Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62018TO0593
Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2019.
BS vs Il-Parlament Ewropew.
Servizz pubbliku – Uffiċjali – Avviż ta’ bidla fid-drittijiet għall-pensjoni – Allowance għall-ulied dipendenti – Allowance tal-edukazzjoni – Wild li nħakem minn diżabbiltà li tipprekludih milli jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu – Kura effettiva tal-wild – Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Rikors għal annullament.
Kawża T-593/18.
Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ġunju 2019.
BS vs Il-Parlament Ewropew.
Servizz pubbliku – Uffiċjali – Avviż ta’ bidla fid-drittijiet għall-pensjoni – Allowance għall-ulied dipendenti – Allowance tal-edukazzjoni – Wild li nħakem minn diżabbiltà li tipprekludih milli jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu – Kura effettiva tal-wild – Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Rikors għal annullament.
Kawża T-593/18.
Rapporti tal-qorti - ġenerali - Taqsima “Informazzjoni dwar deċiżjonijiet mhux ippubblikati”
Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas‑17 ta’ Ġunju 2019 –
BS vs Il‑Parlament
(Kawża T-593/18)
“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Avviż ta’ bidla fid-drittijiet għall-pensjoni – Allowance għall-ulied dipendenti – Allowance tal-edukazzjoni– Wild li nħakem minn diżabbiltà li tipprekludih milli jissodisfa l-bżonnijiet tiegħu – Kura effettiva tal-wild – Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal – Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Dritt għal amministrazzjoni tajba – Rikors għal annullament”
1. |
Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance għall-ulied dipendenti – Kundizzjonijiet għall-għoti – Intervista effettiva – Kunċett – Oneru tal-prova (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 67(1) u l-Anness VII, Artikolu 2(2)) (ara l-punti 32-34, 38, 39, 47, 49, 54) |
2. |
Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance tal-edukazzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 67(1) u l-Anness VII, Artikoli 2(2) u 3(1)) (ara l-punti 68-72) |
3. |
Uffiċjali – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Obbligu li l-persuna kkonċernata tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ att li jikkawżalha preġudizzju – Portata (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a)) (ara l-punti 76, 77) |
4. |
Uffiċjali – Deċiżjoni li tikkawża preġudizzju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Deċiżjoni li tidħol f’kuntest magħruf mid-destinatarju (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(c); Regolament tal-Persunal, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 25) (ara l-punti 78-82, 87, 88) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tal-avviż ta’ bidla tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent tal‑10 ta’ Awwissu 2017 sabbilit mill-Parlament Ewropew u, min-naħa l-oħra, “sa fejn meħtieġ”, tad-deċiżjoni ta’ rkupru tal-ħlasijiet indebiti ta’ EUR 1 589.16 għax-xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru 2017 u ta’ EUR 4 815.16 hekk kif jirriżulta mir-rendikont ta’ pensjoni tar-rikorrent ta’ Diċembru 2017.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
BS għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew. |