EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0069

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 244, 16.9.2010, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/69(2)/oj

16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 69/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2009 tal-4 ta’ Diċembru 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal-tagħmir tal-uffiċċju (verżjoni mfassla mill-ġdid) (2) għandha tiġi inkluża fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li hu inkluż fil-Ftehim u għalhekk għandu jiġi rrevokat skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IV tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 18 (ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jitħassar.

2.

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 29 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/74/KE):

“30.

32008 R 0106: Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir tal-uffiċċju (verżjoni mfassla mill-ġdid) (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Kull referenza għall-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir tal-uffiċċju għandha titqies li tinkludi referenza għall-iskambju ta’ ittri bejn l-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti (EPA) u l-Ministeru għaż-Żejt mhux Raffinat u l-Enerġija fin-Norveġja, il-Ministeru tal-Industrija fl-Islanda u l-Uffiċċju tal-Affarijiet Ekonomiċi tal-Liechtenstein, ħlief fl-Artikoli 11 u 14 fejn ir-referenza għal ta’ qabel tibqa.

(b)

Fl-Artikolu 4(5), il-kliem ‘il-Komunità u pajjiżi terzi’ għandha tinqara ‘il-Komunità jew Stati tal-EFTA, minn naħa waħda, u pajjiżi terzi, minn naħa l-oħra,’. Il-kliem ‘ittestjat mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri’ għandha tinqara ‘ittestjat mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri jew mill-Istati tal-EFTA, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom,’.

(c)

Fl-Artikolu 12(3), l-ewwel sentenza, il-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘Stati tal-EFTA u l-Kummissjoni, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom’.

(d)

L-Artikolu 13 ma għandux jgħodd.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 62, 11.3.2010, p. 34.

(2)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 332, 15.12.2001, p. 1.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top