EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021PC0813

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

COM/2021/813 final

Strasburgu, 14.12.2021

COM(2021) 813 final

2021/0419(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 436 final} - {SWD(2021) 474 final} - {SWD(2021) 475 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Din il-proposta tikkonċerna l-adozzjoni ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li temenda d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport 1 .

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-mobbiltà u t-trasport huma essenzjali għaċ-ċittadini Ewropej u għall-ekonomija Ewropea kollha kemm hi. Il-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija li jaqsam il-fruntieri interni tagħha huwa libertà fundamentali tal-Unjoni Ewropea (UE) u tas-suq uniku tagħha. F’Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Komunikazzjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti (“l-istrateġija”) 2 , li tipproponi trasformazzjoni fundamentali tas-sistema Ewropea tat-trasport biex jintlaħaq l-objettiv ta’ mobbiltà sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti. Id-diġitalizzazzjoni hija mutur indispensabbli ta’ din it-trasformazzjoni. Id-diġitalizzazzjoni se tneħħi x-xkiel kollu fis-sistema kollha tat-trasport u tagħmilha aktar effiċjenti. Se tkompli żżid ukoll il-livelli ta’ sikurezza, sigurtà, affidabbiltà u kumdità.

L-istrateġija tidentifika l-użu ta’ sistemi tat-trasport intelliġenti (STI) bħala azzjoni ewlenija fil-bini ta’ sistema ta’ mobbiltà multimodali konnessa u awtomatizzata. Din tal-aħħar tgħaqqad l-iżviluppi ġodda bħall-Mobbiltà bħala Servizz (MaaS) u l-Mobbiltà Kooperattiva, Konnessa u Awtomatizzata (CCAM). Is-CCAM tittrasforma sewwieq f’utent ta’ flotta kondiviża ta’ vetturi, integrata bis-sħiħ f’sistema tat-trasport multimodali, mingħajr xkiel bis-saħħa ta’ Servizzi ta’ Mobbiltà Diġitali Multimodali (MDMS) bħall-applikazzjonijiet ta’ MaaS.

L-istrateġija hija ċara: sabiex it-trasport isir verament aktar sostenibbli, jeħtieġ li nipprovdu multimodalità effettiva u mingħajr xkiel, bl-użu tal-aktar mezz effiċjenti għal kull parti tal-vjaġġ. Barra minn hekk, kull mezz jeħtieġ li jsir aktar effiċjenti; għat-toroq, dan ifisser li s-soluzzjonijiet kondiviżi jipprovdu dejjem aktar alternattiva vijabbli għas-sjieda ta’ vetturi privati. Dan irawwem ukoll l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet żero peress li l-utenti ta’ servizzi ta’ mobbiltà kondiviża se jkollhom flotta sħiħa għad-dispożizzjoni tagħhom. L-ansjetà dwar il-kapaċità ta’ distanza jew l-ispiża tax-xiri għalhekk tiġi mmitigata, speċjalment meta dik il-flotta tkun tista’ tmur tiċċarġja ruħha awtomatikament. Fi kliem ieħor, is-servizzi tal-STI emerġenti jistgħu jaċċelleraw l-adozzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero u jgħinu wkoll biex jintużaw b’mod aktar effiċjenti.

Fl-aħħar nett, it-taffija tal-flussi tat-traffiku fit-toroq (filwaqt li jiġi nnotat li l-flotot b’emissjonijiet żero ma għandhomx iwasslu għal konġestjonijiet tat-traffiku b’emissjonijiet żero) se tikkontribwixxi wkoll għal trasport aktar sostenibbli. Idealment, il-vetturi kondiviżi b’emissjonijiet żero jiffunzjonaw bħala servizzi alimentazzjoni għal mezzi eżistenti u saħansitra aktar effiċjenti, kemm għall-passiġġieri kif ukoll għall-merkanzija, li jipprevedu vjaġġar mingħajr xkiel u aktar inklużiv. Il-konġestjoni tiswa lill-ekonomija tal-UE aktar minn 1 % tal-PDG fis-sena 3 , f’ħin mitluf miċ-ċittadini u mill-ħaddiema iżda wkoll f’loġistika mhux affidabbli u ineffiċjenti li talimenta lill-ekonomija. Billi tnaqqas l-inċidenti u ttejjeb il-ġestjoni tat-traffiku, l-STI tista’ tgħin tnaqqas il-konġestjoni u tagħti kontribut importanti għall-effiċjenza ekonomika u għall-kompetittività tal-ekonomija tal-UE. Il-varar tal-STI għandu l-potenzjal li jtejjeb b’mod sinifikanti s-sikurezza fit-toroq, l-effiċjenza tat-traffiku u l-kumdità, billi jgħin lill-utenti tat-trasport jieħdu d-deċiżjonijiet it-tajba u jadattaw għas-sitwazzjoni tat-traffiku. L-STI tagħmilha possibbli wkoll li jsir użu aħjar mill-infrastruttura eżistenti, li jiżdiedu l-għażliet tal-multimodalità, u li tittejjeb il-ġestjoni tat-traffiku.

Il-Komunikazzjoni dwar Strateġija Ewropea għad-data 4 , adottata mill-Kummissjoni fi Frar 2020, tirrikonoxxi li l-innovazzjoni mmexxija mid-data se ġġib benefiċċji kbar għall-pubbliku permezz tal-kontribut tagħha għall-Patt Ekoloġiku Ewropew 5 , u billi tgħin biex l-Ewropa tkun lesta għall-era diġitali 6 .

Id-Direttiva 2010/40/UE (id-Direttiva dwar l-STI) tfasslet biex tkun il-qafas għall-aċċellerazzjoni u l-koordinazzjoni tal-varar u l-użu tal-STI applikata għat-trasport bit-triq u l-interkonnessjonijiet tiegħu ma’ mezzi oħra ta’ trasport.

L-istrateġija ħabbret li d-Direttiva dwar l-STI dalwaqt se tiġi riveduta, inklużi xi wħud mir-regolamenti delegati tagħha. L-istrateġija enfasizzat ukoll l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tappoġġa l-ħolqien ta’ mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni fl-2021 għall-punti ta’ aċċess nazzjonali (NAPs) maħluqa skont id-Direttiva dwar l-STI.

Il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni ex post tad-Direttiva dwar l-STI 7 li kkonkludiet li d-Direttiva kellha impatt pożittiv fuq il-varar tal-STI madwar l-UE. L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li d-Direttiva għadha għodda rilevanti biex tindirizza: (i) nuqqas ta’ koordinazzjoni fil-varar tal-STI madwar l-UE; u (ii) il-varar bil-mod, riskjuż u mhux kosteffettiv tal-STI. L-evalwazzjoni nnotat ukoll li l-użu tal-STI qed jiżdied iżda minkejja t-titjib, il-varar tal-STI spiss għadu limitat fl-ambitu ġeografiku. Għad hemm ħtieġa ċara għal aktar azzjoni dwar l-interoperabbiltà, il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tad-data biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti servizzi tal-STI kontinwi u mingħajr xkiel madwar l-UE.

F’Ottubru 2019, il-Kummissjoni ħarġet ukoll rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-STI. Dan ir-rapport enfasizza: (i) il-ħtieġa li tittejjeb aktar il-koordinazzjoni fl-aċċessibbiltà tad-data; (ii) il-ħtieġa li jitqies il-feġġ ta’ temi u sfidi ġodda tal-STI; u (iii) il-ħtieġa li tittejjeb id-disponibbiltà ta’ tipi ewlenin ta’ data fuq in-network kollu tat-trasport bit-triq (jiġifieri billi dawn it-tipi ta’ data jsiru disponibbli f’format diġitali li jinqara mill-magni).

Għalhekk, din il-proposta tindirizza l-problemi li ġejjin: (i) in-nuqqas ta’ interoperabbiltà u n-nuqqas ta’ kontinwità tal-applikazzjonijiet, tas-sistemi u tas-servizzi; (ii) in-nuqqas ta’ ftehim u ta’ kooperazzjoni effettiva bejn il-partijiet ikkonċernati; u (iii) kwistjonijiet mhux solvuti relatati mad-disponibbiltà u l-kondiviżjoni tad-data li tappoġġa s-servizzi tal-STI. Dan tiksbu b’mod partikolari billi tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni attwali tad-Direttiva biex ikopri sfidi ġodda u emerġenti, u billi tippermetti li s-servizzi essenzjali tal-STI jsiru obbligatorji madwar l-UE. L-użu tas-servizzi tal-STI se jkun megħjun mid-disponibbiltà tad-data meħtieġa biex tiġi pprovduta informazzjoni affidabbli, u b’hekk jiġi żgurat li l-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni fis-settur tat-toroq ikunu jistgħu jiġu sfruttati. Regoli addizzjonali biex jittejjeb l-allinjament mal-prattiki u l-istandards attwali wkoll se jindirizzaw il-problemi msemmija hawn fuq.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta hija parti minn pakkett ta’ inizjattivi leġiżlattivi li għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-għanijiet tad-dekarbonizzazzjoni, tad-diġitalizzazzjoni u ta’ reżiljenza akbar fl-infrastruttura tat-trasport. Minbarra r-reviżjoni tad-Direttiva dwar l-STI, dan il-pakkett jinkludi r-reviżjoni tar-Regolament TEN-T 8 u tal-pakkett dwar il-mobbiltà urbana 9 , li t-tnejn jinkludu dispożizzjonijiet relatati mal-varar tas-servizzi tal-STI. Pereżempju, ir-reviżjoni tar-Regolament TEN-T tindirizza l-mezzi biex jiġu identifikati avvenimenti relatati mas-sikurezza fit-toroq, u b’hekk jagħmluha possibbli li tiġi pprovduta informazzjoni dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq lill-utenti tat-toroq skont din il-proposta.

Din il-proposta hija konsistenti mal-proposta għal regolament ġdid dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi ppreżentata mill-Kummissjoni fl-14 ta’ Lulju 2021 10 , li jirrevoka d-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi 11 . Id-data dwar il-punti ta’ ċċarġjar u ta’ riforniment magħmula disponibbli skont dan ir-regolament trid issir aċċessibbli permezz tal-NAPs stabbiliti skont id-Direttiva dwar l-STI.

