kull garanzija addizzjonali, ġenerali jew speċifika, li tista’ tkun meħtieġa fil-kummerċ intra-Komunitarju għandha tkun definita bi qbil ma’ l-istess proċedura. Garanziji bħal dawn ma jridux jeċċedu dawk meħtieġa mill-Istat Membru fit-territorju tiegħu stess.

    Programmi mogħtija mill-Istati Membri jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 25. Emendi jew żidiet mal-programmi li diġà ġew approvati jew ma’ garanziji li diġà ġew definiti bi qbil mat-tieni sotto-paragrafu jistgħu jkunu approvati permezz ta’ l-istess proċedura.

    ▼M4

    L-Artikolu 5

    1.  Kull Stat Membru li mhuwiex ħieles mill-marda Afrikana taż-żwiemel fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(f) jista’ jibgħat equidae minn dik il-parti tat-territorju li hi kkunsidrata li hija nfettata fit-tifsira tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu biss taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

    2.  

    (a) Kull parti tat-territorju ta’ Stat Membru għandha tkun ikkunsidrat li hija infettata mill-marda Afrikana taż-żwiemel jekk:

     l-evidenza klinika, seroloġika, (f’annimali mhux imlaqma) u/jew epidemoloġika tkun uriet il-preżenza tal-marda Afrikana taż-żwiemel fl-aħħar sentejn, jew

     it-tilqim kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel ikun ġie imwettaq matul l-aħħar 12-il xahar.

    (b) Il-parti tat-territorju kkunsidrat li hu infettat mill-marda Afrikana taż-żwiemel għandu jkun fih mill-inqas:

     żona ta’ protezzjoni b’raġġ ta’ mill-anqas 100 km madwar kull ċentru ta’ l-infezzjoni,

     żona ta’ sorveljanza ta’ mill-anqas 50 km li testendi lil hinn miż-żona ta’ protezzjoni li fiha l-ebda vaċċinazzjoni ma saret matul l-aħħar 12-il xahar.

    (ċ) Ir-regoli li jikkontrollaw il-miżuri tat-taqbida rrelatata mat-territorji u żoni li għalihom saret referenza fil-punti (a) u (b) u d-derogi relevanti kif speċifikati fid-Direttiva 92/35/KEE ( 6 ).

    (d) L-equidae kollha imlaqqma misjuba fiż-żona protetta għandhom ikunu rreġistrati u identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 92/35/KEE.

    Id-dokument ta’ l-identifikazzjoni u/jew iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkollu referenza ċara ta’ tilqim bħal dan.

    3.  Stat Membru jista’ jibgħat mit-territorju li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 2(b) equidae biss li jilħqu il-ħtiġijiet li ġejjin:

    (a) għandhom jintbagħtu biss matul ċertu perjodi tas-sena, wara li jkun ittieħed akkont ta’ l-attivita ta’ insetti vettorjali, li għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 25;

    (b) m’għandhomx juru l-ebda sintomi kliniċi tal-marda Afrikana taż-żwiemel fil-jum ta’ l-ispezzjoni li saret referenza dwarha fl-Artikolu 4(1);

    (ċ) 

     jekk ma jkunux ġew imlaqqma kontra l-marda Afrikana taż-żwiemel, iridu jkunu għaddew minn u kellhom reazzjoni negattiva għal test ta’ fissassjoni kumplimentari għal marda Afrikana taż-żwiemel kif deskritta fl-Anness D, f’żewġ okkażjonijiet, b’intervall ta’ bejn 21 u 30 jum bejn iż-żewġ testijiet, it-tieni minn dawn għandhom ikunu mwettqa matul l-10t ijiem qabel id-dispaċċ,

     jekk ikunu ġew imlaqqma, m’għandhomx ikunu ġew imlaqqma matul l-aħħar xahrejn u jridu jkunu għad dew mit-test deskritt fl-Anness D fl-imsemmija intervalli mingħajr ma tkun ġiet rreġistrata xi żieda fl-għadd ta’ l-antikorpi. Permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24, il-Kummissjoni tista’, b’segwiment ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Xjentifiku, tirrikonoxxi metodi oħrajn ta’ monitoraġġ;

    (d) iridu jkunu ġew miżmuma fi stazzjon tal-kwarantina għal mill-anqas 40 jum qabel id-dispaċċ;

    (e) għandhom ikunu ġew imħarsa minn insetti vettorjali matul il-perjodu ta’ kwarantina u matul it-trasportazzjoni mill-istazzjon tal-kwarantina għal post tad-dispaċċ.

    ▼B

    L-Artikolu 6

    L-Istati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk preskritti fl-Artikolu 4(5) rigward movimenti fi ħdan it-territorju tagħhom ta’ equidae u equidae rreġistrati, b’mod partikolari permezz tad-dokument ta’ l-identifikazzjoni, jistgħu jagħtu lill-xulxin derogazzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) u t-tieni subinċiż ta’ l-Artikolu 8(1) fuq bażi reċiproka.

    Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

    L-Artikolu 7

    ▼M10

    1.  L-ekwidi għandhom ikunu ttrasportati, kemm jista’ jkun malajr, mill-impriża ta’ l-oriġini jew direttament jew inkella permezz ta’ suq approvat jew ċentru ta’ ragruppar kif definit bħala “ċentru ta’ assemblaġġ” fl-Artikolu 2(2)(o) tad-Direttiva 64/432/KEE sal-post tad-destinazzjoni f’vetturi jew kontenituri li jkunu ġew imnaddfa u ddiżinfettati regolarment b’diżinfettant f’intervalli li għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri tad-dispaċċ. Il-vetturi jridu jkunu iddisinjati b’tali mod li ħmieġ ta’ l-ekwidi, tiben jew għalf ma jkunx jista’ joħroġ mill-vettura waqt it-trasport. It-trasport irid isir b’tali mod li s-saħħa u l-istat tajjeb ta’ l-ekwidi jistgħu jkunu protetti b'mod effettiv.

