EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0345

Kawża C-345/15 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ April 2015 fil-Kawża T-169/12, Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 311, 21.9.2015, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/33


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ April 2015 fil-Kawża T-169/12, Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-345/15 P)

(2015/C 311/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat, D. O’Keeffe, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Euroalliages

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tiddeċiedi b’mod definittiv il-kawża jekk l-istadju tal-proċeduri jkun jippermettih;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-motivi tagħhom kif ġej:

fl-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1) (ir-“Regolament bażiku anti-dumping”) u żbaljat fl-evalwazzjoni legali tagħha meta ċaħdet l-argument fl-ewwel istanza li l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping u r-riferiment tiegħu għall-Artikolu 2 tal-istess regolament jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw marġni ta’ dumping fir-reviżjoni interim ta’ dumping, u b’hekk kisret ukoll il-prinċipji legali ta’ amministrazzjoni tajba, trasparenza u ċertezza legali;

fit-tieni aggravju tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-143/06 MTZ Polyfilms vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


Top