Din il-proposta hija wkoll konsistenti u allinjata ma’ oqfsa legali oħra fil-qasam tat-trasport, bħar-Regolament dwar l-Informazzjoni Elettronika dwar it-Trasport tal-Merkanzija (eFTI) 12 u leġiżlazzjoni oħra relatata ma’ mezzi differenti ta’ trasport, b’mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni fl-Anness I ta’ din id-Direttiva u l-valur miżjud għall-iżvilupp ta’ servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali.

Fir-rigward tas-sikurezza fit-toroq, l-istrateġija kkonfermat l-objettiv li n-numru ta’ mwiet għall-mezzi kollha tat-trasport fl-UE jinġieb qrib iż-żero sal-2050. Għat-trasport bit-triq, hemm diversi azzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-STI li jikkontribwixxu għal dan l-objettiv ambizzjuż. Pereżempju, eCall hija miżura għal wara ħabta biex tħaffef il-ħinijiet ta’ rispons għal emerġenza u għalhekk tnaqqas l-għadd ta’ fatalitajiet u ta’ korrimenti severi. L-STI kooperattiva tippermetti lill-vetturi, lill-infrastruttura tat-trasport u lil utenti oħra tat-triq jikkomunikaw u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom. L-STI kooperattiva għandha potenzjal sinifikanti biex tnaqqas l-għadd u s-severità tal-aċċidenti. Is-servizzi ta’ informazzjoni dwar avvenimenti relatati mas-sikurezza jew għal parkeġġ sikur u sigur għat-trakkijiet jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-utenti tat-toroq. Id-disponibbiltà obbligatorja ta’ data kruċjali f’format li jinqara mill-magni se ttejjeb il-funzjonament tas-servizzi tas-sikurezza bħall-assistenza intelliġenti tal-veloċità, u li s-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku relatati mas-sikurezza jsiru obbligatorji se jtejjeb is-sikurezza tat-traffiku.

Din il-proposta hija koerenti mar-regoli dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri, bħar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 13 .

Barra minn hekk, bħalissa għaddej rieżami tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 14 fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha 15 . Dak ir-rieżami li jmiss huwa mistenni li jidentifika tipi ta’ data kruċjali u jintroduċi ċerti tipi ta’ data kruċjali ġodda relatati mar-regolamenti tat-traffiku: (i) restrizzjonijiet fuq il-piż/it-tul/il-wisa’/l-għoli; (ii) it-toroq f’direzzjoni waħda; u (iii) il-konfini tar-restrizzjonijiet, il-projbizzjonijiet jew l-obbligi b’validità żonali, l-istatus ta’ aċċess attwali u l-kundizzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni f’żoni tat-traffiku rregolati. Din il-proposta hija konsistenti mal-bidliet mistennija fl-att delegat. Barra minn hekk, minħabba l-importanza ta’ dawk it-tliet punti ta’ data addizzjonali, ladarba l-att delegat il-ġdid ikun ġie adottat, se jkun xieraq li tiġi kkunsidrata l-inklużjoni tagħhom fil-lista tat-tipi ta’ data li d-disponibbiltà u l-provvista tagħhom għandhom isiru obbligatorji.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-istrateġija Ewropea għad-data ħabbret l-istabbiliment ta’ spazji tad-data komuni u interoperabbli madwar l-UE kollha f’setturi ekonomiċi strateġiċi u f’oqsma ta’ interess pubbliku. Dawn l-ispazji tad-data jinkludu spazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà. Id-Direttiva dwar l-STI hija komponent importanti tal-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà, peress li tipprevedi d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar multimodali fuq l-NAPs.

Din id-data tappoġġa b’mod partikolari sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieq, bħas-sistemi tal-vetturi l-ġodda skont ir-Regolament Ġenerali dwar is-Sikurezza (UE) 2019/2144 16 .

Il-proposta ġiet allinjata ma’ oqfsa legali oħra tal-UE bħar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (UE) 2016/679 17 , id-Direttiva dwar il-Privatezza Elettronika 2002/58/KE 18 u r-Regolament Ġenerali dwar is-Sikurezza (UE) 2019/2144 19 . Fejn xieraq, il-miżuri previsti f’din il-proposta jridu jqisu kif xieraq l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali 20 futur.

Din id-Direttiva tappoġġa l-politiki tar-R&Ż fil-klima, l-enerġija u l-mobbiltà taħt il-Programm Qafas għar-Riċerka Orizzont Ewropa 2021-2027 fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi fil-qasam tal-STI, l-STI Kooperattiva (C-ITS) u s-CCAM.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-emenda ma tibdilx il-bażi ġuridika tad-Direttiva dwar l-STI, li hija l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Id-Direttiva dwar l-STI tindirizza aspetti tranżnazzjonali tat-trasport li ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod sodisfaċenti mill-Istati Membri waħedhom, bħall-interoperabbiltà tat-tagħmir u t-tisħiħ tas-suq intern għas-servizzi tal-STI fil-livell globali. B’hekk tikkontribwixxi għall-impjiegi u t-tkabbir.

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, l-użu ta’ direttiva jew ta’ direttiva qafas bħad-Direttiva dwar l-STI jibqa’ wieħed mill-aktar modi xierqa biex jintlaħaq l-għan maħsub. Il-prinċipji ġenerali u l-kundizzjonijiet abilitanti għall-implimentazzjoni tal-STI huma stabbiliti bl-użu tal-ispeċifikazzjonijiet żviluppati bl-involviment qawwi ta’ esperti tematiċi nnominati mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jkun obbligatorju li xi tipi ta’ data u servizzi tal-STI jsiru disponibbli u jiġu pprovduti. Il-listi inizjali ta’ tali data u servizzi huma inklużi fil-proposta. Huwa inkluż ukoll mekkaniżmu għall-aġġornament ta’ dawn il-listi fil-proposta, ibbażat fuq konsultazzjoni msaħħa tal-partijiet ikkonċernati u approvazzjoni formali minn qabel mill-Istati Membri.

Fil-qafas tal-prerogattivi istituzzjonali tagħha, il-Kummissjoni se ssaħħaħ ukoll ir-rwol tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar l-STI, li għandu rappreżentanti mill-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-STI mis-settur pubbliku u privat. Dawn il-partijiet ikkonċernati jagħtu pariri lill-Kummissjoni dwar l-aspetti kummerċjali u tekniċi tal-implimentazzjoni u l-varar tal-STI fl-UE.

Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, din il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti tagħha. Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri kollha huma proporzjonati fl-impatti tagħhom, kif muri fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din l-inizjattiva 21 . L-intervent propost: (i) jadatta l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-STI għal oqsma tas-servizzi tal-STI ġodda u emerġenti; (ii) isaħħaħ ir-rwoli ta’ – u l-koordinazzjoni bejn – il-partijiet ikkonċernati; u (iii) jagħti mandat lid-disponibbiltà ta’ data kruċjali u l-forniment ta’ servizzi essenzjali. Dan huwa meħtieġ biex il-qafas legali għall-STI jiġi adattat għal sfond li qed jevolvi, u biex jiġi żgurat li d-data u s-servizzi meħtieġa jkunu disponibbli biex jappoġġaw l-objettivi tal-istrateġija.

Għażla tal-istrument

Minħabba l-bidliet limitati fid-Direttiva dwar l-STI, il-Kummissjoni tqis li emenda hija l-aħjar għażla għar-reviżjoni tad-Direttiva.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-evalwazzjoni ex post “REFIT” tad-Direttiva dwar l-STI kkonkludiet li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-STI għadu rilevanti llum, billi l-oqsma ta’ prijorità identifikati għadhom ikopru s-suġġetti, is-servizzi u d-data rilevanti. Id-Direttiva u l-atti delegati tagħha tqiesu wkoll mill-partijiet ikkonċernati li għenu biex jitnaqqsu l-esternalitajiet negattivi tat-trasport.

Fl-istess ħin, bħala riżultat tal-iżviluppi tas-soċjetà u teknoloġiċi, l-evalwazzjoni kkonkludiet li għadd ta’ oqsma kienu jeħtieġu attenzjoni addizzjonali fil-futur. B’mod partikolari, l-evalwazzjoni qieset li l-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata kienet teħtieġ attenzjoni addizzjonali. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni stenniet li l-iżgurar tad-disponibbiltà tad-data rilevanti u tal-infrastruttura tal-STI jwassal għall-varar ta’ servizzi kontinwi madwar l-UE. L-evalwazzjoni kkonkludiet ukoll li s’issa kien hemm biss għadd limitat ta’ servizzi interoperabbli tal-STI. L-evalwazzjoni enfasizzat in-nuqqas persistenti ta’ rieda għall-kondiviżjoni tad-data, li għadu fattur ta’ limitazzjoni, u l-ħtieġa li tittejjeb il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u bejniethom.

Il-problemi li l-proposta għandha l-għan li tindirizza ġew identifikati fl-evalwazzjoni, jiġifieri: (i) in-nuqqas ta’ interoperabbiltà u kontinwità tal-applikazzjonijiet, tas-sistemi u tas-servizzi; (ii) in-nuqqas ta’ ftehim u ta’ kooperazzjoni effettiva bejn il-partijiet ikkonċernati; u (iii) il-kwistjonijiet mhux solvuti relatati mad-disponibbiltà u l-kondiviżjoni tad-data li tappoġġa s-servizzi tal-STI.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proċess ta’ konsultazzjoni 22 involva l-gruppi fil-mira ewlenin permezz ta’ tliet metodi differenti: konsultazzjoni pubblika, konsultazzjoni pubblika miftuħa, u konsultazzjonijiet immirati. Kull wieħed minn dawn il-metodi huwa diskuss fil-paragrafi ta’ hawn taħt.