    ▼B

    2.  L-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu, fuq bażi ġenerali jew restritta, jagħtu derogazzjoni minn uħud mill-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 4(5) għal kull annimali li jġorr marka speċjali li tindika li huwa skedat għall-qatla, basta li ċ-ċertifikat tas-saħħa jsemmi derogazzjoni bħal din.

    Fil-każ ta’ l-għoti ta’ derogazzjoni bħal din equidae għall-qatla jridu jiġu ttrasportati direttament lejn il-biċċerija nnominata u jkunu maqtula fi żmien ħamest ijiem mill-wasla fil-biċċerija.

    3.  Il-veterinarju uffiċjali għandu jżomm rekord tan-numru ta’ l-identifikazzjoni jew tan-numru tad-dokument ta’ l-identifikazzjoni ta’ l-annimal maqtul u jgħaddih lill-awtorità kompetenti tal-post tad-dispaċċ, fuq talba minn din ta’ l-aħħar, attestat li juri li l-annimal ikun ġie maqtul.

    L-Artikolu 8

    1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

      equidae rrreġistrati li jħallu l-impriżi tagħhom ikunu akkompanjati bid-dokument ta’ l-identifikazzjoni preskritt fl-Artikolu 4(4) flimkien - jekk huma intenzjonati għal kummerċ intra-Komunitarju - bl-attestazzjoni li hemm provvediment dwarha fl-Anness B,

      equidae għat-tagħmmir, għal-produzzjoni u għal-qatla għandhom, matul it-trasportazzjoni tagħhom, ikunu akkompanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun konformi ma’ l-Anness Ċ ta’ din id-Direttiva.

    Iċ-ċertifikat, jew fil-każ ta’ dokument ta’ identifikazzjoni, il-formola li tkun fiha l-partikolaritajiet tas-saħħa, għandu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6, ikun imħejji matul it-48 siegħa qabel l-imbark tagħhom jew inkella mhux aktar tard mill-aħħar ġurnata tax-xogħol preċedenti għal dan, f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali ta’ l-Istati Membri tad-dispaċċ u destinazzjoni. It-tul taż-żmien tal-validità taċ-ċertifikat huwa ta’ 10t ijiem. Iċ-ċertifikat għandu jikkonsisti minn karta waħda.

    2.  L-importazzjoni ta’ equidae oħrajn apparti minn equidae rreġistrati jistgħu jkunu koperti minn ċertifikat wieħed tas-saħħa għal kull kunsinja minflok iċ-ċertifikat individwali li hemm referenza dwaru fit-tieni subinċiż tal-paragrafu 1.

    ▼M1

    L-Artikolu 9

    Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jikkonċernaw l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku fil-kummerċ intra-Kommunitarju f’ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern ( 7 ), għandhom jgħoddu b’mod partikolari għall-iċekkjar, ta’ l-oriġini, għall-organizzazzjoni ta’, u prosegwiment ta’ l-iċċekkjar, li għandu jsir mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, u tal-miżuri tas-salvagwardji li għandu jkun implimentat.

    ▼B

    L-Artikolu 10

    Esperti veterinarji mill-Kummissjoni jistgħu, safejn hu meħtieġ sabiex jasssiguraw l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’kooperazzjoni ma’ l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ dawn l-ispezzjonijiet.

    L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq spezzjoni għandu jagħti lill-esperti l-għajnuna kollha meħtieġa sabiex iwettqu x-xogħol tagħhom.

    Arranġamenti ġenerali għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu addottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24.



    IL-KAPITOLU III

    Regoli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi

    L-Artikolu 11

    1.  Equidae importati fil-Komunità għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikoli 12 sa 16.

    2.  Sad-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet addottati permezz ta’ l-Artikoli 12 sa 16, l-Istati Membri għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ equidae minn pajjiżi terzi kundizzjonijiet mill-anqas ekkwivalenti għal dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Kapitolu II.

    ▼M8

    L-Artikolu 12

    1.  L-importazzjoni ta' l-ekwidi ġewwa il-Komunità għandha tkun awtorizzata biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista jew fil-listi mħejjija u emendati bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 24(2).

    Meta tkun meqjusa s-sitwazzjoni tas-saħħa u l-garanziji kif ipprovduti mill-pajjiż terz għall-ekwidi, jista jkun deċiż bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 24(2) li l-awtorizzazzjoni li hemm provvediment dwarha fis-sub-paragrafu preċedenti għandha tkun applikabbli għat-territorju kollu ta' pajjiż terz jew biss għal parti mit-territorju tiegħu.

    Għall-dak l-iskop u fuq il-bażi tan-normi internazzjonali relevanti, akkont għandu jittieħed ta' kif dak il-pajjiż terz ikun japplika u jimplementa dawk in-normi, partikolarment il-prinċipju tar-reġjonalizzazzjoni fi ħdan it-territorju tiegħu stess u b'relazzjoni mal-ħtiġiet sanitarji tiegħu għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħrajn u mill-Komunità.

