EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32008L0099

Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28/37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Estatuto jurídico del documento Vigente

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/99/oj

6.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 328/28


DIRETTIVA 2008/99/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 174(2) tat-Trattat, il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent għandha timmira għal livell għoli ta’ protezzjoni.

(2)

Il-Komunità hija mħassba biż-żieda fir-reati ambjentali u bl-effetti tagħhom, li qegħdin b’mod dejjem jiżdied jinfirxu lil hinn mill-fruntieri ta’ l-Istati li fihom huma mwettqa r-reati. Dawn ir-reati joħolqu theddida lill-ambjent u għalhekk jeħtieġu rispons xieraq.

(3)

L-esperjenza wriet li s-sistemi eżistenti ta’ pieni ma kienux suffiċjenti biex tinkiseb osservanza sħiħa tal-liġijiet għall-protezzjoni ta’ l-ambjent. Din l-osservanza tista’ u għandha tiġi msaħħa permezz tad-disponibbilita’ ta’ pieni kriminali, li jixhdu diżapprovazzjoni soċjali ta’ natura kwalitattiva differenti meta mqabbla ma’ pieni amministrattivi jew xi mekkaniżmu ta’ ħlas ta’ kompens skond il-liġi ċivili.

(4)

Ir-regoli komuni dwar ir-reati kriminali jippermettu li jintużaw metodi effettivi ta’ investigazzjoni u ta’ għajnuna fi ħdan u bejn l-Istati Membri.

(5)

Sabiex tinkiseb protezzjoni ta’ l-ambjent effettiva, hemm bzonn partikolari ta’ pieni aktar dissważivi għal attivitajiet li jagħmlu ħsara lill-ambjent, li tipikament jikkaġunaw jew x’aktarx li jikkaġunaw ħsara sostanzjali lill-arja, inkluż l-istratosfera, lill-ħamrija, l-ilma, l-annimali jew il-pjanti, inkluż lill-konservazzjoni ta’ l-ispeċi.

(6)

In-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu ġuridiku li tittieħed azzjoni jista’ jkollu l-istess effett bħal imġiba attiva u għalhekk għandu wkoll jiġi soġġett għal pieni korrispondenti.

(7)

Għaldaqstant, tali mġiba għandha titqies bħala reat kriminali fil-Komunità kollha meta titwettaq b’intenzjoni jew b’negliġenza serja.

(8)

Il-leġislazzjoni elenkata fl-Annessi għal din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet li għandhom ikunu soġġetti għal miżuri tal-liġi kriminali sabiex ikun żgurat li r-regoli dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent ikunu effettivi għal kollox.

(9)

L-obbligi ta’ din id-Direttiva jirrigwardaw biss id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni elenkata fl-Annessi għal din id-Direttiva li jinvolvu l-obbligu ta’ l-Istati Membri li, fl-implimentazzjoni ta’ dik il-leġislazzjoni, jipprovdu miżuri projbittivi.

(10)

Din id-Direttiva tobbliga lill-Istati Membri jipprovdu pieni kriminali fil-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom għal ksur serju tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent. Din id-Direttiva ma toħloq l-ebda obbligu fir-rigward ta’ l-applikazzjoni ta’ pieni bħal dawn, jew kwalunkwe sistema disponibbli oħra ta’ l-infurzar tal-liġi, f’każijiet individwali.

(11)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal sistemi oħra ta’ responsabbiltà għal ħsara ambjentali skond il-liġi Komunitarja jew il-liġi nazzjonali.

(12)

Peress li din id-Direttiva tipprevedi regoli minimi, l-Istati Membri huma liberi li jadottaw jew iżommu miżuri aktar stretti dwar il-protezzjoni effettiva ta’ l-ambjent permezz tal-liġi kriminali. Tali miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattat.

(13)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, sabiex din tkun tista’ tevalwa l-effett ta’ din id-Direttiva.

