EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 62015CN0318

Kawża C-318/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano

ĠU C 311, 21.9.2015, S. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano

(Kawża C-318/15)

(2015/C 311/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tecnoedi Costruzioni Srl

Konvenut: Comune di Fossano

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati bħala li jostakolaw leġiżlazzjoni bħal dik fis-seħħ bħalissa fl-Italja, li tirriżulta mill-Artikoli 122(9) u 253(20a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, dwar l-esklużjoni awtomatika tal-offerti anormalment baxxi, fis-sejħiet għal offerti għall-għażla ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet iktar baxxi mil-limitu li għandhom interess transkonfinali?


nach oben