    2.  Meta l-listi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 jkunu mħejjija jew emendati, akkont partikolari għandu jittieħed ta':

    (a) l-istat tas-saħħa ta' l-ekwidi, l-annimali domestiċi l-oħrajn u tal-ħajja ferjali fil-pajjiż terz, b'attenzjoni partikolari għall-mard eżotiku ta' l-annimali u ta' xi aspetti tas-saħħa ġenerali u tas-sitwazzjoni ambjentali f'dak il-pajjiż terz li jistgħu joħolqu riskju għas-saħħa u l-istat ambjentali tal-Komunità;

    (b) il-leġislazzjoni tal-pajjiż terz b'relazzjoni mas-saħħa u l-benessere ta' l-annimali;

    (ċ) l-organizzazzjoni ta' l-awtorità veterinarja kompetenti u tas-servizzi tagħa tal-ispezzjoni, il-poteri ta' dawk is-servizzi, is-superviżjoni li għaliha huma suġġetti, u l-meżżi fid-dispożizzjoni tagħhom, inklużi l-kapaċità tal-persunall u tal-laboratorji, li japplikaw b'mod effettiv il-leġistazzjoni nazzjonali;

    (d) l-assigurazzjonijiet li l-awtorità veterinarja kompetenti tal-pajjiż terz tista tagħti f'dak li jirrigwardja l-konformità u l-ekwivalenza mal-kondizzjonijiet relevanti tas-saħħa ta' l-annimali li huma applikabbli fil-Komunità;

    (e) jekk il-pajjiż terz ikunx membru tal-Office International des Epizooties OIE u tar-regolarità u l-ħeffa ta' l-informazzjoni fornuta mill-pajjiż terz fir-rigward ta' l-eżistenza ta' mard infettus jew li jittieħed ta' l-annimali fit-territorju tiegħu, partikolarment dak il-mard elenkat mill-OIE u fgl-Anness A ta' din id-Direttiva;

    (f) il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz li direttament li jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri:

    (i) li fi żmien 24 siegħa tal-konferma tas-seħħ ta' xi mard infettus ta' l-ekwidi elenkat fl-Anness A u ta' xi tibdil fl-istrateġija tal-vaċċinazzjoni li tikkonċerna tali mard;

    (ii) li matul perijodu xieraq, ta' xi tibdil propost fir-regoli sanitarji nazzjonali li jikkonċernaw l-annimali ewkidi, partikolarment f'dak li jirrigwardja l-importazzjoni ta' l-ekwidi;

    (iii) matul intervalli regolari, dwar l-istatus tas-saħħa fit-territorju tiegħu f'dak li jikkonċerna l-ekwidi;

    (g) kwalunkwe esperjenza dwar importazzjoni preċedenti ta' l-ekwidi ħajjin mill-pajjiż terz u r-riżultati ta' xi kontrolli ta' l-importazzjoni kif imwettqa;

    (h) ir-riżultati tal-ispezzjonijiet mill-Komunità u/jew l-awditjar imwettaq fil-pajjiż terz, partikolarment ir-riżultati tal-istudji mill-awtoritajiet kompetenti jew, meta l-kummissjoni hekk titlob, ir-rapport ippreżentat mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-ispezzjonijiet li huma jkunu wettqu;

    (i) ir-regoli dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard ta' l-annimali, infettus jew li jittieħed, li jkunu fis-seħħ fil-pajjiż terz u l-implementazzjoni tagħhom, inklużi r-regoli dwar l-importazzjoni ta' l-ekwidi minn pajjiżi terzi oħrajn.

    3.  Il-Kummissjoni għandha tirranġa għall-aġġornament tal-verżjonijiet tal-listi kollha imħejjija jew emendati kif hemm provvediment dwar dan fil-paragrafu 1 li għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

    Dawk il-listi jistgħu ikunu miġbura flimkien ma' listi oħrajn imħejjija għall-iskopijiet tas-saħħa ta' l-annimali u tal-pubbliku u jistgħu ukoll jinkludi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa.

    4.  Kondizzjonijiet speċjali ta' l-importazzjoni għal kull pajjiż terz jew grupp ta' pajjiżi terzi, li jqisu s-siwazzjoni tas-saħħa ta' l-annimali li tikkonċerna l-ekwidi fil-pajjiż jew il-pajjiżi terzi ikkonċernati għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 24(2).

    5.  Regolati dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u l-kriterja sabiex ikunu nklużi pajjiżi terzi jew partijiet tal-pajjiżi terzi, fil-listi li hemm provvediment dwarhom fil-paragrafu 1 jistgħu ikunu adottat bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 24(2).

    ▼B

    L-Artikolu 13

    1.  L-equidae għandhom jiġu minn pajjiżi terzi:

    (a) ħielsa mill-marda Afrikana taż-żwiemel;

    (b) li jkun ilhom ħielsa għal sentejn mill-equine encephalomyelitis tal-Veneżwela (VEE);

    (ċ) li jkun ilhom ħielsa għal sitt xhur minn dourine (marda ta’ l-istinar) u glanders (marda ta’ nefħa ta’ taħt ix-xedaq).

    2.  Il-Kummissjoni tista, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24:

    (a) tiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom jgħoddu għal parti biss mit-territorju ta’ pajjiż terz.

    Fil-każ tal-marda Afrikana taż-żwiemel il-ħtiġiet li japplikaw fuq bażi reġjonali, mill-inqas il-miżuri preskritti fl-Artikoli 5(2) u (3) irid ikun hemm konformità magħhom;

    (b) tenħtieġ garanziji addizzjonali għall-mard aljeni għall-Komunità.

    L-Artikolu 14

    Qabel il-ġurnata tat-tagħbija għat-trasport lejn l-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-equidae iridu jkunu baqgħu mingħajr interruzzjoni fit-territorju jew fil-parti tat-territorju ta’ pajjiż terz jew, fil-każ ta’ reġjonalizzazzjoni, fil-parti tat-territorju definit bi qbil ma’ l-Artikolu 13(2)(a) għal perjodu li għandu jkun stabbilit fid-deċiżjonijiet li għandhom ikunu adottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 15.

    Għandhom ikunu ġejjin minn impriża mqiegħda taħt sorveljanza veterinarja.

    L-Artikolu 15

    L-importazzjoni ta’ equidae mit-territorju ta’ pajjiż terz jew minn parti tiegħu kif definit bi qbil ma’ l-Artikolu 13(2)(a) dwar il-lista mħejjija bi qbil mal-Artikolu 12(1) għandha tkun awtorizzata biss jekk l-equidae, iżjed u aktar mill-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 13:

    (a) ikunu konformi mal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali addottati, b’referenza għall-ispeċi f’dak il-każ u tal-kategoriji ta’ equidae, bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24 għal importazzjoni ta’ equidae minn dak il-pajjiż.

