This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Insaħħu d-drittijiet tal-properjetà intelletwali Pjan ta’ azzjoni tal-UE
Din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tenfasizza r-rwol importanti li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) għandhom fl-ixprunar tat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea u tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni b’għaxar punti għall-protezzjoni u l-infurzar ta’ dawn id-drittijiet kontra l-ksur fuq skala kummerċjali.
ATT
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: Lejn kunsens imġedded dwar l-infurzar tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali: Pjan ta’ Azzjoni tal-UE (COM(2014) 392 finali tal-1 ta’ Lulju 2014).
SOMMARJU
Din il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tenfasizza r-rwol importanti li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI) għandhom fl-ixprunar tat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea u tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni b’għaxar punti għall-protezzjoni u l-infurzar ta’ dawn id-drittijiet kontra l-ksur fuq skala kummerċjali.
PUNTI EWLENIN
Il-pjan, li qed jiġi implimentat kategorikament mill-Kummissjoni Ewropea fi sħubija mal-Uffiċċju Ewropew għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern, jinvolvi:
— |
kampanji tal-komunikazzjoni mmirati għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, b’mod speċjali taż-żgħażagħ, dwar il-ħsara kkawżata minn prodotti u servizzi foloz;
|
— |
konsultazzjoni ma’ gruppi differenti biex tiġi enfasizzata l-ħtieġa li tiġi applikata d-diliġenza dovuta mal-ktajjen tal-provvista;
|
— |
ftehimiet bejn id-detenturi tad-drittijiet u s-sħab tan-negozju tagħhom, bħal dawk li jirreklamaw, is-servizzi ta’ ħlas u l-ispedituri mfassla biex inaqqsu l-profitti mill-ksur tad-drittijiet;
|
— |
miżuri biex itejbu l-proċeduri tal-infurzar ċivili għan-negozji żgħar;
|
— |
pubblikazzjoni ta’ Green Paper konsultattiva dwar l-użu mifrux possibbli ta’ sistemi ta’ chargeback fejn il-konsumaturi mhumiex meħtieġa jħallsu għal akkwisti fuq il-karti tad-debitu jew tal-kreditu jekk jiskopru li l-oġġetti mhumiex ġenwini;
|
— |
it-twaqqif ta’ grupp ta’ esperti mill-pajjiżi tal-UE biex jaqsmu l-aħjar prattiki;
|
— |
il-pubblikazzjoni ta’ gwida għall-awtoritajiet pubbliċi biex jevitaw ix-xiri ta’ prodotti foloz; u
|
— |
l-iżvilupp ta’ programmi ta’ taħriġ speċifiċi għall-infurzar tad-drittijiet.
|
SFOND
Id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jippremjaw lill-kumpaniji, lill-ħallieqa u lill-inventuri għall-investiment li jagħmlu fl-għarfien billi jipproteġu l-prodotti u s-servizzi tagħhom minn kompetituri mingħajr skrupli. Fihom infushom, dawn huma garanzija tal-kwalità u fattur ewlieni li jiżgura l-kompetittività fit-tul tal-UE.
Huwa stmat li s-setturi li jagħmlu użu intensiv mid-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jammontaw għal kważi 40 % tal-prodott domestiku gross tal-UE - li għandu valur ta’ madwar €4,7 triljun fis-sena - u sa 35 % tal-impjiegi kollha.
Madankollu, dawn id-drittijiet mhux dejjem jiġu rrispettati. Fl-2012, l-UE żammet fil-fruntieri tagħha madwar 40 miljun prodott falz. Il-valur stmat tal-prodotti ġenwini ekwivalenti kien ftit inqas minn €1 biljun.
Għal aktar informazzjoni ara l-paġna web u l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-pjan ta’ azzjoni. Huwa disponibbli wkoll sommarju taċ-ċittadini.
l-aħħar aġġornament 10.09.2015