(14)

Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi żgurata protezzjoni ta’ l-ambjent aktar effettiva, ma jistax jinkiseb b’ mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’, għalhekk, minħabba fl-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(15)

Kull meta tiġi adottata leġislazzjoni suċċessiva dwar kwistjonijiet ambjentali, din għandha tispeċifika fejn xieraq li din id-Direttiva tapplika. Fejn ikun meħtieġ, l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat.

(16)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji kif rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabilixxi miżuri relatati mal-liġi kriminali sabiex l-ambjent jiġi protett b’mod aktar effettiv.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ din id-Direttiva:

(a)

“illegali” tfisser ksur:

(i)

tal-leġislazzjoni adottata skond it-Trattat KE u elenkata fl-Anness A, jew

(ii)

fir-rigward ta’ l-attivitajiet koperti mit-Trattat Euratom, il-leġislazzjoni adottata skond it-Trattat Euratom u elenkata fl-Anness B, jew

(iii)

ta’ liġi, regolament amministrattiv ta’ Stat Membru jew deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tagħti effett lil-leġislazzjoni Komunitarja msemmija fi (i) jew (ii);

(b)

“speċi protetti tal- fawna u l-flora selvaġġi” huma:

(i)

għall-finijiet ta’ l-Artikolu 3(f) dawk li huma elenkati fi:

l-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (3);

l-Anness I u msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi (4);

(ii)

għall-finijiet ta’ l-Artikolu 3(g), dawk li huma elenkati fl-Annessi A jew B tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (5);

(c)

“ħabitat f’post protett”, tfisser kwalunkwe ħabitat ta’ speċi li għalihom żona hija kklassifikata bħala żona speċjali ta’ protezzjoni skond l-Artikolu 4(1) jew (2) tad-Direttiva 79/409/KEE, jew kwalunkwe ħabitat naturali jew ħabitat ta’ speċi li għalihom sit jintgħażel bħala zona speċjali ta’ konservazzjoni skond l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 92/43/KEE;

(d)

“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità ġuridika li jkollha dan l-istatus skond il-liġi nazzjonali applikabbli, ħlief għal Stati jew korpi pubbliċi li jeżerċitaw l-awtorità ta’ l-Istat u għal organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

Artikolu 3

Reati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imġiba li ġejja tikkostitwixxi reat kriminali, meta tkun illegali u mwettqa b’mod intenzjonali jew ta’ l-anqas b’negliġenza serja:

(a)

ir-rimi, l-emissjoni jew l-introduzzjoni ta’ kwantità ta’ materjali jew radjazzjoni jonizzanti fl-arja, fil-ħamrija jew fl-ilma, li jikkawżaw jew x’aktarx li jikkawżaw il-mewt jew feriment gravi lil kwalunkwe persuna jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, il-kwalità tal-ħamrija jew il-kwalità ta’ l-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(b)

il-ġbir, it-trasport, l-irkupru jew ir-rimi ta’ l-iskart, inkluża s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet bħal dawn u l-manutenzjoni ta’ wara ta’ impjanti tar-rimi ta’ l-iskart, u inkluża l-azzjoni meħuda bħala negozjant jew sensar (il-maniġġar ta’ l-iskart), li tikkaġuna jew li x’aktarx tikkaġuna l-mewt jew feriment gravi lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, il-kwalità tal-ħamrija jew il-kwalità ta’ l-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(c)

il-vjeġġi ta’ skart, fejn din l-attività taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikolu 2(35) tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (6) u mwettqa fi kwantità li mhix negliġibbli, kemm jekk issir fi vjeġġ uniku jew f’diversi vjeġġi li jidhru li jkunu konnessi;

(d)

it-tħaddim ta’ impjant li fih titwettaq attività perikoluża jew li fih jinħażnu jew jintużaw sustanzi jew preparazzjonijiet perikolużi u li, barra mill-impjant tikkawża jew x’aktarx li tikkawża l-mewt jew feriment gravi lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, il-kwalità tal-ħamrija jew il-kwalità ta’ l-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(e)

il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-maniġġ, l-użu, iż-żamma, il-ħżin, it-trasport, l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew ir-rimi ta’ materjali nukleari jew ta’ sustanzi radjoattivi oħra perikolużi, li jikkawżaw jew li x’aktarx jikkawżaw il-mewt jew feriment gravi lil kwalunkwe persuna, jew ħsara sostanzjali lill-kwalità ta’ l-arja, lill-kwalità tal-ħamrija jew il-kwalità ta’ l-ilma, jew lill-annimali jew lill-pjanti;