    Il-bażi tar-referenza biex ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali bi qbil mal-paragrafu 1 għandhom ikunu n-normi preskritti fl-Artikoli 4 u 5; u

    (b) fil-każ ta’ pajjiż terz li mhux ħieles minn stomatite vesikulari jew arteritis virali għal mill-inqas sitt xhur, l-equidae għandhom jilħqu l-ħtiġiet li ġejjin:

    (i) iridu jkunu ġejjin minn impriża li tkun ilha ħielsa minn stomatite vesikulari għal mill-inqas sitt xhur u iridu jkunu reaġixxew negattivament għal test seroloġiku qabel id-dispaċċ;

    (ii) fil-każ ta’ arteritis virali, l-equidae maskili għandom - minkejja l-Artikolu 19(ii) - ikunu reaġixxew negattivament għal test seroloġiku jew għal test ta’ test ta’ l-iżolazzjoni tal-virus jew għal xi test ieħor rikonoxxut bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24 li jkun jiggarantixxi ħelsien mill-virus.

    Bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24, u b’segwiment ta’ l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, il-Kummissjoni tista tiddefinixxi l-kategoriji ta’ equidae maskili li dwarhom din il-ħtieġa għandha tkun applikabbli.

    L-Artikolu 16

    1.  L-equidae għandhom ikunu identifikati bi qbil mal-Artikolu 4(4) u akkompanjati minn ċertifikat imħejji minn veterinarju uffiċjali tal-pajjiż terz li jesporta. Dan iċ-ċertifikat irid:

    (a) jinħareġ fil-ġurnata tat-tagħbija ta’ l-annimali għad-dispaċċ lejn l-Istati Membri tad-destinazzjoni jew fil-każ ta’ żwiemel irreġistrati fl-aħħar ġurnata tax-xogħol qabel l-imbark;

    (b) ikun imħejji f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istati Membri tad-destinazzjoni u waħda minn dawk ta’ l-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni ta’ l-importazzjoni;

    (ċ) jakkompanja l-annimali fl-oriġinal;

    (d) jattesta li l-annimali jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u dawk stabbilit bis-saħħa ta’ din id-Direttiva rigward l-importazzjoni minn pajjiżi terzi;

    (e) jikkonsisti minn karta waħda;

    (f) jinħareġ għal destinatarju wieħed jew, fil-każ ta’ l-annimali għall-qatla, għal kunsija, basta li l-annimali jkunu mmarkati u identifikati sewwa.

    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jagħmlu użu minn din l-għażla.

    2.  Iċ-ċertifikat għandu jitħejja fuq forma li tkun konformi mal-mudell stabbilit bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24.

    L-Artikolu 17

    Il-verifiki għandhom jitwettqu fuq il-post minn esperti veterinarji ta’ l-Istati Membri u l-Kummissjoni sabiex jivverfiikaw jekk id-dispożizzjonijiet ta’ din id- Direttiva, u partikolarment dawk ta’ l-Artikolu 12(2), ikunu qegħdin jiġu applikati fil-prattika.

    Jekk il-verifiki li jitwettqu fi ħdan it-termi ta’ dan l-Artikolu jiżvelaw fatti serji bħala kontra l-impriża approvata, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri u minnufih taddotta deċiżjoni li tissospendi proviżjonalment l-approvazzjoni. Id-deċiżjoni finali għandha tittieħed bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 25.

    L-esperti mill-Istati membri li għandhom ikunu fdati b’dawn il-verifiki għadhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.

    Dawn il-verifiki għandhom isiru f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ n-nefqa ta’ kull spiża involuta f’dan il-każ.

    Il-frekwenza ta’ u l-proċedura għal dawn il-verifiki għandhom ikunu ddeterminati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24.

    L-Artikolu 18

    1.  Immedjatament wara l-wasla fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, equidae għall-qatla għandhom jittieħdu f’biċċerija, jew direttament jew wara transitu minn suq jew ċentru ta’ ragruppar, u, bi qbil mal-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali, ikunu maqtula f’perjodu ta’ żmien speċifikat fid-deċiżjonijiet li jridu jkunu addottati bis-saħħa ta’ l-Artikolu 15.

    2.  Mingħajr preġudizzju għal xi kondizzjonijiet speċjali li jistgħu ikunu adottati bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’, fuq bażi tas-saħħa ta’ l-annimali, jinnomina l-biċċerija fejn dawn l-equidae għandhom jittieħdu.

    L-Artikolu 19

    Il-Kummissjoni, li taġixxi bi qbil mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 24:

    (i) tista tiddeċiedi li l-importazzjoni minn pajjiż terz jew minn parti ta’ pajjiż terz iridu jkunu ristretti għal speċi jew kategoriji partikolari;

    (ii) għandha, minkejja l-Artikolu 15, jistabbilixxu l-kundizzjonijiet speċjali għad-dħul temporanju fit-territorju tal-Komunità ta’ equidae rreġistrati jew equidae intenzjonati għal użu speċjali jew għad-dħul mill-ġdid tagħhom fit-territorju tal-Komunità wara li kienu ġew esportati temporanjament;

    (iii) għandha tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-konverżjoni ta’dħul temporanju għal dħul permanenti;

    ▼M8

    (iv) tista tiddelega laboratorju ta' referenza tal-Komunità dwar wieħed jew aktar mill-mard ta' l-ekwidi elenkati fl-Anness A u għandha tistipula l-funzjonijiet, id-doveri u l-proċeduri fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-laboratorji responsabbli għad-dianjożi tal-mard infettus ta' l-ekwidi fl-Istati Membri.

