Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62019TO0061

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019.
Drex Technologies SA vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Rikors għad-danni – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.
Kawża T-61/19.

Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-61/19)

“Rikors għad-danni – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni”

Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti minħabba l-inklużjoni żbaljata tar-rikorrenti f’lista ta’ persuni li huma suġġetti għal miżuri restrittivi – Esklużjoni

[Artikolu 24(1) subparagrafu 2d, u 40 TUE; Artikolu 275 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2018/778 u (PESK) 2019/806]

(ara l-punti 22, 23, 25, 26, 30, 31)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/778 tat-28 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2018, L 131, p. 16), u l-atti eżekuttivi sussegwenti tiegħu, kif ukoll wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806, tas-17 ta’ Mejju 2019, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36), safejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

Drex Technologies SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Fuq