EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D2003

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2003 tal-14 ta' Novembru 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2016) 7218) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

C/2016/7218

ĠU L 308, 16.11.2016, p. 59–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2020; Impliċitament imħassar minn 32020D1804 Id-data tat-tmiem tal-validità hija bbażata fuq id-data tal-pubblikazzjoni tal-att li jħassar li jidħol fis-seħħ fid-data tan-notifika tiegħu. L-att li jħassar kien innotifikat iżda d-data tan-notifika mhix disponibbli fil-EUR-Lex – minflok hija użata d-data tal-pubblikazzjoni.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/2003/oj

16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2003

tal-14 ta' Novembru 2016

li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti

(notifikata bid-dokument C(2016) 7218)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE (2) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE (3) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE (4) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE (5) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE (6) tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2016.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE (7) tiskadi fl-14 ta' Novembru 2016.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE (8) tiskadi fl-14 ta' Novembru 2016.

(8)

Saret valutazzjoni li tikkonferma r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE. Billi għadha għaddeja r-reviżjoni tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti f'dawk id-Deċiżjonijiet, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawk il-kriterji ekoloġiċi u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u ta' verifika jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2017. Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet Nri 2009/300/KE, 2011/263/UE, 2011/264/UE, 2011/382/UE, 2011/383/UE, 2012/720/UE u 2012/721/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/300/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “televiżjonijiet”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 2

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/263/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 3

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/264/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 4

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/382/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 5

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/383/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti “deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji”, u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 6

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/720/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-platti bil-magni industrijali u istituzzjonali awtomatiċi”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 7

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2012/721/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti tad-“deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ industrijali u istituzzjonali”, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika marbutin magħhom, jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2017.”

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Novembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/300/KE tat-12 ta' Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi riveduti għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja lit-televiżjonijiet (ĠU L 82, 28.3.2009, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/263/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-magni tal-ħasil tal-platti (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 22).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/264/UE tat-28 ta' April 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-ħwejjeġ (ĠU L 111, 30.4.2011, p. 34).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/382/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 40).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/383/UE tat-28 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment ta' kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti tat-tindif b'użi multipli u deterġenti tat-tindif sanitarji (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 52).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/720/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti għall-Magni Awtomatiċi tal-Ħasil tal-Platti Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 25).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/721/UE tal-14 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil Deterġenti tal-Ħasil tal-Ħwejjeġ Industrijali u Istituzzjonali (ĠU L 326, 24.11.2012, p. 38).


Top