    ▼M2 —————

    ▼B



    IL-KAPITOLU IV

    Dispożizzjonijiet finali

    L-Artikolu 22

    Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari dawk li jinsabu fit-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 4(1) u fl-Artikoli 6, 8 u 21, għandhom ikunu eżaminati mill-ġdid qabel l-1 ta’Jannar 1993 fil-qafas tal-proposti li jirrelataw għat-twettieq tas-suq intern, li dwarhom il-Kunsill għandu jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata.

    L-Artikolu 23

    L-Annessi għal din id-Direttiva għandhom ikunu emendati bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 25.

    ▼M7

    Artikolu 24

    1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali stabbilit skond l-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 ( 8 ).

    2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 9 ).

    Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.

    3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta' Proċedura.

    Artikolu 25

    1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali.

    2.  Meta jsir riferiment għal dan l-Artikolu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

    Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal 15-il jum.

    ▼B

    L-Artikolu 26

    L-Artikolu 34 tad-Direttiva 72/462/KEE għandu japplika għall-ħtiġiet stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 27

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’Jannar 1992. Għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

    L-Artikolu 28

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




    L-ANNESS A

    MARD LI GĦANDU JKUN MGĦARRAF B'OBBLIGU

    Il-mard li ġej għandu jiġi mgħarraf b'obbligu:

      Dourine (marda ta' l-istinar)

      Glanders (marda b'nefħa taħt ix-xedaq)

      Encephalomyelitis ta' ekwini (ta' kull tip, inkluż VEE)

     Enemijia infettiva (Infectious anaemia)

     Ir-Rabja

     Traċna

     Il-marda Afrikana taż-żwiemel

     Stomatite vesikulari

    ▼M3




    L-ANNESS B

    image

    ►(2) M5  

    ►(2) M5  




    L-ANNESS Ċ

    image

    image

    ►(4) A1  

    ►(4) M5  

    ►(4) M5  

    ►(4) A2  

    ▼M6




    L-ANNESS D

    ID-DENI AFRIKAN TAŻ-ŻWIEMEL

    DIJANJOSI

    Ir-reagenti għall-assaġġi immunosorbent marbuta bl-enżimi (enzyme-linked) (ELISA) deskritti hawn taħt jistgħu jinkisbu mil-laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità Ewropea jew il-Laboratorji ta’ Referenza OIE għad-deni Afrikan taż-żwiemel.

    1.   KOMPETITTIVA ELISA GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAD-DENI AFRIKAN TAŻ-ŻWIEMEL (VMŻA) (TEST PRESKRITT)

    ELISA kompetittiva hija użata sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi f’serum minn xi speċi ta’ equidae. Is-serum tal-fenek ta’ l-Indi li huwa ta’ spectrum wiesa’, polyclonal, immun anti-VMŻA (minn issa ’l quddiem “antiserum tal-fenek ta’ l-Indi”) huwa serogroup speċifiku u jista’ jikxef is-serotipi kollha magħrufa tal-virus MŻA.

    Il-prinċipju tat-test huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn l-antiġen VMŻA u antiserum tal-fenek ta’ l-Indi permezz ta’ kampjun tat-test tas-serum. Antikorpi VMŻA fil-kampjun tat-test tas-serum jistgħu jikkompetu ma’ dawk fl-antiserum tal-fenek ta’ l-Indi li jirriżultaw fi tnaqqis fil-kulur mistenni (wara ż-żieda ta’ antikorpi tal-fenek ta’ l-Indi b’tikketta ta’ enżimi u sotto-strati). Serum jistgħu jiġu ttestjati b’tidwiba waħda ta’ 1 f’5 (metodu ta’ spot test) jew jistgħu jiġu ttitrati (metodu ta’ titrazzjoni tas-serum) biex jagħtu dilution end-points. Valuri ta’ inibizzjoni għola minn 50 % jistgħu jiġu meqjusa bħala pożittivi.

    Il-protokoll tat-test deskritt minn issa ’l quddiem huwa użat fil-Laboratorju ta’ Referenza Nazzjonali għad-deni Afrikan taż-żwiemel f’Pirbright, ir-Renju Unit.

    1.1.   Proċeduta tat-test

    1.1.1.   Preparazzjoni tal-pjanċi

    1.1.1.1. Iksi l-pjanċi tal-ELISA b’antiġen VMŻA estratt minn kulturi ta’ ċelloli infettati u mdewba f’buffer ta’ karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi tal-ELISA matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

    1.1.1.2. Aħsel il-pjanċi tliet darbiet billi tgħarriq u tiżvojta l-bjar b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFS), pH 7,2 sa 7,4 pH, u nixxef fuq karta li tassorbi.

    1.1.2.   Bjar ta’ kontroll

    1.1.2.1. Ittitra s-serum ta’ kontroll pożittiv f’serje ta’ tidwib doppji, minn 1 sa 5 sa 1 f’640, matul kolonna 1 f’blocking buffer (BFS li fih ikunu jinsabu 0,05 % (v/v) Tween-20, 5,0 % (w/v) trab tal-ħalib xkumat (Cadbury’s Marvel TM) u 1 % (v/v) serum ta’ l-ifrat adulta) sabiex jagħtu volum finali ta’ 50 μl/well.

    1.1.2.2. Żid 50 μl tas-serum ta’ kontroll negattiv f’tidwiba ta’ 1 f’5 (10 μl serum + 40 μl buffer li jibblokka lill-bjar A u B ta’ kolonna 2.

    1.1.2.3. Żid 100 μl/well ta’ blocking buffer lill-bjar C u D ta’ kolonna 2 (blank).

    1.1.2.4. Żid 50 μl ta’ blocking buffer lill-bjar E, F, G u H ta’ kolonna 2 (kontroll tal-fenek ta’ l-Indi).

