EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023TN0162

Kawża T-162/23: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2023 – Sengül Ayhan vs EUIPO – Pegase (Rock Creek)

ĠU C 173, 15.5.2023, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2023 – Sengül Ayhan vs EUIPO – Pegase (Rock Creek)

(Kawża T-162/23)

(2023/C 173/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sengül Ayhan e. K (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Boden, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pegase SAS (Saint-Malo, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Rock Creek” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 352 299

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 1237/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-oppożizzjoni tat-12 ta’ Mejju 2022;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top