(f)

il-qtil, il-qerda, il-pussess jew it-teħid ta’ kampjuni ta’ speċi protetti tal-fawna jew flora selvaġġa, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ dawn il-kampjuni u jkollha impatt negliġibbli fuq l-istatus tal-konservazzjoni ta’ l-ispeċi;

(g)

il-kummerċ f’kampjuni ta’ speċi protetti tal-fawna jew il-flora selvaġġa jew partijiet jew derivattivi tagħhom, ħlief għal każijiet fejn l-imġiba tikkonċerna kwantità negliġibbli ta’ dawk il-kampjuni u jkollha impatt negliġibbli fuq l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ l-ispeċi;

(h)

kwalunkwe mġiba li tikkawża d-deterjorament sinifikanti ta’ ħabitat f’sit protett;

(i)

il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu l-ożonu.

Artikolu 4

Inċitament, għajnuna u kompliċità

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità ta’ l-imġiba intenzjonali msemmija fl-Artikolu 3 jkunu punibbli bħala reat kriminali.

Artikolu 5

Pieni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jkunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 6

Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għal reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 fejn tali reati jiġu mwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, li taġixxi jew individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, abbażi ta’:

(a)

setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika,

(b)

awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika, jew

(c)

awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta’ sorveljanza jew ta’ kontroll, minn persuna msemmija fil-paragrafu 1, ikun għamel possibbli t-twettiq ta’ reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika minn persuna li taqa’ taħt l-awtorità tagħha.

3.   Ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi skond il-paragrafi 1 u 2 m’għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu l-awturi, l-istigaturi jew il-kompliċi fir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 7

Pieni għall-persuni ġuridiċi

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li persuni ġuridiċi li jinżammu responsabbli skond l-Artikolu 6 jkunu punibbli b’pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 8

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva qabel is-26 ta' Diċembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u tabella li tindika l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 10, 15.1.2008, p. 47.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2008

(3)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(4)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(5)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(6)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.


ANNESS A

Lista ta’ Leġislazzjoni Komunitarja adottata skond it-Trattat KE, li l-ksur tagħha tikkostitwixxi mġiba kontra l-liġi skond l-Artikolu 2 (a)(i) ta’ din id-Direttiva

Direttiva tal-Kunsill 70/220/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar miżuri li għandhom jittieħdu kontra t-tniġġis fl-arja minn dak li joħroġ mill-vetturi bil-mutur (1);

Direttiva tal-Kunsill 72/306/KEE tat-2 ta’ Awwissu 1972 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu minn magni diżil għall-użu fil-vetturi (2);

Direttiva 75/439/KEE tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta’ żejt użat (3);

Direttiva tal-Kunsill 76/160/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1975 dwar il-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm (4);

Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (5);

Direttiva tal-Kunsill 77/537/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjonijiet ta’ inkwinanti mill-magni diesel għall-użu fit-tratturi bir-roti użati għall-agrikoltura jew għall-forestrija (6);

Direttiva tal-Kunsill 78/176/KEE ta’ l-20 ta’ Frar 1978 dwar l-iskart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju (7);

Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1978 li tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi attivi (8);

Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni ta’ l-għasafar selvaġġi (9);

Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE tat-22 ta’ Marzu 1982 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi tal-kwalità għall-iskariki ta’ merkurju mill-industrija ta’ l-elettroliżi tal-kloruri alkalini (10);

Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta’ Settembru 1983 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariki tal-kadmju (11);

Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta’ Marzu 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariki ta’ merkurju minn setturi li mhumiex dawk ta’ l-industrija ta’ l-elettroliżi chlor-alkali (12);