    1.1.3.   Metodu ta’ Spot test

    1.1.3.1. Żid tidwiba ta’ 1 f’5 ta’ kull test serum f’buffer li jibblokka sabiex jiġu ddupplikati bjar ta’ kolonni 3 sa 12 (10 μl + 40 μl blocking buffer).

    jew

    1.1.4.   Metodu ta’ titrazzjoni tas-serum

    1.1.4.1. Ipprepara serje ta’ tidwib doppji ta’ kull kampjun tat-test (1 f’5 sa 1 f’640) f’blocking buffer matul tmint ibjar ta’ kolonni waħdanija (3 sa 12).

    imbagħad

    1.1.5.

    Żid 50 μl ta’ antiserumi tal-fenek ta’ l-Indi, imdewweb minn qabel f’blocking buffer, lejn il-bjar kollha minbarra l-bjar blank tal-ELISA plate (il-bjar kollha issa jikkontjenu volum finali ta’ 100 μl).

    1.1.5.1.

    Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker.

    1.1.5.2.

    Aħsel il-pjanċi tliet darbiet u nixxef bħal qabel.

    1.1.5.3.

    Żid 50 μl ta’ serum tal-fenek ta’ kontra l-fenek ta’ l-Indi kompost bi perossidi (HRP) dilwit minn qabel f’blocking buffer lil kull bir.

    1.1.5.4.

    Inkuba għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C fuq orbital shaker.

    1.1.5.5.

    Aħsel il-pjanċi tliet darbiet u nixxef bħal qabel.

    1.1.6.

    Chromogen

    Ipprepara s-soluzzjoni tal-chromogen OPD (OPD = ortho-phenyldiamine) skond l-istruzzjonijiet tal-fabbrikant (0,4 mg/ml f’ilma sterili ddistillat) eżattament qabel ma’ jintuża. Żid sotto-strat (perossidu (akwa ossiġenata) = H2O2) biex tagħti konċentrazzjoni finali ta’ 0,05 % (v/v) (1 f’2 000 ta’ soluzzjoni ta’ 30 % ta’ H2O2). Żid 50 μl tas-soluzzjoni ta’ l-OPD ma’ kull bir u ħalli l-pjanċi fuq il-bank għal 10 minuti f’temperatura ambjentali. Waqqaf ir-reazzjoni billi żżid 50 μl/bir ta’ 1M aċidu sulfiriku (H2SO4).

    1.1.7.

    Qari

    Aqra speċtrophotometrikament f’492 nm.

    1.2.   L-espressjoni tar-riżultati

    1.2.1.

    Billi tuża software package stampa l-valuri ta’ densità ottika, u l-persentaġġ ta’ inibizzjoni (PI) għas-serum tat-test u l-kontroll ibbażati fuq il-valur medju rrekordjat fl-erba’ bjar ta’ kontroll tal-fenek ta’ l-Indi. Il-dettalji espressi bħala valuri ta’ OD u PI huma użati sabiex jistabbilixxu jekk it-test ikunx ġie mwettaq fil-limiti aċċettabbli. Il-limiti għolja tal-kontroll massimi (OKM) u l-limiti l-baxxi tal-kontroll minimi (BKM) għall-kontroll tal-fenek ta’ l-Indi huma bejn il-valuri ta’ OD 1,4 u 0,4 rispettivament. It-titru tal-ponta tat-tarf għall-kontroll pożittiv ibbażat fuq 50 % PI għandu jkun 1 f’240 (f’firxa minn 1 f’120 sa 1 f’480). Kull pjanċa li tonqos milli tkun konformi mal-kriterji ta’ hawn fuq għandha tkun imwarrba. B’dankollu, jekk it-titru tas-serum tal-kontroll pożittiv huwa akbar minn 1 f’480 u l-kampjuni tat-test għadhom negattivi mbagħad il-kampjuni tat-test negattiv jistgħu jiġu aċċettati.

    Il-bjar tas-serum tal-kontroll negattiv doppji u l-bjar blank doppji għandhom jirrekordjaw valuri PI ta’ bejn + 25 % u - 25 %, u bejn + 95 % u + 105 %, rispettivament. Nuqqas li jkunu bejn dawn il-limiti ma’ jinvalidawx il-pjanċi imma jissuġġerixxi li l-kulur ta’ l-isfond ikun qiegħed jiżviluppa.

    1.2.2.

    L-għatba dijanostika (il-cut-off tal-valur) għas-serum tat-test hija 50 % (PI 50 %). Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI aktar minn 50 % huma rrekordjati bħala pożittivi. Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI aktar baxxi minn 50 % huma rrekordjati bħala negattivi.

    Kampjuni li jirrekordjaw valuri PI ’l fuq jew taħt l-għatba għall-bjar doppji huma kkunsidrati dubbjużi. Dawn il-kampjuni jistgħu jiġu ttestjati mill-ġdid fl-ispot test u permezz ta’ titrazzjoni. Kampjuni pożittivi jistgħu jiġu ttitrati wkoll sabiex jipprovdu indikazzjoni tal-livell ta’ pożittività.



    Arranġament ta’ Spot test

     

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    9

    10

    11

    12

     

    + ve tkompli

     

    Sera tat-test

    A.

    1:5

    – ve kont.

    31

    32

    33

    34

    35

    36

    37

    38

    39

    40

    B:

    1:10

    – ve kont.

    31

    32

    33

    34

    35

    36

    37

    38

    39

    40

    C

    1:20

    Blank

     
     
     
     
     
     
     
     
     
     

    D

    1:40

    Blank

     
     
     
     
     
     
     
     
     
     

    E

    1:80

    FI kont.

     
     
     
     
     
     
     
     
     
     

    F

    1:160

    FI kont.

     
     
     
     
     
     
     
     
     
     

    G

    1:320

    FI kont.