Saret konsultazzjoni pubblika dwar il-valutazzjoni tal-impatt tal-bidu (IIA) 23 għal din l-inizjattiva, bejn it-8 ta’ Ottubru 2020 u d-19 ta’ Novembru 2020. Il-Kummissjoni rċeviet 34 tweġiba għal din il-konsultazzjoni pubblika, l-aktar minn kumpaniji, assoċjazzjonijiet tan-negozju u awtoritajiet pubbliċi. NGOs, organizzazzjonijiet tal-konsumatur u l-pubbliku wkoll wieġbu għall-IIA.

Fit-3 ta’ Novembru 2020 tnediet konsultazzjoni pubblika miftuħa li baqgħet miftuħa sat-2 ta’ Frar 2021. Il-kwestjonarju fil-konsultazzjoni pubblika miftuħa stieden l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati dwar l-aspetti ewlenin tal-valutazzjoni tal-impatt, jiġifieri: (i) il-problemi ewlenin indirizzati mill-valutazzjoni tal-impatt; (ii) il-fatturi wara dawn il-problemi; (iii) miżuri ta’ politika possibbli biex jiġu indirizzati dawn il-problemi u l-fatturi warajhom; (iv) l-impatti probabbli ta’ dawn il-miżuri ta’ politika possibbli; u (v) ir-rilevanza ta’ azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġu indirizzati dawn il-problemi. Il-Kummissjoni rċeviet total ta’ 149 tweġiba.

Il-konsultazzjonijiet immirati kienu jikkonsistu f’erba’ partijiet, stabbiliti fil-punti ta’ hawn taħt.

- Fil-15 ta’ Frar 2021 tnieda stħarriġ online għall-gruppi ewlenin kollha tal-partijiet ikkonċernati, li baqa’ miftuħ sas-26 ta’ Marzu 2021.

- Fis-16 ta’ Frar 2021 tnieda programm ta’ intervisti ma’ 53 parti interessata mill-gruppi ewlenin kollha tal-partijiet ikkonċernati, li baqa’ miftuħ sas-6 ta’ Mejju 2021. Barra minn hekk, fil-fażi tal-bidu tal-istudju saru sitt intervisti ta’ esplorazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati ewlenin (Novembru/Diċembru 2020).

- Saru sitt workshops mal-partijiet ikkonċernati bejn Diċembru 2020 u Ġunju 2021.

- Il-Kumitat Ewropew tal-STI kellu laqgħat fis-17 ta’ Diċembru 2020 u fit-28 ta’ Ġunju 2021.

Matul il-perjodu tat-tħejjija tal-valutazzjoni tal-impatt, il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll ma’ varjetà wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati u rċeviet diversi dokumenti ta’ pożizzjoni.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Fit-tħejjija ta’ din l-inizjattiva, il-Kummissjoni użat: (i) is-sejbiet tal-evalwazzjoni ex post tad-Direttiva dwar l-STI 24 ; (ii) ir-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 25 ; u (iii) ir-rapporti ta’ progress tal-Istati Membri tal-2020 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-STI 26 .

Il-partijiet ikkonċernati pprovdew ukoll ħafna informazzjoni fl-attivitajiet ta’ konsultazzjoni, issupplimentata b’informazzjoni li pprovdew il-partijiet ikkonċernati lill-Kummissjoni fuq bażi ad hoc. Il-valutazzjoni tal-impatt tiddependi b’mod konsiderevoli minn studju ta’ appoġġ estern li jakkumpanjaha mwettaq minn konsulent 27 .

Sors ieħor ta’ informazzjoni kien l-eżerċizzju ta’ konsultazzjoni wiesgħa li l-Kummissjoni wettqet mal-grupp ta’ esperti tal-Istati Membri dwar l-STI 28 dwar id-definizzjoni ta’ tipi kruċjali ta’ data. Dan l-eżerċizzju twettaq bħala parti mir-reviżjoni tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/962.

B’mod ġenerali, is-sorsi użati għall-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt kienu diversi, komprensivi u rappreżentattivi tad-diversi gruppi ta’ partijiet ikkonċernati.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju rċieva r-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt fil-25 ta’ Awwissu 2021. Il-Bord ħareġ opinjoni pożittiva dwar ir-rapport b’riżervi fis-27 ta’ Settembru 2021. Il-Bord ikkunsidra li r-rapport jenħtieġ li jittejjeb aktar fir-rigward ta’: (i) il-kamp ta’ applikazzjoni tal-inizjattiva, pereżempju kif se tikkontribwixxi għall-multimodalità u għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku; (ii) il-problemi speċifiċi li qed jiġu indirizzati u l-għażliet politiċi l-aktar kritiċi; (iii) l-analiżi tal-impatti; (iv) l-għażla tal-għażla ta’ politika ppreferuta; u (v) il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati.

Ir-rapport finali tal-valutazzjoni tal-impatt jinkludi deskrizzjoni u valutazzjoni komprensivi tal-valur miżjud tal-inizjattiva u r-rabtiet tagħha ma’ inizjattivi ta’ politika oħrajn fit-Taqsimiet 1 sa 4. Deskrizzjoni dettaljata tal-għażliet ta’ politika hija inkluża fit-Taqsima 5. Analiżi komprensiva tal-impatti tal-għażliet kollha hija ppreżentata fit-Taqsima 6, u t-tqabbil tal-għażliet ta’ politika huwa ppreżentat fit-Taqsima 7. Is-sommarju eżekuttiv tal-valutazzjoni tal-impatt u l-opinjoni tal-Bord jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-Kummissjoni 29 .

Ġew analizzati tliet għażliet ta’ politika fir-rapport finali tal-valutazzjoni tal-impatt. Sommarju ta’ kull waħda minn dawn it-tliet għażliet huwa ppreżentat fit-tliet punti ta’ hawn taħt.

Għażla ta’ politika 1: Prinċipji msaħħa ta’ koordinazzjoni u varar. Din l-ewwel għażla ta’ politika tintroduċi l-akbar għadd ta’ miżuri ta’ politika. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tagħha tieħu approċċ ħafif, inkluż dwar il-miżuri relatati ma’: (i) emendi għad-Direttiva biex ikun permess l-espansjoni tal-operat tagħha f’oqsma ġodda u emerġenti tas-servizzi tal-STI; (ii) l-indirizzar tan-nuqqasijiet identifikati fil-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ma’ miżuri li jtejbu l-koordinazzjoni; u (iii) l-iżgurar tal-koerenza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ma’ dawk ta’ strumenti legali eżistenti oħra. Dan jinkludi wkoll miżuri li għandhom l-għan li: (i) isaħħu aktar il-koordinazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; (ii) jistituzzjonalizzaw partijiet mill-qafas ta’ governanza; u (iii) jiżguraw li d-Direttiva tibqa’ valida għall-futur biex tiffunzjona mal-wasla ta’ inizjattivi ta’ politika tal-UE li ġejjin magħrufa.

Għażla ta’ politika 2: L-għoti ta’ mandat għall-ġbir u d-disponibbiltà ta’ data kruċjali. Dan l-intervent jagħmilha obbligatorja li tinġabar u tiġi kondiviża data kruċjali għall-operat ta’ servizzi essenzjali bħala mezz biex tingħata spinta lill-użu ta’ tali servizzi. Dawn il-miżuri jżommu l-aspetti l-oħra kollha tal-għażla ta’ politika 1 filwaqt li għandhom ukoll l-għan li jtejbu: (i) id-disponibbiltà tad-data; (ii) il-kwalità tad-data; (iii) l-aċċess għad-data; (iv) l-iskambju tad-data; u (v) l-użu tad-data.

Għażla ta’ politika 3: L-għoti ta’ mandat għall-forniment ta’ servizzi essenzjali. Dan l-intervent fih il-possibbiltà li jiġi introdott il-varar obbligatorju ta’ servizzi essenzjali permezz ta’ atti delegati. Jikkapitalizza b’mod speċjali fuq iż-żieda fid-disponibbiltà, fil-kwalità, fl-iskambju u fl-użu tad-data promossa mill-għażla ta’ politika 2, u għandu l-għan li jappoġġa aktar il-varar ta’ servizzi interoperabbli u kontinwi.

Il-Kummissjoni tippreferi b’mod ċar l-għażla ta’ politika 2 fuq l-għażla ta’ politika 1, peress li tikseb benefiċċji ferm akbar kif ukoll tilħaq l-aħjar proporzjon kostijiet-benefiċċji. Il-ġbir obbligatorju tad-data u l-adozzjoni li tirriżulta tas-servizzi tal-STI iżidu wkoll ħafna l-effettività tad-Direttiva fil-kisba tal-objettivi tad-Direttiva dwar l-STI u jagħmluha aktar koerenti. Il-limitazzjoni tal-ġbir obbligatorju tad-data għal data kruċjali – u l-benefiċċji sinifikanti ħafna li jirriżultaw mill-ġbir ta’ din id-data kruċjali – ifissru wkoll li l-għażla ta’ politika 2 hija proporzjonali.

Id-differenza fil-benefiċċji netti bejn l-għażla ta’ politika 2 u l-għażla ta’ politika 3 hija iżgħar mid-differenza bejn il-benefiċċji netti fl-għażla ta’ politika 1 u l-għażla ta’ politika 2. Madankollu, id-differenzi fil-benefiċċji netti bejn l-għażla ta’ politika 2 u l-għażla ta’ politika 3 jibqgħu sinifikanti ħafna. Id-differenza ewlenija hija żieda konsiderevoli fil-benefiċċji relatati mas-sikurezza mistennija fl-għażla ta’ politika 3 meta mqabbla mal-għażla ta’ politika 2. Għalkemm l-għażla ta’ politika 3 tippreżenta wkoll livell ogħla ta’ kostijiet, il-proporzjon kostijiet-benefiċċji marġinali tal-kostijiet u l-benefiċċji addizzjonali li jirriżultaw mill-għażla ta’ politika 3 jibqa’ pożittiv. Hija wkoll l-aktar għażla ta’ politika koerenti. Il-forniment obbligatorju ta’ servizzi essenzjali tal-STI għas-sikurezza fit-toroq – għalkemm jintroduċi kostijiet konsiderevoli ta’ konformità – huwa wkoll proporzjonali.

