EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0068

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2010 tal- 11 ta’ Ġunju 2010 li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 244, 16.9.2010, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/68(2)/oj

16.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/20


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2010

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness II (Ir-Regolamenti tekniċi, l-istandards, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni) u tal-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 80/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2010 tat-30 ta’ April 2010 (2).

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/26/KE tas-6 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

(4)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/53/KE tal-10 ta’ Lulju 2001 li tememda d-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE dwar it-tagħmir marittimu (4) u d-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 li temenda d-Direttivi dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni tat-tniġġis mill-vapuri (5) ġew inkorporati fl-Anness XIII tal-Ftehim iżda għandhom ikunu inkorporati wkoll fl-Anness II,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim:

“—

32001 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/53/KE tad-10 ta’ Lulju 2001 (ĠU L 204, tat-28.7.2001, p. 1),

32002 L 0084: Id-Direttiva 2002/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Novembru 2002 (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53),

32009 L 0026: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/26/KE tas-6 ta’ April 2009 (ĠU L 113, 6.5.2009, p. 1).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 56d (Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) tal-Anness XIII mal-Ftehim:

“—

32009 L 0026: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/26/KE tas-6 ta’ April 2009 (ĠU L 113, 6.5.2009, p. 1).”

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2009/26/KE li għandhom jiġu ppubblikati fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-12 ta’ Ġunju 2010, kemm-il darba ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 31.

(2)  ĠU L 181, 15.7.2010, p. 19.

(3)  ĠU L 113, 6.5.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 204, 28.7.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 324, 29.11.2002, p. 53.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top