EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62023CN0192
Case C-192/23: Action brought on 24 March 2023 — European Commission v Republic of Latvia
Kawża C-192/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja
Kawża C-192/23: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja
ĠU C 173, 15.5.2023, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 173/28 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja
(Kawża C-192/23)
(2023/C 173/39)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Partijiet
Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u I. Naglis, aġenti)
Konvenut: Ir-Repubblika tal-Latvja
Talbiet
— |
tiddikjara li r-Repubblika tal-Latvja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (1), billi ma stabbilixxitx u ma applikatx pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq prijoritarji ta’ introduzzjoni ddefiniti, kif ukoll billi ma bagħtithomx mingħajr dewmien lill-Kummissjoni. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika tal-Latvja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
B’konformità mal-Artikolu 13(2) u (5) tar-Regolament Nru 1143/2014, ir-Repubblika tal-Latvja kellha terminu ta’ tliet snin, sa mill-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni, sabiex tistabbilixxi, tapplika u tibgħat lill-Kummissjoni serje ta’ pjanijiet ta’ azzjoni għat-toroq prijoritarji mhux intenzjonali ta’ introduzzjoni u tixrid ta’ speċi aljeni invażivi li huma preokkupanti għall-Unjoni, iddefiniti skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1143/2014. Il-Kummissjoni adottat il-lista msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1143/2014 fit-13 ta’ Lulju 2016 jiġifieri t-terminu ta’ tliet snin skada fit-13 ta’ Lulju 2019.
Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament, il-Latvja identifikat tal-inqas ħames toroq prijoritarji (toroq ortikoli, ta’ introduzzjoni sekondarja u akwarji, għall-pjanti, u toroq ta’ introduzzjoni sekondarja u ta’ ħarba minn faċilitajiet ikkonfinati, għall-annimali).
Barra minn hekk, il-Latvja stabbiliet u bagħtet lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ azzjoni biss għal waħda minn dawn it-toroq prijoritarji ddefiniti.