Għalhekk, l-għażla politika ppreferuta mill-Kummissjoni hija l-għażla ta’ politika 3 (li tinkludi l-għażliet ta’ politika 1 u 2) minħabba li: (i) tiġġenera l-akbar benefiċċji netti; (ii) hija l-aktar għażla effettiva; (iii) tilħaq bl-aħjar mod l-objettivi speċifiċi tad-Direttiva dwar l-STI; u (iv) tiżgura bl-aħjar mod l-użu rapidu u koerenti tas-servizzi tal-STI f’konformità mal-objettivi tal-istrateġija.

Il-valutazzjoni tal-impatt tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri politiċi inklużi taħt l-għażliet ta’ politika differenti, kif ukoll l-impatti, il-kostijiet u l-benefiċċji ewlenin ta’ kull għażla ta’ politika.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-proposta se tnaqqas il-kostijiet amministrattivi tal-Istati Membri, peress li tissimplifika l-obbligi ta’ rapportar rikorrenti, u tippermetti l-użu ta’ sistema komuni għar-rapportar dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-atti delegati tagħha. Abbażi ta’ mudell komuni u ta’ indikaturi ewlenin komuni tal-prestazzjoni, se tagħmilha aktar faċli wkoll li r-rapporti jiġu analizzati u mqabbla. Madankollu, il-proposta tista’ żżid ukoll l-ispejjeż ta’ koordinazzjoni relatati mal-ġbir tad-data, b’mod partikolari fir-rigward tal-awtoritajiet lokali.

L-SMEs ma humiex mira speċifika tal-miżuri ta’ politika, u ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-miżuri ta’ politika se jkollhom impatt differenzjat fuq kumpaniji ta’ daqsijiet differenti. Madankollu, kien jinħoloq suq frammentat jekk ma jiġux introdotti speċifikazzjonijiet ġodda tad-data u rekwiżiti standard u mingħajr l-użu mifrux tal-NAPs. Jekk dan is-suq frammentat ikompli, dan jista’ jipproduċi vantaġġ komparattiv għal kumpaniji akbar meta mqabbel mal-SMEs. F’suq armonizzat bi standards armonizzati, l-SMEs se jibbenefikaw minn inqas ostakli għad-dħul biex jespandu l-operazzjonijiet tagħhom u jikkompetu fuq bażi ugwali ma’ intrapriżi akbar.

Il-proposta hija mistennija li tikkontribwixxi ħafna għall-istabbiliment tal-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà, skont l-istrateġija Ewropea għad-data. Se tikkontribwixxi għall-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà billi żżid id-disponibbiltà tad-data dwar l-NAPs, u tissimplifika l-użu mill-ġdid tad-data billi jiġu standardizzati l-iskambji tad-data u jiġu armonizzati l-kundizzjonijiet tal-aċċess.

Drittijiet fundamentali

Sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ mobbiltà sikura, sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti, jista’ jkun meħtieġ li tiġi pproċessata data dwar l-ivvjaġġar, it-traffiku jew it-toroq li tinkludi data personali. Meta jkun meħtieġ l-ipproċessar ta’ data personali biex jintlaħqu l-objettivi tad-Direttiva dwar l-STI, regoli aktar dettaljati, eż. dwar liema data għandha tinġabar, minn min u għal liema skopijiet speċifiċi, jistgħu jiġu stabbiliti biss f’atti terzjarji bbażati fuqha. Meta tipproponi dawk l-atti, il-Kummissjoni se tqis kif xieraq ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea.

5.ELEMENTI OĦRA

Il-qafas tal-UE tas-C-ITS għall-forniment ta’ komunikazzjoni affidabbli u sigura

Il-Kummissjoni tuża l-esperjenza operazzjonali tagħha tal-implimentazzjoni tal-azzjoni ta’ appoġġ “Arkitettura tas-sigurtà għal infrastruttura u vetturi konnessi fl-Ewropa” li fdat liċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka bl-implimentazzjoni tal-fażi pilota (2018-2022) tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kredenzjali tas-sigurtà tal-STI Kooperattiva (C-ITS) tal-UE.

Sakemm issir il-formalizzazzjoni ta’ tali sistema f’qafas vinkolanti (u l-istabbiliment futur possibbli ta’ entitajiet dedikati biex jirregolawha), il-Kummissjoni hija identifikata bħala s-suġġett li se jassumi r-rwoli tal-awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS, tal-maniġer tal-lista ta’ fiduċja, u tal-punt ta’ kuntatt tas-C-ITS.

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Il-Kummissjoni se tadotta programmi ta’ ħidma kull ħames snin, li se jistabbilixxu l-azzjonijiet li għalihom jistgħu jiġu adottati speċifikazzjonijiet Ewropej possibbli, jew li għalihom jista’ jingħata l-mandat għal data jew servizzi tal-STI addizzjonali.

L-Istati Membri se jirrapportaw kull tliet snin dwar il-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-atti delegati tagħha, bl-użu ta’ mudell komuni u indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin komuni.

Bl-użu tar-rapporti tal-Istati Membri bħala bażi, kull tliet snin il-Kummissjoni se tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni

F’konformità mal-Premessa 27 tal-proposta, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokumenti ta’ prova. Dan huwa meħtieġ minħabba d-dispożizzjonijiet il-ġodda stabbiliti mill-proposta għall-ġbir tad-data u l-varar ta’ servizzi. Dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda jistgħu jeħtieġu l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali addizzjonali jew l-emenda tagħha. Sabiex il-Kummissjoni timmonitorja t-traspożizzjoni korretta, huwa għalhekk importanti li l-Istati Membri jibagħtu dokumenti ta’ prova lill-Kummissjoni li juru liema dispożizzjonijiet eżistenti jew ġodda skont id-dritt nazzjonali huma maħsuba biex jimplimentaw il-miżuri individwali stabbiliti fid-Direttiva proposta.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Din il-proposta temenda d-Direttiva attwali 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ mezzi oħra ta’ trasport, kif emendata bid-Deċiżjoni (UE) 2017/2380 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 . L-istruttura tad-Direttiva emendata dwar l-STI hija stabbilita fil-punti ta’ hawn taħt.

L-Artikolu 1(1) jadatta l-Artikolu 1 tad-Direttiva attwali, li jistabbilixxi s-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva, billi jżid id-disponibbiltà tad-data u l-varar ta’ servizzi mas-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva attwali.

L-Artikolu 1(2) jaġġorna, fl-Artikolu 2 tad-Direttiva attwali, it-titolu tal-erba’ oqsma ta’ prijorità tad-Direttiva attwali, peress li l-oqsma ta’ prijorità huma riorganizzati skont it-tipi ta’ servizzi tal-STI.

L-Artikolu 1(3) jestendi l-lista ta’ definizzjonijiet tad-Direttiva attwali fejn meħtieġ u kif xieraq minħabba l-bidliet ġenerali fil-kamp ta’ applikazzjoni u fid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva emendata.

L-Artikolu 1(4) jestendi r-rekwiżiti imposti fuq l-Istati Membri fl-Artikolu 5 rigward il-kooperazzjoni tagħhom relatata mal-varar tas-servizzi tal-STI b’applikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet adottati skont id-Direttiva.

L-Artikolu 1(5) jaġġorna, fl-Artikolu 6, ir-referenza għal-leġiżlazzjoni eżistenti u jikkompleta r-referenza għad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

L-Artikolu 1(6) jipprevedi artikolu ġdid li jirrikjedi lill-Istati Membri jiżguraw id-disponibbiltà tad-data għat-tipi ta’ data elenkati fl-Anness III il-ġdid u l-aċċessibbiltà tagħhom fuq l-NAPs, u għal artikolu ġdid li jirrikjedi lill-Istati Membri jiżguraw il-varar ta’ servizzi tal-STI elenkati fl-Anness IV il-ġdid.

L-Artikolu 1(7) iżid dispożizzjonijiet mal-Artikolu 7 tad-Direttiva attwali għall-aġġornament tal-Annessi III u IV permezz ta’ atti delegati, soġġett għal valutazzjoni tal-impatt minn qabel inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

L-Artikolu 1(8) jipprevedi artikolu ġdid li jawtorizza lill-Kummissjoni tadotta miżuri interim f’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li jkollha impatt dirett sever fuq is-sikurezza fit-toroq, iċ-ċibersigurtà jew id-disponibbiltà u l-integrità tas-servizzi tal-STI.

L-Artikolu 1(9) jaġġorna referenza fl-Artikolu 8 tad-Direttiva attwali.

L-Artikolu 1(10) jissostitwixxi l-Artikolu 10 tad-Direttiva attwali b’regoli aġġornati dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, filwaqt li jissimplifika t-test billi jneħħi d-duplikazzjonijiet tal-obbligi eżistenti skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, eż. dwar is-sigurtà tad-data personali pproċessata u l-ħtieġa li l-kontrolluri jikkonformaw mal-obbligi l-oħra tagħhom skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Jenfasizza wkoll ir-rekwiżit li l-Kummissjoni tqis ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data fl-iżvilupp tal-ispeċifikazzjonijiet.

L-Artikolu 1(11) jipprevedi artikolu ġdid dwar l-awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS, il-maniġer tal-lista ta’ fiduċja u l-punt ta’ kuntatt tas-C-ITS, u jistabbilixxi li l-Kummissjoni se tiddefinixxi u taqdi dawn ir-rwoli.

L-Artikolu 1(12) jadatta l-Artikolu 12 tad-Direttiva attwali fir-rigward tad-data minn meta l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati.

L-Artikolu 1(13) jissostitwixxi l-Artikolu 15 tad-Direttiva attwali dwar il-proċedura tal-Kumitat b’referenzi aġġornati għal-leġiżlazzjoni eżistenti u ż-żieda tar-referenza għall-proċedura ta’ eżami (l-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011).

L-Artikolu 1(14) jissostitwixxi l-Artikolu 17 tad-Direttiva attwali b’regoli aġġornati dwar ir-rapportar tal-Istati Membri (mudell komuni, indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin komuni) u tal-Kummissjoni, kif ukoll regoli aġġornati għall-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma tad-Direttiva dwar l-STI.