Direttiva tal-Kunsill 84/360/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1984 dwar il-ġlieda kontra t-tniġġiż fl-arja mill-impjanti industrijali (13);

Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskarikar ta’ hexachlorocyclohexane (14);

Direttiva tal-Kunsill 85/203/KEE tas-7 ta’ Marzu 1985 dwar l-istandards ta’ kwalità ta’ l-arja għad-dijossidu tan-nitroġenu (15);

Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni ta’ l-ambjent, u b’mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (16);

Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I ta’ l-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE (17);

Direttiva tal-Kunsill 87/217/KEE tad-19 ta’ Marzu 1987 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tat-tniġġis fl-ambjent mill-asbestos (18);

Direttiva tal-Kunsill 90/219/KEE tat-23 ta’ April 1990 dwar l-użu fil-magħluq ta’ mikro-organiżmi modifikati ġenetikament (19);

Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament ta’ l-ilma urban mormi (20);

Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (21);

Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (22);

Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 fuq skart perikoluż (23);

Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (24);

Direttiva tal-Kunsill 92/112/KEE tal-15 Diċembru 1992 dwar proċeduri għall-armonizzar ta’ programmi għat-tnaqqis u l-eventwali eliminazzjoni ta’ tniġġis ikkawżat mill-iskart mill-industrija tad-dijossidu tat-titanju (25);

Direttiva 94/25/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mad-dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni: id-dispożizzjonijiet emendati bid-Direttiva 2003/44/KE (26);

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (27);

Direttiva 94/63/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar il-kontroll ta’ emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili li jirriżultaw mill-ħażna tal-petrol u d-distribuzzjoni tiegħu minn terminals għall-istazzjonijiet tas-servizz (28);

Direttiva tal-Kunsill 96/49/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tat-trasport ta’ merkanzija perikoluża bil-ferrovija (29);

Direttiva tal-Kunsill 96/59/KE tas-16 ta’ Settembru 1996 dwar ir-rimi ta’ polychlorinated biphenyls u polychlorinated terphenyls (PCB/PCT) (30);

Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE tas-27 ta’ Settembru 1996 dwar l-istima u l-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-arja ċirkostanti (31);

Direttiva tal-Kunsill 96/82/KE tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ aċċidenti kbar fl-użu ta’ sustanzi perikolużi (32);

Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-ligijiet ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti ta’ gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jigu installati f’makkinarju mobbli mhux tat-triq (33);

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (34);

Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (35);

Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil (36);

Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità ta’ l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (37);

Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u installazzjonijiet (38);

Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE tat-22 ta’ April 1999 dwar il-valuri ta’ limitu tad-dijossidu tal-kubrit, tad-dijossidu tan-nitroġenu u l-ossidi tan-nitroġenu, materji f’partiċelli u ċomb fl-arja ambjentali (39);

Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (40);

Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f’ċerti karburanti likwidi (41);

Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (42);

Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma (43);

Direttiva 2000/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2000 dwar valuri ta’ limitu għall-benżin u monossidu karboniku fl-arja ta’ l-ambjent (44);

Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Diċembru 2000 dwar l-inċinerazzjoni ta’ skart (45);

Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta’ l-ożonu (46);

Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament (47);

Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (48);

Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2002 dwar l-ożonu fl-arja ambjentali (49);

Direttiva 2002/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku (50);

Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (51);

Direttiva 2004/107/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-arseniku, il-kadmju, il-merkurju, in-nikil u l-idrokarboni aromatiċi poliċikliċi fl-arja ambjentali (52);

Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar diterġenti (53);

Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti (54);

Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar l-appromissimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi u partikulati minn magni li jaħdmu b’compression ignition għall-użu f’vetturi, u l-emissjoni ta’ inkwinanti gassużi minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu f’vetturi (55);

Direttiva tal-Kummissjoni 2005/78/KE ta’ l-14 ta’ Novembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2005/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta’ gassijiet u partikulati li jniġġsu minn magni li jaħdmu b’compression ignitionli jintużaw fil-vetturi, u l-emissjoni ta’ gassijiet li jniġġsu minn magni b’positive ignition li jaħdmu bil-gass naturali jew bil-gass likwidu tal-petroljum għall-użu fil-vetturi u li temenda l-Annessi I, II, III, IV u VI tagħha (56);

Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità ta’ l-ilma għall-għawm (57);

Direttiva 2006/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2006 dwar tniġġis ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi skarikati fl-ambjent akkwatiku tal-Komunità (58);

Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (59);

Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġjar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (60);

Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar emissjonijiet minn sistemi ta’ kondizzjonament ta’ l-arja f’vetturi bil-mutur (61);

Direttiva 2006/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar il-kwalità ta’ l-ilma ħelu li għandu bżonn protezzjoni jew titjib sabiex tkun sostnuta l-ħajja tal-ħut (62);

Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (63);

Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (64);

Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (65);

Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (66);

Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (67);

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007 tad-29 ta’ Novembru 2007 li jikkonċerna l-esportazzjoni għall-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni ta’ l-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti transkonfinali ta’ l-iskart ma tapplikax (68);

Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġiż (69).


(1)  ĠU L 76, 6.4.1970, p. 1.

(2)  ĠU L 190, 20.8.1972, p. 1.

(3)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 23.

(4)  ĠU L 31, 5.2.1976, p. 1.

(5)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

(6)  ĠU L 220, 29.8.1977, p. 38.

(7)  ĠU L 54, 25.2.1978, p. 19.

(8)  ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36.

(9)  ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1.

(10)  ĠU L 81, 27.3.1982, p. 29.

(11)  ĠU L 291, 24.10.1983, p. 1.

(12)  ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49.

(13)  ĠU L 188, 16.7.1984, p. 20.

(14)  ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11.

(15)  ĠU L 87, 27.3.1985, p. 1.

(16)  ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6.

(17)  ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16.

(18)  ĠU L 85, 28.3.1987, p. 40.

(19)  ĠU L 117, 8.5.1990, p. 1.

(20)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

(21)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(22)  ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1.

(23)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(24)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(25)  ĠU L 409, 31.12.1992, p. 11.

(26)  ĠU L 214, 26.8.2003, p. 18.

(27)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(28)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 24.

(29)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 25.

(30)  ĠU L 243, 24.9.1996, p. 31.

(31)  ĠU L 296, 21.11.1996, p. 55.

(32)  ĠU L 10, 14.1.1997, p. 13.

(33)  ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1.

(34)  ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1.

(35)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(36)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.

(37)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

(38)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1.

(39)  ĠU L 163, 29.6.1999, p. 41.

(40)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

(41)  ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.

(42)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.

(43)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(44)  ĠU L 313, 13.12.2000, p. 12.

(45)  ĠU L 332, 28.12.2000, p. 91.

(46)  ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.

(47)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1.

(48)  ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1.

(49)  ĠU L 67, 9.3.2002, p. 14.

(50)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 19.

(51)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(52)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 3.

(53)  ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1.

(54)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(55)  ĠU L 275, 20.10.2005, p. 1.

(56)  ĠU L 313, 29.11.2005, p. 1.

(57)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.

(58)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 52.

(59)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(60)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

(61)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12.

(62)  ĠU L 264, 25.9.2006, p. 20.

(63)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(64)  ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.

(65)  ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

(66)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(67)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(68)  ĠU L 316, 4.12.2007, p. 6.

(69)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.


ANNESS B

Lista ta’ leġislazzjoni komunitarja adottata skond it-trattat Euratom, li l-ksur tagħha jikkostitwixxi mġiba kontra l-liġi skond l-artikolu 2 (a)(ii) ta’ din id-direttiva

Direttiva 96/29/Euratom tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 1996 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (1);

Direttiva 2003/122/Euratom tal-Kunsill tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontroll ta’ sorsi radjuattivi siġillati ta’ attività għolja (2);

Direttiva 2006/117/Euratom tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ kombustibbli nukleari eżawrit (3).


(1)  ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 346, 31.12.2003, p. 57.

(3)  ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21.


Arriba