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    9

    10

    H

    1:640

    FI kont.

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    9

    10



    Sera tat-test

     

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

    9

    10

    11

    12

     

    + ve kont.

     

    Serum tat-test

    A.

    1:5

    – ve kont.

    1:5

     
     
     
     
     
     
     
     

    1:5

    B:

    1:10

    – ve kont.

    1:10

     
     
     
     
     
     
     
     

    1:10

    C

    1:20

    Blank

    1:20

     
     
     
     
     
     
     
     

    1:20

    D

    1:40

    Blank

    1:40

     
     
     
     
     
     
     
     

    1:40

    E

    1:80

    FI kont.

    1:80

     
     
     
     
     
     
     
     

    1:80

    F

    1:160

    FI kont.

    1:160

     
     
     
     
     
     
     
     

    1:160

    G

    1:320

    FI kont.

    1:320

     
     
     
     
     
     
     
     

    1:320

    H

    1:640

    FI kont.

    1:640

     
     
     
     
     
     
     
     

    1:640

    2.    ELISA INDIRETT GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAD-DENI AFRIKAN TAŻ-ŻWIEMEL (VMŻA) (TEST PRESKRITT)

    It-test deskritt minn issa ’l quddiem huwa bi qbil mad-deskrizzjoni tat-test fil-Kapitolu 2.1.11 ta’ l-OIE Manwal tan-Normi għat-Testijiet Dijanjositiċi u l-Vaċċini, ir-raba’ edizzjoni, 2000.

    Il-proteina recombinant VP7 ġiet użata bħala antiġen għad-determinazzjoni ta’ l-antikorpi tal-virus MŻA b’indiċi għoli ta’ sensittività u speċifiċità. Vantaġġi oħra huma li huwa stabbli u mhux infettiv.

    2.1.   Proċedura tat-test

    2.1.1.   Fażi solida

    2.1.1.1. Pjanċi ELISA huma miksija b’recombinant AHSV-4 VP7 dilwit b’buffer tal-karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

    2.1.1.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’ilma ddistillat li jkun fih 0,01 % (v/v) Tween 20 (soluzzjoni tal-ħasil). Taptap bil-mod il-pjanċi għal fuq materjal li jassorbi sabiex tneħħi xi fdal tal-ħasil (residual wash).

    2.1.1.3. Ibblokka l-pjanċi b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFM) + 5 % (w/v) ħalib xkumat (Nestlé Dry Skim Milk TM), 200 μl/bir,, għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

    2.1.1.4. Neħħi s-soluzzjoni blocking u taptap bil-mod il-pjanċi għal fuq materjal li jassorbi.

    2.1.2.   Kampjuni tat-test

    2.1.2.1.

    Kampjuni tas-serum li jridu jiġu ttestjati, u serum ta’ kontroll pożittiv u negattiv, huma mdewba 1 f’25 f’BFM + 5 % (w/v) ħalib xkumat + 0,05 % (v/v) Tween 20, 100 μl kull bir. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

    Għat-titrazzjoni, għamel serje ta’ tidwib doppju minn 1 f’25 (100 μl/bir), serum wieħed kull plate column, u agħmel l-istess b’kontrolli pożittivi u negattivi. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C.

    2.1.2.2.

    Aħsel il-pjanċi kif deskritt fil-pass 2.1.1.2.

    2.1.3.   Konjugazzjoni

    2.1.3.1. Iddispensa 100μl/bir ta’ horseradish-peroxidase (HRP) -conjugated anti-horse gamma-globulin dilwit f’BFM + 5 % ħalib + 0,05 % Tween 20, pH 7,2.Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f’temperatura ta’ 37 °C..

    2.1.3.2. Aħsel il-pjanċi kif deskritt fil-pass 2.1.1.2.

    2.1.4.   Cromogen/Substrata

    2.1.4.1.

    Żid 200 μl/bir ta’ soluzzjoni ta’ chromogen/sotto-strat (10 ml ta’ 80,6 mM DMAB (dimethyl aminobenzaldehyde) + 10 ml ta’ 1,56 mM MBTH (3-methyl-2-benzo-thiazoline hydrazone hydrochlorid) + 5 μl H2O2).

    Żvilupp tal-kulur huwa mwaqqaf billi żżid 50 μl ta’ 3N H2SO4 wara approssimament 5 sa 10 minuti (qabel mal-kontroll negattiv ma jibda jieħu l-kulur).

    Chromogens oħra bħal ma huma ABTS (2,2’-Azino-bis-ġ3-ethylbenzothiazoline-6-sulphonic acid), TMB (tetramethyl benzidine), jew OPD (ortho-phenyldiamine) jistgħu jiġu użati wkoll.

    2.1.4.2.

    Aqra l-pjanċi f’600 nm (jew 620 nm).

    2.2.   Interpretazzjoni tar-riżultati

    2.2.1. Ikkalkola l-valur cut-off billi żżid 0,6 mal-valur tal-kontroll negattiv (0,6 huwa d-devjazzjoni normali dderivat bi grupp ta’ 30 serum negattivi).

    2.2.2. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta’ absorbance aktar baxxi mill-cut-off huma meqjusa bħala negattivi.

    2.2.3. Il-kampjuni tat-test li jagħtu valuri ta’ absorbance għola mill-cut-off +0,15 huma meqjusa bħala pożittivi.

    2.2.4. Il-kampjuni tat-test illi jagħtu valuri ta’ absorbance intermedji huma dubbjużi u teknika oħra trid tintuża biex jiġi kkonfermat ir-riżultat.