L-Artikoli 1(15) u 1(16) jissostitwixxu ż-żewġ annessi tad-Direttiva attwali b’erba’ annessi:

l-Anness I jadatta l-Anness I tad-Direttiva attwali billi jorganizza l-oqsma ta’ prijorità skont it-tipi ta’ servizzi tal-STI, u jżid ukoll azzjonijiet ġodda li jikkorrispondu għal servizzi ġodda u emerġenti tal-STI;

l-Anness II jadatta l-Anness II tad-Direttiva attwali dwar l-STI billi jaġġorna u jżid xi wħud mill-prinċipji;

l-Anness III il-ġdid jelenka t-tipi ta’ data li għalihom jeħtieġ li d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà fuq l-NAPs jiġu żgurati sad-data indikata għal kull tip ta’ data u dwar il-kopertura ġeografika indikata għal kull tip ta’ data;

l-Anness IV il-ġdid jelenka s-servizzi tal-STI li għandhom jiġu varati sad-data indikata għal kull servizz tal-STI u dwar il-kopertura ġeografika indikata għal kull servizz tal-STI.

L-Artikoli 2, 3 u 4 jipprevedu t-traspożizzjoni, id-dħul fis-seħħ u d-destinatarji tad-Direttiva emendata.

Iż-Żona Ekonomika Ewropea

L-att propost huwa ta’ rilevanza għaż-ŻEE.

2021/0419 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 31 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 32 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti 33 tidentifika l-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (“STI”) bħala azzjoni ewlenija fil-kisba ta’ mobbiltà multimodali konnessa u awtomatizzata, u għalhekk tikkontribwixxi għat-trasformazzjoni tas-sistema Ewropea tat-trasport biex jintlaħaq l-objettiv ta’ mobbiltà effiċjenti, sikura, sostenibbli, intelliġenti u reżiljenti. Din tikkomplementa l-azzjonijiet imħabbra taħt l-inizjattiva ewlenija dwar l-ekoloġizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija biex titrawwem il-loġistika multimodali. L-istrateġija ħabbret ukoll, għall-2022, reviżjoni tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2017/1926 dwar servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali biex tinkludi l-aċċessibbiltà obbligatorja tas-settijiet ta’ data dinamiċi, kif ukoll valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ azzjoni regolatorja dwar id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ fornituri ta’ servizzi diġitali multimodali flimkien ma’ inizjattiva dwar il-ħruġ ta’ biljetti, inkluż il-ħruġ ta’ biljetti tal-ferrovija.

(2)L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti tikkonferma l-objettiv li n-numru ta’ mwiet għall-mezzi kollha tat-trasport fl-Unjoni jinġieb qrib iż-żero sal-2050. Diversi azzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 jikkontribwixxu għas-sikurezza tal-utenti tat-triq, bħal eCall, servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u żoni ta’ parkeġġ sikuri u siguri 35 .

(3)Il-Patt Ekoloġiku Ewropew 36 jenfasizza r-rwol dejjem akbar tal-mobbiltà multimodali awtomatizzata u konnessa, flimkien ma’ sistemi intelliġenti ta’ ġestjoni tat-traffiku ffaċilitati mid-diġitalizzazzjoni, u l-objettiv li jiġu appoġġati servizzi ġodda sostenibbli tat-trasport u tal-mobbiltà li jistgħu jnaqqsu l-konġestjoni u t-tniġġis, speċjalment f’żoni urbani.

(4)Il-ħtieġa dejjem akbar li jsir użu aħjar mid-data biex il-ktajjen tat-trasport isiru aktar sostenibbli, effiċjenti u reżiljenti, titlob il-koordinazzjoni mtejba tal-qafas tal-STI ma’ inizjattivi oħra mmirati lejn l-armonizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-data fis-setturi tal-mobbiltà, tat-trasport u tal-loġistika b’perspettiva multimodali 37 .

(5)Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi diġitalizzat it-trasport bit-triq, li tiżdied is-sikurezza fit-toroq u titnaqqas il-konġestjoni, il-varar u l-użu ta’ sistemi u servizzi tat-trasport intelliġenti fit-toroq jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar fin-network trans-Ewropew tat-trasport.

(6)F’ħafna Stati Membri l-applikazzjonijiet nazzjonali ta’ dawk is-sistemi u servizzi diġà qed jiġu varati fis-settur tat-trasport bit-triq. Madankollu, minkejja t-titjib mill-adozzjoni tagħha fl-2010, l-evalwazzjoni tad-Direttiva 2010/40/UE 38 sabet nuqqasijiet persistenti li jwasslu biex il-bqija tal-varar ikun frammentat u mhux koordinat u għal nuqqas ta’ kontinwità ġeografika tas-servizzi tal-STI madwar l-Unjoni u fil-fruntieri esterni tagħha.

(7)Fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti ta’ Delega tal-Kummissjoni 39 li jissupplimentaw id-Direttiva 2010/40/UE, l-Istati Membri stabbilew punti ta’ aċċess nazzjonali 40 (NAPs). L-NAPs jorganizzaw l-aċċess għal u l-użu mill-ġdid ta’ data relatata mat-trasport biex jgħinu fl-appoġġ tal-forniment ta’ servizzi tal-STI interoperabbli madwar l-UE kollha għall-utenti finali. Dawn l-NAPs huma komponent importanti tal-ispazju komuni Ewropew tad-data dwar il-mobbiltà taħt l-istrateġija Ewropea għad-data 41 u jenħtieġ li jkun hemm dipendenza fuqhom b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċessibbiltà tad-data.

(8)Biex ikun żgurat varar ikkoordinat u effettiv tal-STI fl-Unjoni kollha kemm hi, jenħtieġ li jiddaħħlu speċifikazzjonijiet, inkluż, fejn xieraq, standards, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet u proċeduri dettaljati ulterjuri, minbarra l-ispeċifikazzjonijiet diġà adottati. Qabel ma tadotta xi speċifikazzjonijiet addizzjonali jew riveduti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-konformità tagħhom ma’ ċerti prinċipji definiti li jinsabu fl-Anness II. Jenħtieġ li tingħata prijorità primarjament lill-erba’ oqsma ewlenin tal-iżvilupp u l-varar tal-STI. Matul l-implimentazzjoni ulterjuri tal-STI, l-infrastruttura eżistenti tal-STI stabbilita minn Stati Membri partikolari jenħtieġ li titqies f’termini tal-progress teknoloġiku u tal-isforzi finanzjarji magħmulha. Jekk ikun xieraq, jenħtieġ li jiġi żgurat, b’mod partikolari għas-C-ITS, li r-rekwiżiti għas-sistemi tal-STI la jimponu u lanqas jiddiskriminaw favur l-użu ta’ tip partikolari ta’ teknoloġija.

(9)L-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jqisu u jibnu fuq l-esperjenza u r-riżultati diġà miksuba fil-qasam tal-STI, ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi (C-ITS), u tal-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata (CCAM), b’mod partikolari fil-kuntest tal-pjattaformi tas-C-ITS 42 u tas-CCAM 43 , il-Forum Ewropew għall-Mobbiltà Multimodali tal-Passiġġieri 44 u l-Pjattaforma Ewropea għall-Implimentazzjoni ta’ eCall 45 .

(10)L-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jrawmu l-innovazzjoni. Id-disponibbiltà akbar tad-data jenħtieġ li, pereżempju, twassal għall-iżvilupp ta’ servizzi ġodda tal-STI, u viċi versa l-innovazzjoni jenħtieġ li tidentifika l-ħtiġijiet għal speċifikazzjonijiet futuri. Is-Sħubija Ewropea dwar il-mobbiltà kooperattiva, konnessa u awtomatizzata taħt Orizzont Ewropa jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp u l-ittestjar tal-mewġa li jmiss ta’ servizzi tas-C-ITS, li jgħinu fl-integrazzjoni ta’ vetturi awtomatizzati ħafna f’servizzi ġodda ta’ mobbiltà multimodali.

(11)Is-C-ITS tuża teknoloġiji li jippermettu lill-vetturi tat-triq jikkomunikaw ma’ xulxin u mal-infrastruttura mal-ġenb tat-triq inklużi s-sinjali tat-traffiku. Is-servizzi tas-C-ITS huma kategorija tas-servizzi tal-STI bbażati fuq arkitettura miftuħa li tippermetti relazzjoni minn bosta għal bosta jew bejn il-pari bejn l-istazzjonijiet tas-C-ITS. Dan ifisser li l-istazzjonijiet kollha tas-C-ITS jenħtieġ li jiskambjaw il-messaġġi b’mod sigur ma’ xulxin, u jenħtieġ li ma jkunux limitati għall-iskambju ta’ messaġġi ma’ stazzjonijiet iddefiniti minn qabel. Għal ħafna servizzi tas-C-ITS, huwa essenzjali li jiġu żgurati l-awtentiċità u l-integrità tal-messaġġi tas-C-ITS li jinkludu informazzjoni, bħall-pożizzjonament, il-veloċità u d-direzzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li jinħoloq mudell ta’ fiduċja komuni Ewropew wieħed għas-C-ITS biex tiġi stabbilita relazzjoni ta’ fiduċja bejn l-istazzjonijiet kollha tas-C-ITS, irrispettivament mit-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni użati. Dak il-mudell ta’ fiduċja jenħtieġ li jiġi implimentat bl-adozzjoni ta’ politika dwar l-użu ta’ Infrastruttura tal-Kjavi Pubblika (PKI). L-ogħla livell ta’ dik il-PKI jenħtieġ li jkun il-lista ta’ fiduċja Ewropea ta’ ċertifikati, li tikkonsisti f’entrati tal-awtoritajiet taċ-ċertifikazzjoni root fdati kollha fl-Ewropa. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel ta’ dak il-mudell ta’ fiduċja tas-C-ITS, jenħtieġ li jitwettqu ċerti kompiti f’livell ċentrali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk il-kompiti essenzjali jitwettqu, b’mod partikolari fir-rigward tar-rwoli tal-awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS, tal-maniġer tal-lista ta’ fiduċja, u tal-punt ta’ kuntatt tas-C-ITS.

