Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62011CJ0539
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Rapporti tal-qorti - ġenerali
Kawża C‑539/11
Ottica New Line di Accardi Vincenzo
vs
Comune di Campobello di Mazara
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana)
“Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Oftalmiċi — Leġiżlazzjoni reġjonali li tissuġġetta l-ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda tal-ottika għal awtorizzazzjoni — Limiti demografiċi u ġeografiċi — Ġustifikazzjoni — Abbiltà li l-għan mixtieq jintlaħaq — Koerenza — Proporzjonalità”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013
Libertà ta’ stabbiliment – Restrizzjonijiet – Leġiżlazzjoni reġjonali li teħtieġ awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel għall-ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda tal-ottika – Kundizzjonijiet għall-għoti marbutin mad-densità demografika u d-distanza minima bejn l-istabbilimenti tal-ottika – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet – Verifika mill-qorti nazzjonali
(Artikolu 49 TFUE)
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi limiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda tal-ottika, billi tipprovdi li:
— |
f’kull żona ġeografika, stabbiliment tal-ottika wieħed biss jista’ jinfetaħ, bħala prinċipju, għal kull porzjon ta’ 8 000 abitant, u |
— |
kull stabbiliment ġdid tal-ottika għandu josserva, bħala prinċipju, distanza minima ta’ 300 metru fil-konfront tal-istabbilimenti tal-ottika diġà eżistenti, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu użu xieraq, billi josservaw kriterji trasparenti u oġġettivi, mill-awtorizzazzjonijiet stipulati mil-leġiżlazzjoni kkonċernata bl-għan li jilħqu, b’mod koerenti u sistematiku, l-għanijiet segwiti minnha tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika fit-territorju kollu kkonċernat, u dan huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li tivverifikah. |
(ara l-punt 57 u d-dispożittiv)
Kawża C‑539/11
Ottica New Line di Accardi Vincenzo
vs
Comune di Campobello di Mazara
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana)
“Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Oftalmiċi — Leġiżlazzjoni reġjonali li tissuġġetta l-ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda tal-ottika għal awtorizzazzjoni — Limiti demografiċi u ġeografiċi — Ġustifikazzjoni — Abbiltà li l-għan mixtieq jintlaħaq — Koerenza — Proporzjonalità”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013
Libertà ta’ stabbiliment — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni reġjonali li teħtieġ awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel għall-ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda tal-ottika — Kundizzjonijiet għall-għoti marbutin mad-densità demografika u d-distanza minima bejn l-istabbilimenti tal-ottika — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Verifika mill-qorti nazzjonali