    3.   L-IBBLOKKAR TA’ L-ELISA GĦAS-SEJBA TA’ ANTIKORPI GĦALL-VIRUS TAD-DENI AFRIKAN TAŻ-ŻWIEMEL (VDAŻ) (TEST PRESKRITT)

    L-imblokkar ta’ l-ELISA huwa ddisinjat sabiex jinstabu antikorpi speċifiċi VDAŻ f’serum minn xi speċi suxxettibbli. VP7 hija l-proteina maġġuri, antiġenika, virali ta’ VDAŻ, u hija kkonservata ġo disa’ serotipi. Minħabba li l-antikorp monoclonal (Mab) huwa dirett ukoll kontra l-VP7, l-assaġġ jagħti livell għoli ta’ sensittività u speċifiċità. Apparti minn hekk, l-antiġen recombinant VP7 huwa kompletament sikur (ma jagħmilx ħsara) u għalhekk jiggarantixxi grad għoli ta’ sigurtà.

    Il-prinċipju tat-test huwa l-interruzzjoni tar-reazzjoni bejn ir-recombinant VP7, bħala l-antiġen marbut mal-pjanċa ELISA u l-Mab ikkonjugat speċifiku għall-VP7. Antikorp fis-serum tat-test jista’ jibblokka r-reazzjoni bejn l-antiġen u l-Mab u b’hekk jirriżulta tnaqqis fil-kulur.

    It-test deskritt minn issa ’l quddiem huwa mwettaq fil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità Ewropea għal deni Afrikan taż-żwiemel f’Algete, Spanja.

    3.1.   Proċedura tat-test

    3.1.1.   Pjanċi ELISA

    3.1.1.1. Iksi l-pjanċi ELISA b’recombinant AHSV-4 VP7 imdewweb b’buffer tal-karbonat/bikarbonat, pH 9,6. Inkuba l-pjanċi matul il-lejl f’temperatura ta’ 4 °C.

    3.1.1.2. Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’buffer tal-fosfat tas-salmura (BFM) li jikkontjeni 0,05 % (v/v) Tween 20 (BFMT).

    3.1.1.3. Stabbilizza l-pjanċa permezz ta’ trattament b’soluzzjoni li tistabbilizza (sabiex tiġi permessa ħażna għal perjodu ta’ żmien fit-tul fit-temperatura ta’ 4 °C mingħajr telf ta’ attività) u nixxef fuq karta li tassorbi.

    3.1.2.   Kampjuni tat-test u kontrolli

    3.1.2.1. 



    Għall-għarbiel (screening):

    dewweb is-serum tat-test u l-kontrolli 1 f'10 direttament fuq il-pjanċa f'BFMT sabiex jagħtu volum finali ta' 100 μl/bir. Poġġi fl-inkubatur għal siegħa f'temperatura ta' 37 °C.

    3.1.2.2. 



    Għat-titrazzjoni:

    ipprepara serje ta' tidwib doppji tas-serum tat-test u l-kontrolli pożittivi (100 μl/bir) minn 1 f'10 sa 1 f'1 280 matul tmint ibjar. Kontroll negattiv huwa ttestjat f'tidwiba ta' 1 f'10.

    3.1.3.   Konjugazzjoni

    Żid 50 μl/bir ta’ horseradish-peroxidase (HRP) -conjugated Mab (antikorpi monoclonal speċifiċi għal VP7) diġà mdewba lil kull bir u ħawwad bil-mod sabiex tassigura omoġenità. Poġġi fl-inkubatur għal 10 minuti f’temperatura ta’ 37 °C.

    3.1.4.

    Aħsel il-pjanċi ħames darbiet b’BFMT u nixxef bħal qabel.

    3.1.5.

    Cromogen/Substrata

    Żid 100 μl/bir ta’ soluzzjoni ta’ chromogen/substrata (1 ml ta’ ABTS (2,2’-Azino-bis-ġ3-ethylbenzothiazoline-6-sulphonic acid) 5 mg/ml + 9 ml ta’ buffer ta’ substrata (0,1 M buffer ta’ Fosfat-Ċitrat ta’ pH 4 li jkun fihom 0,03 % H2O2] u poġġi fl-inkubatur għal 10 minuti f’temperatura tal-kamra. Żvilupp tal-kulur jitwaqqaf billi żżid 100 μl/bir ta’ 2 % (w/v) SDS (sulfat dodesil tas-sodju).

    3.1.6.

    Qari

    Aqra f’405 nm f’ELISA reader.

    3.2.   Interpretazzjoni tar-riżultati

    3.2.1.   Validazzjoni ta’ l-assaġġ

    It-test huwa validu meta d-densità ottika (DO) tal-kontroll negattiv (KN) huwa għola minn 1,0 u l-DO tal-kontroll pożittiv (KP) huwa aktar baxx minn 0,2.

    3.2.2.   Kalkulazzjoni cut-off

    Cut-off pożittiva

    =

    image

    Cut-off negattiva

    =

    image

    meta, KN hija d-DO tal-kontroll negattiv u KP d-DO tal-kontroll pożittiv.

    3.2.3.   Interpretazzjoni tar-riżultati

    Kampjuni b’DO aktar baxx mill-cut-off pożittiv għandhom jiġu kkunsidrati bħala pożittivi għal antikorpi VDAŻ.

    Kampjuni b’DO għola mill-cut-off negattiv għandhom jiġu kkunsidrati bħala negattivi għal antikorpi VDAŻ.

    Kampjuni b’DO bejn dawn iż-żewġ valuri għandhom jiġu kkunsidrati dubbjużi u jridu jerġgħu jittieħdu kampjuni ta’ l-annimali wara żewġ jew tliet ġimgħat.



    ( 1 ) ĠU C 327, tat-30.12.1989, p. 61.

    ( 2 ) ĠU C 149, tat-18.6.1990.

    ( 3 ) ĠU C 62, tat-12.3.1990, p. 46.

    ( 4 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55.

    ( 5 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 55.

    ( 6 ) ĠU L 157, ta’ l-10.6.1992, p. 19.

    ( 7 ) ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 29.

    ( 8 ) ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1.

    ( 9 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23

    Top