Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62012FJ0130

CI vs Il-Parlament

SENTENZA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(It-Tieni Awla)

22 ta’ Mejju 2014

CI

vs

Il-Parlament Ewropew

“Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għall‑ulied dipendenti — Allowance doppja għall-ulied dipendenti — Artikolu 67(3) tar-Regolamenti tal-Persunal — Kundizzjonijiet għall-għoti — Soluzzjoni bonarja bejn il-partijiet wara l-intervent tal-Ombudsman Ewropew — Implementazzjoni — Dmir ta’ premura”

Suġġett:

Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu CI titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2008, li permezz tagħha l-Parlament Ewropew issuġġetta t-tiġdid, mill-1 ta’ Ġunju 2008, tal-allowance doppja għall-ulied dipendenti li hija kienet tirċievi skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”) fir-rigward ta’ binha li għandu diżabbiltà, għall-produzzjoni ta’ dokumenti ta’ sostenn tal-ispejjeż finanzjarji tagħha, tad-deċiżjoni tal-24 ta’ Ottubru 2008, li tirrifjutalha l-imsemmi tiġdid, tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2011, adottata wara l-ftuħ mill-ġdid tal-fajl tagħha, sa fejn din tikkonferma ż-żewġ deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-20 ta’ Lulju 2012 li tiċħad l-ilment ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2011.

Deċiżjoni:

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-5 ta’ Diċembru 2011, li tirrifjuta t-tiġdid, sa mill-1 ta’ Ġunju 2008, tal-allowance doppja għall-ulied dipendenti, kif ukoll id-deċiżjoni tal-20 ta’ Lulju 2012, li tiċħad l-ilment, huma annullati. Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn CI.

Sommarju

  1. Rikorsi tal-uffiċjali – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Ilment ippreżentat quddiem l-Ombudsman Ewropew – Assenza ta’ effett

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91(3); Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 94/262, Artikolu 2(6))

  2. Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowances tal-familja – Allowance għall-ulied dipendenti – Allowance doppja – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ftehim bonarju bejn il-partijiet wara l-intervent tal-Ombudsman Ewropew – Implementazzjoni – Dmir ta’ premura

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 67(3))

  1.  Skont l-Artikolu 2(6) tad-Deċiżjoni 94/262, rigward ir-regolamenti u l‑kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tal-obbligi tal-Ombudsman, l-ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman ma jinterrompux it-termini għal preżentata ta’ appell fil-proċeduri ġudizzjarji.

    (ara l-punt 42)

  2.  Bis-saħħa tal-Artikolu 67(3) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-allowance għall-ulied dipendenti tista’ tiġi rduppjata meta l-wild ikollu diżabbiltà mentali jew fiżika u meta din is-sitwazzjoni tinvolvi piż finanzjarju kbir fuq l-uffiċjal.

    Fir-rigward tal-implementazzjoni ta’ soluzzjoni bonarja proposta mill-Ombudsman u aċċettata mill-partijiet, fl-ewwel lok l-amministrazzjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tad-deċiżjoni tal-Ombudsman li l-investigazzjoni tingħalaq peress li, sa fejn is-soluzzjoni bonarja tistipula li l-uffiċjal ikkonċernat għandu biss jipprovdi stima tal-ispiża ta’ terapist jew ta’ tutur privat, il-kap tad-diviżjoni kompetenti impona fuq l-uffiċjal ikkonċernat kundizzjoni mhux prevista fis-soluzzjoni bonarja, jiġifieri li l-bżonnijiet konkreti ta’ binha għandhom jikkonsistu fi trattament terapewtiku.

    Fit-tieni lok, il-kap tad-diviżjoni kompetenti żnatura l-kontenut tal-opinjoni medika tal-uffiċjal mediku meta kkonkluda li iben l-uffiċjal ikkonċernat kellu bżonn ta’ trattament speċjali mogħti minn professjonist u li l-għajnuna li huwa għandu bżonn ma setgħetx tingħata mill-bogħod permezz tat-telefon jew permezz ta’ posta elettronika.

    Fit-tielet lok, il-konsultazzjoni ta’ tabib indipendenti mill-partijiet, li l-perizja tiegħu wasslet għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ rifjut ta’ għoti ta’ allowance doppja, seħħet wara l-konklużjonijiet ineżatti li għalihom wasal il-kap tad-diviżjoni kompetenti, li huma stess ġew ifformulati wara eżami inkorrett tal-fajl tal-uffiċjal ikkonċernat u mingħajr ma l-amministrazzjoni insistiet minn qabel, ma’ konsulent mediku, li kien possibbli għaliha li tagħmel, sabiex dan tal-aħħar jiċċara l-opinjonijiet li kien ipprovda dwar il-bżonnijiet ta’ iben l-uffiċjal ikkonċernat ibbażati fuq ċertifikati mediċi pprovduti minnha.

    F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-amministrazzjoni ma żammitx mal-limiti raġonevoli waqt l-evalwazzjoni tal-interess tas-servizz meta mqabbel ma’ dak tal-uffiċjal ikkonċernat u għamlet użu mis-setgħa diskrezzjonali tagħha b’mod manifestament żbaljat fl-implementazzjoni tas-soluzzjoni bonarja proposta mill-Ombudsman u aċċettata mill-partijiet, u b’hekk kisret id-dritt ta’ premura tagħha fir-rigward tal-uffiċjal ikkonċernat.

    (ara l-punti 56 sa 58, 62, 65, 66, 71 u 74)

Fuq