(12)Il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet skont id-Direttiva 2010/40/UE, bl-eċċezzjoni ta’ eCall, iffukaw fuq l-iżgurar tal-interoperabbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data li diġà hija disponibbli f’format diġitali li jinqara mill-magni u fuq il-varar ta’ servizzi tal-STI, iżda ma ppreskrivew l-ebda obbligu għall-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jagħmlu dik id-data disponibbli jew biex ivaraw servizzi speċifiċi. L-użu ta’ għadd ta’ servizzi essenzjali tal-STI sar mifrux: pereżempju d-detezzjoni ta’ inċidenti li tippermetti servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, jew data kruċjali, pereżempju r-regolamenti tat-traffiku, li ssostni servizzi importanti bħal-limiti tal-veloċità biex tappoġġa l-vetturi mgħammra b’assistenza intelliġenti tal-veloċità skont ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 . Il-forniment obbligatorju ta’ tali servizzi essenzjali tal-STI u data kruċjali huwa meqjus neċessarju biex tiġi żgurata kemm id-disponibbiltà kontinwa ta’ tali data kif ukoll il-forniment kontinwu ta’ tali servizzi madwar l-Unjoni. It-tipi ta’ data u s-servizzi, li l-forniment tagħhom jenħtieġ li jsir obbligatorju, jenħtieġ li jiġu identifikati abbażi tal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-atti delegati li jissupplimentaw id-Direttiva 2010/40/UE u li jirriflettu t-tipi ta’ data u s-servizzi stabbiliti fiha.

(13)L-istudju tal-2020 “Mapping accessible transport for persons with reduced mobility” 47 juri li n-nuqqas ta’ data suffiċjenti dwar il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà attwalment qed jipprevjeni l-ippjanar affidabbli tal-vjaġġi meta jintużaw aspetti ta’ aċċessibbiltà bħala varjabbli tat-tiftix. Biex tkompli tissaħħaħ l-aċċessibbiltà tas-sistema tat-trasport u jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar għall-persuni b’diżabbiltà u għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa, is-servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali jeħtieġu d-disponibbiltà ta’ data fuq in-nodi ta’ aċċess u l-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà tagħhom.

(14)L-integrazzjoni akbar tas-sistemi tal-STI u s-sistemi avvanzati ta’ assistenza għas-sewwieqa, jew tas-sistemi tal-vetturi u tal-infrastruttura b’mod ġenerali, timplika li tali sistemi se jiddependu aktar u aktar fuq l-informazzjoni li jipprovdu lil xulxin. Dan huwa partikolarment il-każ għas-C-ITS. Tali dipendenza se tiżdied b’livelli ogħla ta’ awtomatizzazzjoni. Dawn il-livelli ogħla ta’ awtomatizzazzjoni huma mistennija li jagħmlu użu mill-komunikazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura biex jiġu orkestrati l-manuvri u jittaffew il-flussi tat-traffiku ta’ veloċità, biex jikkontribwixxu wkoll għal trasport aktar sostenibbli. Għalhekk, jekk tiġi kompromessa l-integrità tas-servizzi tal-STI, dan jista’ jkollu impatt serju fuq is-sikurezza fit-toroq, pereżempju meta jiġi kkomunikat il-limitu tal-veloċità l-ħażin jew meta vettura tagħmel waqfa ta’ emerġenza minħabba periklu li ma jeżistix. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza fejn l-integrità tas-servizzi tal-STI tkun kompromessa, biex jiġu adottati kontromiżuri li jindirizzaw il-kawżi u l-konsegwenzi ta’ dik is-sitwazzjoni. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jittieħdu malajr kemm jista’ jkun u jkunu applikabbli immedjatament. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 . Fid-dawl tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kontinwità tat-trasport, huwa xieraq li tiġi applikata l-estensjoni tal-validità ta’ tali miżura lil hinn minn sitt xhur bl-użu tal-possibbiltà prevista skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jenħtieġ li tali kontromiżuri jintemmu malli tiġi implimentata soluzzjoni alternattiva jew mar-riżoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza.

(15)Meta l-varar u l-użu tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, jenħtieġ li tali pproċessar jitwettaq skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta’ data personali u l-privatezza, kif stabbilit, b’mod partikolari, fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 u fid-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 50 .

(16)Meta jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, l-ispeċifikazzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati skont din id-Direttiva jenħtieġ li jqisu r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva 2002/58/KE. B’mod partikolari, kull meta jkun possibbli li jintlaħqu bl-istess mod l-għanijiet segwiti bl-użu ta’ data anonima minflok data personali, jenħtieġ li tiġi mħeġġa l-anonimizzazzjoni bħala waħda mit-tekniki għat-tisħiħ tal-privatezza tal-individwi, f’konformità mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data mid-disinn.

(17)Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti 51 tapplika għal prodotti li għalihom il-leġiżlazzjoni settorjali ma tipprevedix dispożizzjonijiet aktar speċifiċi bl-istess objettiv ta’ sigurtà, kif ukoll fejn ir-rekwiżiti dwar is-sigurtà imposti minn leġiżlazzjoni settorjali ma jkoprux l-aspetti u r-riskji jew il-kategorija ta’ riskji koperti minn dik id-Direttiva (l-hekk imsejħa “xibka ta’ sikurezza”).

(18)Fejn ikun meħtieġ li titwettaq valutazzjoni tal-konformità, l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu dispożizzjonijiet dettaljati li jistabbilixxu l-proċedura li tirregola l-valutazzjoni tal-konformità jew l-adegwatezza għall-użu tal-kostitwenti. Fir-rigward ta’ ċerti servizzi tal-STI, u b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi tas-C-ITS, il-konformità kontinwa ma’ ċerti rekwiżiti u l-interoperabbiltà huma essenzjali biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-funzjonament xieraq tas-sistema. Għalhekk, fejn meħtieġ, l-ispeċifikazzjonijiet li jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-prodotti jenħtieġ li jistabbilixxu wkoll proċeduri relatati mas-sorveljanza tas-suq, inkluża klawżola ta’ salvagwardja. Dawk id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jkunu bbażati fuq id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 , b’mod partikolari fir-rigward tal-moduli għall-fażijiet varji tal-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ sorveljanza tas-suq. Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 jistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u l-partijiet jew it-tagħmir relatat tagħhom, u r-Regolamenti (UE) Nru 167/2013 54 u (UE) Nru 168/2013 55 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jistabbilixxu regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u ta’ kwadriċikli, u vetturi agrikoli jew forestali u l-partijiet jew it-tagħmir relatat tagħhom. Għalhekk, ikun hemm duplikazzjoni tal-ħidma kieku kellha tkun prevista valutazzjoni tal-konformità tat-tagħmir u l-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-atti leġiżlattivi. Madankollu, dawk l-atti leġiżlattivi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi japplikaw għat-tagħmir relatat mal-STI installat fil-vetturi, iżda mhux għat-tagħmir u s-software tal-STI tal-infrastruttura esterna tat-toroq, li jenħtieġ li jaqgħu taħt il-mandat ta’ din id-Direttiva. F’dan il-każ tal-aħħar, l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jipprevedu proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità u ta’ sorveljanza tas-suq. Dawn il-proċeduri jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li jkun meħtieġ f’kull każ separat.

(19)Meta l-varar u l-użu tat-tagħmir u s-software tal-STI jinkludu sistemi ta’ intelliġenza artifiċjali, jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali futur 56 .

(20)Għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI li għalihom huma meħtieġa servizzi ta’ kronometraġġ u pożizzjonament akkurati u garantiti, jenħtieġ li jintużaw infrastrutturi bbażati fuq is-satelliti jew kwalunkwe teknoloġija li tipprovdi livell ekwivalenti ta’ preċiżjoni. Is-sinerġiji bejn is-setturi tat-trasport u tal-ispazju tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu sfruttati biex jitrawwem l-użu usa’ ta’ teknoloġiji ġodda, li jwieġbu għall-ħtieġa ta’ servizzi ta’ kronometraġġ u pożizzjonament akkurati u garantiti. Il-Programm Spazjali tal-Unjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 jipprovdi data, informazzjoni u servizzi relatati mal-ispazju ta’ kwalità għolja, aġġornati u siguri permezz tas-sistemi Galileo, tan-Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS), u Copernicus.

(21)Il-forniment ta’ servizzi ta’ kronometraġġ u pożizzjonament siguri u affidabbli huwa element essenzjali tal-operat effettiv tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI. Għalhekk, huwa xieraq li tiġi żgurata l-kompatibbiltà tagħhom mal-mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni pprovdut mill-programm Galileo, sabiex jittaffew l-attakki ta’ spoofing tas-sinjali fuq is-Sistemi Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (“GNSS”).

(22)L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra, inklużi gruppi ta’ esperti u kumitati oħra tal-Kummissjoni li jittrattaw l-aspetti diġitali tat-trasport, jenħtieġ li jiġu kkonsultati fit-tfassil tal-programmi ta’ ħidma adottati mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/40/UE.

(23)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-mudell għar-rapporti li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri, u l-adozzjoni u l-aġġornament tal-programmi ta’ ħidma. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 .

(24)Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, is-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-lista tat-tipi ta’ data li għalihom l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tad-data u li tiġi emendata l-lista ta’ servizzi tal-STI li għalihom l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-varar, għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Jenħtieġ li dan il-perjodu jiġi estiż b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni. B’mod partikolari huwa importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti u mal-partijiet ikkonċernati, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 59 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(25)Sabiex jiġi ggarantit approċċ ikkoordinat, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura l-koerenza bejn l-attivitajiet tal-Kumitat stabbilit b’din id-Direttiva u tal-Kumitati stabbiliti bir-Regolamenti (UE) Nru 165/2014 60 , (UE) 2019/1239 61 , (UE) 2020/1056 62 u (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u bid-Direttivi 2007/2/KE 63 u d-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 64 .

