EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0616(01)

Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 7 ta' Ġunju 2007 li taħtar '27 membru tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2013

16.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 134/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Ġunju 2007

li taħtar '27 membru tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(2007/C 134/04)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1),

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Il-Membri tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jinħatru abbażi ta' l-esperjenza u l-kompetenza rilevanti tagħhom fil-qasam tas-sigurtà kimika jew ir-regolamentazzjoni ta' sustanzi kimiċi filwaqt li jkun żgurat li l-kompetenza rilevanti tkun disponibbli fost il-membri tal-bord fl-oqsma ta' affarijiet ġenerali, finanzjarji u dawk legali.

(3)

Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-kontinwità fil-funzjonament tal-Bord ta' Tmexxija. Għal dan l-għan, il-Membri maħturin għall-ewwel darba m'għandhomx itemmu l-mandat tagħhom simultanjament. Għalhekk, huwa meħtieġ li tnax mill-membri jinħatru għall-perijodu sal-31 ta' Mejju 2013, u li l-membri l-oħrajn jinħatru għal perijodu sal-31 ta' Mejju 2011.

(4)

Il-Kunsill irċieva n-nominazzjonjonijiet mill-Istati Membri kollha,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2007 sal-31 ta' Mejju 2013 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

Is-Sur Karel BLÁHA, Ċek, 20 ta' Diċembru 1953

Is-Sinjura Ana FRESNO RUIZ, Spanjola, 31 ta' Jannar 1952

Is-Sinjura Odile GAUTHIER, Franċiża, 24 ta' Lulju 1962

Is-Sur Martin LYNCH, Irlandiż, 13 ta' Awwissu 1946

Is-Sur Antonello LAPALORCIA, Taljan, 13 ta' Ġunju 1952

Is-Sur Claude GEIMER, Lussemburgiż, 26 ta' Lulju 1951

Dr. Zoltán ADAMIS, Ungeriż, 19 ta' Ottubru 1937

Dr.Arnoldus Wilhelmus VAN DER WIELEN, Olandiż, 26 ta' Ġunju 1945

Dr. Thomas JAKL, Awstrijak, 13 ta' Ġunju 1965

Dr. Marta CIRAJ, Slovena, 12 ta' Frar 1956

Is-Sur Jukka MALM, Finlandiż, 26 ta' April 1960

Is-Sinjura Ethel FORSBERG, Żvediża, 5 ta' April 1956

Artikolu 2

Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru membri tal-Bord ta' Tmexxija ta' l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-perijodu mill-1 ta' Ġunju 2007 sal-31 ta' Mejju 2011 (isem, nazzjonalità, data tat-twelid):

Is-Sur Maarten ROGGEMAN, Belġjan, 18 ta' Diċembru 1979

Is-Sinjura Ekaterina Spasova GECHEVA-ZAHARIEVA, Bulgara, 8 ta' Awissu 1975

Is-Sur Helge ANDREASEN, Daniż, 1 ta' Ottubru 1948

Is-Sur Alexander NIES, Ġermaniż, 27 ta' Jannar 1956

Is-Sinjura Maria ALAJÕE, Estona, 3 ta' Novembru 1969

Is-Sinjura Maria-Miranda XEPAPADAKI-TOMARA, Griega, 12 ta' Novembru 1947

Is-Sur Leandros NICOLAIDES, Ċiprijott, 11 Frar 1950

Is-Sinjura Ilze KIRSTUKA, Latvjana, 30 ta' Lulju 1950

Is-Sinjura Aurelija BAJORAITIENĖ, Litwana, 23 ta' Diċembru 1964

Is-Sur Francis E FARRUGIA, Malti, 18 ta' Diċembru 1945

Is-Sinjura Katarzyna KITAJEWSKA, Pollakka, 13 ta' Frar 1952

Is-Sur António Nuno FERNANDES GONÇALVES HENRIQUES, Portugiż, 30 ta' Lulju 1951

Is-Sinjura Rodica MOROHOI, Rumena, 9 ta' Lulju 1971

Is-Sinjura Edita NOVÁKOVÁ, Slovakka, 8 ta' Lulju 1956

Dr. John ROBERTS, Brittaniku, 29 ta' Ġunju 1951

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, 7 ta' Ġunju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GLOS


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.


Top