(26)Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiżgura varar ikkoordinat u koerenti ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti li jkunu interoperabbli fl-Unjoni kollha, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u/jew mis-settur privat, iżda pjuttost jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(27)F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni 65 , l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom tkun akkumpanjata minn dokument wieħed jew iktar fejn tiġi spjegata l-korrelazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġustifikata.

(28)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 66 u ta opinjoni fil-XX XX 2022,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2010/40/UE

Id-Direttiva 2010/40/UE hija emendata kif ġej:

(1)fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.Din id-Direttiva tipprevedi d-disponibbiltà tad-data u l-varar tas-servizzi tal-STI fl-oqsma ta’ prijorità msemmija fl-Artikolu 2 b’kopertura ġeografika speċifika kif speċifikat fl-Annessi III u IV.”;

(2)fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dawn li ġejjin għandhom ikunu l-oqsma ta’ prijorità għall-iżvilupp u l-użu ta’ speċifikazzjonijiet u standards:

   (a) I.    Servizzi tal-STI ta’ informazzjoni u ta’ mobbiltà;

   (b) II.    Servizzi tal-STI tal-ivvjaġġar, tat-trasport u tal-ġestjoni tat-traffiku;

   (c) III.    Servizzi tal-STI ta’ sikurezza u sigurtà fit-toroq;

   (d) IV.    Servizzi ta’ mobbiltà kooperattivi, konnessi u awtomatizzati.”;

(3)L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)il-punt 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(18)    ‘standard’ tfisser standard kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*;

________

*Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).”;

(b)jiżdiedu l-punti (19) sa (24) li ġejjin:

“(19)    ‘sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi’ jew ‘C-ITS’ tfisser sistemi ta’ trasport intelliġenti li jippermettu lill-utenti tal-STI jikkooperaw billi jiskambjaw messaġġi siguri u affidabbli;

(20)    ‘servizz tas-C-ITS’ tfisser servizz tal-STI ipprovdut permezz ta’ C-ITS;

(21)    ‘disponibbiltà tad-data’ tfisser l-eżistenza ta’ data f’format diġitali li jinqara mill-magni;

(22)    ‘Punt ta’ Aċċess Nazzjonali’ tfisser interkonnessjoni diġitali stabbilita minn Stat Membru li tikkostitwixxi punt uniku ta’ aċċess għad-data, kif iddefinit fl-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 6;

(23)    ‘aċċessibbiltà tad-data’ tfisser il-possibbiltà li tintalab u tinkiseb data f’format diġitali li jinqara mill-magni permezz ta’ Punti ta’ Aċċess Nazzjonali;

(24)    ‘servizz ta’ mobbiltà diġitali multimodali’ tfisser servizz li jipprovdi informazzjoni dwar id-data dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar bħall-post tal-faċilitajiet tat-trasport, l-iskedi, id-disponibbiltà jew in-nollijiet għal aktar minn mezz wieħed tat-trasport, li jista’ jinkludi karatteristiċi li jippermettu li jsiru riżervazzjonijiet, prenotazzjonijiet jew pagamenti jew li jinħarġu biljetti.”;

(4)L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Applikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-varar tal-STI

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6 jiġu applikati fir-rigward tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi STI, meta dawk ikunu varati, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ kull Stat Membru li jiddeċiedi dwar il-varar min-naħa tiegħu ta’ dawn l-applikazzjonijiet u s-servizzi fit-territorju tiegħu. Dan id-dritt huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6a u 6b. Fejn rilevanti, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll dwar l-infurzar ta’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet.

2. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll fir-rigward tal-oqsma ta’ prijorità, sa fejn ma tkun ġiet adottata l-ebda speċifikazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-oqsma ta’ prijorità.

3. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ukoll, fejn meħtieġ mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, dwar l-aspetti operazzjonali tal-implimentazzjoni u l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni, bħal standards u profili armonizzati tal-UE, definizzjonijiet komuni, metadata komuni, rekwiżiti komuni tal-kwalità u aspetti relatati mal-interoperabbiltà tal-arkitetturi tal-Punti ta’ Aċċess Nazzjonali, kundizzjonijiet komuni għall-iskambju tad-data, kif ukoll attivitajiet komuni ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni.”;

(5)L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, jistipulaw il-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jistabbilixxu regoli addizzjonali għall-forniment ta’ servizzi tal-STI fit-territorju kollu tagħhom jew f’parti minnu, sakemm dawk ir-regoli ma jostakolawx l-interoperabbiltà.”;

(b)il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6. L-ispeċifikazzjonijiet għandhom, fejn xieraq, ikunu bbażati fuq kwalunkwe standard imsemmi fl-Artikolu 8.

L-ispeċifikazzjonijiet għandhom, kif xieraq u b’mod partikolari fejn iġġustifikat fl-interess tas-sikurezza u l-interoperabbiltà, jinkludu regoli dwar il-valutazzjoni tal-konformità u s-sorveljanza tas-suq, inkluża klawżola ta’ salvagwardja, f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE.

L-ispeċifikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness II.”;

___________

* Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).”;

(6)Jiddaħħlu l-Artikoli 6a u 6b li ġejjin:

“Artikolu 6a

Id-disponibbiltà tad-data

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għal kull tip ta’ data elenkat fl-Anness III, id-data tkun disponibbli għall-kopertura ġeografika relattiva għal tali tip ta’ data kemm jista’ jkun kmieni u mhux aktar tard mid-data rispettiva stabbilita f’dak l-Anness.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċessibbiltà ta’ dik id-data fuq il-Punti ta’ Aċċess Nazzjonali sal-istess data.

Artikolu 6b

Varar ta’ servizzi tal-STI

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi tal-STI speċifikati fl-Anness IV jintużaw għall-kopertura ġeografika stabbilita f’dak l-Anness sad-data speċifikata fih.”;

(7)L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħlu l-paragrafi 1a u 1b li ġejjin:

“1a.    Wara analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji u valutazzjoni tal-impatt inklużi konsultazzjonijiet xierqa, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-lista tat-tipi ta’ data fl-Anness III, inkluża d-data tal-implimentazzjoni u l-kopertura ġeografika għal kull tip ta’ data. Dawk l-emendi għandhom ikunu konsistenti mal-kategoriji tad-data stabbiliti fl-aħħar programm ta’ ħidma adottat f’konformità mal-Artikolu 17(5).

1b.    Wara analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji li tqis kif xieraq l-iżviluppi tas-suq u l-evoluzzjoni tat-teknoloġija u valutazzjoni tal-impatt li tinkludi konsultazzjonijiet xierqa, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12 biex temenda l-lista tas-servizzi tal-STI fl-Anness IV, inkluża d-data tal-implimentazzjoni u l-kopertura ġeografika għal kull servizz tal-STI. Dawk l-emendi għandhom ikunu konsistenti mal-lista tas-servizzi tal-STI stabbilita fl-aħħar programm ta’ ħidma adottat f’konformità mal-Artikolu 17(5).”;

(b)il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3. Għall-atti delegati msemmijin f’dan l-Artikolu, għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 12.”;

(8)Jiddaħħal l-Artikolu 7a li ġej:

“Artikolu 7a

Miżuri interim

F’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li jkollha impatt dirett sever fuq is-sikurezza fit-toroq, iċ-ċibersigurtà jew id-disponibbiltà u l-integrità tas-servizzi tal-STI, u li tista’ tikkomprometti l-funzjonament sikur u xieraq tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni, sabiex tirrimedja dik is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament li jissospendu jew jistabbilixxu obbligi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-oqsma ta’ prijorità stabbiliti skont l-Artikolu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3). Dawn għandhom ikunu strettament limitati għall-indirizzar tal-kawżi u l-konsegwenzi ta’ tali sitwazzjonijiet ta’ emerġenza.”;

(9)fl-Artikolu 8(1), ir-referenza għad-“Direttiva 98/34/KE” hija sostitwita bir-referenza għad-“Direttiva (UE) 2015/1535”;

(10)L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

Regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza

Fejn l-ispeċifikazzjonijiet adottati skont l-Artikolu 6 jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ data dwar it-traffiku, l-ivvjaġġar jew it-toroq li hija data personali kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679*, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta’ dik id-data u jipprevedu salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE. Fejn xieraq, għandu jiġi mħeġġeġ l-użu ta’ data anonima.

__________

* Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).”;

(11)Jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

“Artikolu 10a

Is-sistema ta’ ġestjoni tal-kredenzjali tas-sigurtà tas-C-ITS tal-UE

L-ispeċifikazzjonijiet għall-qasam ta’ prijorità msemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 2(1) li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħha skont l-Artikolu 7(1) għandhom jistabbilixxu s-sistema ta’ ġestjoni tal-kredenzjali tas-sigurtà tas-C-ITS tal-UE msemmija fil-punt 4.3 tal-Anness I. Dik is-sistema għandha tinkludi r-rwoli li ġejjin:

(a)l-awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS;

(b)il-maniġer tal-lista ta’ fiduċja tas-C-ITS;

(c)il-punt ta’ kuntatt tas-C-ITS.

Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiżgura t-twettiq ta’ dawk ir-rwoli.”;

(12)fl-Artikolu 12(2), “is-27 ta’ Awwissu 2017” hija sostitwita bi “[Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]”;

(13)L-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 15

Proċedura ta’ kumitat

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Ewropew tal-STI (EIC). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

2.    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu. L-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan il-paragrafu għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jitħassru. Il-Kummissjoni għandha tħassar dawk l-atti ladarba s-sitwazzjoni ta’ emerġenza tkun għaddiet jew l-att delegat rilevanti li jissupplimenta din id-Direttiva jiġi emendat biex jirrimedja s-sitwazzjoni, skont liema sseħħ l-ewwel.

4.    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, qabel l-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, dan jiġi deċiż mill-president tal-kumitat jew jintalab minn maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4), tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

__________

* Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;

(14)L-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Ir-rapportar u l-programm ta’ ħidma

1.    L-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni sa [Data tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar] rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tal-atti delegati kollha li jissupplimentaw din id-Direttiva, dwar l-attivitajiet u l-proġetti nazzjonali tagħhom rigward l-oqsma ta’ prijorità u dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6a u 6b.

2.    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-mudell għar-rapporti inizjali u ta’ progress inkluża lista ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni li għandhom jiġu pprovduti fir-rapporti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.    Wara r-rapport inizjali, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull tliet snin dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tal-atti delegati kollha li jissupplimentaw din id-Direttiva, kif imsemmi fil-paragrafu 1.

4.    Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, 18-il xahar wara kull skadenza għar-rapporti tal-Istati Membri, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn analiżi dwar il-funzjonament u l-implimentazzjoni, inklużi r-riżorsi finanzjarji użati u meħtieġa, tal-Artikoli 5 sa 11 u tal-Artikolu 16, u għandu jivvaluta l-ħtieġa li din id-Direttiva tiġi emendata, fejn ikun il-każ.

5.    Sa [Data tad-dħul fis-seħħ + 12-il xahar], il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti u permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tadotta programm ta’ ħidma. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(4). Il-programm ta’ ħidma għandu jinkludi objettivi u dati għall-implimentazzjoni tiegħu kull sena, kif ukoll il-lista tal-kategoriji tad-data u s-servizzi tal-STI li għalihom il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skont l-Artikolu 7(1a) u (1b).

Qabel kull estensjoni sussegwenti ta’ ħames snin tas-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, toħroġ programm ta’ ħidma ġdid. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(4). ”;

(15)L-Annessi I u II huma sostitwiti bit-test fl-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva;

(16)l-Annessi III u IV jiżdiedu kif stabbilit fl-Annessi III u IV ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [Data tad-dħul fis-seħħ + 18-il xahar]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1.
(2)    COM(2020) 789 final.
(3)     https://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC69961/congestion%20report%20final.pdf  
(4)    COM(2020) 66 final.
(5)    COM(2019) 640 final.
(6)     https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age_mt
(7)    SWD(2019) 368 final.
(8)    Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).
(9)     https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/clean-transport-urban-transport/urban-mobility_mt  
(10)    COM(2021) 559 final.
(11)    ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1.
(12)    ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33.
(13)    Ir-Regolament (UE) Nru 2021/782 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 172, 17.5.2021, p. 1).
(14)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/962 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).
(15)    L-adozzjoni tal-att delegat hija mistennija li sseħħ fl-ewwel trimestru tal-2022.
(16)    ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.
(17)    ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(18)    ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.
(19)    ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1.
(20)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-att dwar l-intelliġenza artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (COM(2021) 206 final).
(21)    Daħħal ir-referenza
(22)    Aktar dettalji jistgħu jinsabu fl-Anness F tal-istudju ta’ appoġġ, li fih rapport dwar il-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.
(23)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12534-Intelligent-transport-systems-review-of-EU-rules-_mt  
(24)    SWD(2019) 368 final.
(25)    COM/2019/464 final.
(26)     https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/intelligent-transport-systems/road/action-plan-and-directive/its-national-reports_mt
(27)    Rapport finali, studju ta’ appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt “Studju ta’ Appoġġ għall-Valutazzjoni tal-Impatt dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sistema ta’ Trasport Intelliġenti (2010/40/UE)”, 2021.
(28)    Il-Kodiċi E01941 fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili.
(29)    Daħħal ir-referenza
(30)    ĠU L 340, 20.12.2017, p. 1.
(31)    ĠU C , , p.
(32)    ĠU C , , p.
(33)    COM(2020) 789 final.
(34)    Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).
(35)    Kif iċċertifikat f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) …/…. ta’ XXX dwar l-istandards tal-UE li jiddeskrivu fid-dettall il-livell ta’ servizz u sigurtà taż-żoni tal-parkeġġ sikuri u siguri tal-UE u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni tagħhom.
(36)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni – Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(37)    Bħall-ispazju tad-data Ewropew komuni dwar il-Mobbiltà u l-komponenti tiegħu, ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33), u x-xogħol segwit mill-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF).
(38)     https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/intelligent-transport-systems/road/action-plan-and-directive_en
(39)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 1);    ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-data u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6);    ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/962 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21);    u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).
(40)     https://transport.ec.europa.eu/transport-themes/intelligent-transport-systems/road/action-plan-and-directive/national-access-points_en
(41)    COM(2020) 66 final.
(42)    Il-Kodiċi E03188 fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili
(43)    Il-Kodiċi E03657 fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili
(44)    Il-Kodiċi XXXXX fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili
(45)    Il-Kodiċi E02481 fir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili
(46)    Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 78/2009, (KE) Nru 79/2009 u (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2009, (UE) Nru 406/2010, (UE) Nru 672/2010, (UE) Nru 1003/2010, (UE) Nru 1005/2010, (UE) Nru 1008/2010, (UE) Nru 1009/2010, (UE) Nru 19/2011, (UE) Nru 109/2011, (UE) Nru 458/2011, (UE) Nru 65/2012, (UE) Nru 130/2012, (UE) Nru 347/2012, (UE) Nru 351/2012, (UE) Nru 1230/2012 u (UE) 2015/166 (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1).
(47)     https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/dfa0c844-3b5f-11eb-b27b-01aa75ed71a1  
(48)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(49)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(50)    Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
(51)    Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).
(52)    Id-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
(53)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(54)    Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(55)    Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(56)    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-att dwar l-intelliġenza artifiċjali) u li jemenda ċerti atti leġiżlattivi tal-Unjoni (COM(2021) 206 final).
(57)    Ir-Regolament (UE) 2021/696 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm Spazjali tal-Unjoni u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 69).
(58)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(59)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(60)    Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(61)    Ir-Regolament (UE) 2019/1239 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi sistema ta’ Single Window Marittima Ewropea u li jħassar id-Direttiva 2010/65/UE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 64).
(62)    Ir-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33).
(63)    Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(64)    Id-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 45).
(65)    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
(66)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
Top

Strasburgu, 14.12.2021

COM(2021) 813 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport

{SEC(2021) 436 final} - {SWD(2021) 474 final} - {SWD(2021) 475 final}


ANNESS I

OQSMA PRIJORITARJI

(kif imsemmi fl-Artikolu 2)

1.Qasam ta’ prijorità I: Servizzi tal-STI ta’ informazzjoni u ta’ mobbiltà

L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards għas-servizzi tal-STI ta’ informazzjoni u ta’ mobbiltà għall-passiġġieri għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

1.1.Speċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali mal-UE kollha (inklużi servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali mal-UE kollha)

Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex is-servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali u servizzi simili mal-UE kollha li jipprovdu informazzjoni u karatteristiċi ta’ prenotazzjoni jew ta’ xiri għal aktar minn operatur tat-trasport wieħed fl-istess mezz ta’ trasport ikunu akkurati u disponibbli b’mod transfruntier għall-utenti tal-STI, abbażi ta’:

1.1.1.id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tad-data eżistenti u akkurata dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar għas-servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali għall-fornituri tas-servizzi tal-STI mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ġestjoni tat-trasport;

1.1.2.il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-partijiet ikkonċernati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tal-STI, b’mod transfruntier, b’mod partikolari permezz ta’ interkonnessjonijiet standardizzati;

1.1.3.l-aġġornament f’waqtu mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti tad-data disponibbli dwar it-traffiku multimodali u tal-ivvjaġġar, użata għal servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali;

1.1.4.l-aġġornament f’waqtu tal-informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali, inkluża informazzjoni relatata mal-prenotazzjoni u max-xiri ta’ servizzi tat-trasport, mill-fornituri tas-servizzi tal-STI.

1.2.Speċifikazzjonijiet għal servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq u dwar in-navigazzjoni mal-UE kollha (inklużi servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali mal-UE kollha)

Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex is-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq u ta’ navigazzjoni mal-UE kollha jkunu akkurati u disponibbli b’mod transfruntier għall-utenti tal-STI, abbażi ta’:

1.2.1.id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ data eżistenti u akkurata dwar it-toroq u t-traffiku, inkluża data f’ħin reali, użata għal informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali lill-fornituri tas-servizzi tal-STI u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn, u għall-użu f’mapep diġitali, mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet tas-sikurezza u tal-ġestjoni tat-trasport;

1.2.2.il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, il-partijiet ikkonċernati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tal-STI, b’mod transfruntier, inkluż feedback dwar il-kwalità tad-data;

1.2.3.l-aġġornament f’waqtu tad-data disponibbli dwar it-toroq u t-traffiku użata għall-informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti;

1.2.4.l-aġġornament f’waqtu tal-informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali għall-utenti tat-toroq u għall-partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn mill-fornituri tas-servizzi tal-STI.

1.3.Speċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ mobbiltà diġitali multimodali mal-UE kollha u għas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku fit-toroq u ta’ navigazzjoni

1.3.1.Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa għall-ġbir mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u/jew, fejn hu rilevanti, mis-settur privat tad-data dwar it-toroq u t-traffiku (jiġifieri l-pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rotot rakkomandati, b’mod speċjali għall-vetturi tqal tal-merkanzija) u għall-għoti ta’ dawn lill-fornituri tas-servizzi tal-STI, abbażi ta’:

1.3.1.1.id-disponibbiltà, għall-fornituri tas-servizzi tal-STI, ta’ data eżistenti dwar it-toroq u t-traffiku (jiġifieri l-pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rotot rakkomandati) miġbura mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u/jew mis-settur privat;

1.3.1.2.il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-fornituri tas-servizzi tal-STI u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn;

1.3.1.3.l-aġġornament f’waqtu, mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u/jew, fejn rilevanti, mis-settur privat, tad-data dwar it-toroq u dwar it-traffiku (jiġifieri l-pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku, ir-regolamenti tat-traffiku u r-rotot rakkomandati);

1.3.1.4.l-aġġornament f’waqtu, mill-fornituri tas-servizzi tal-STI, tas-servizzi u l-applikazzjonijiet tal-STI bl-użu ta’ din id-data dwar it-toroq u t-traffiku.

1.3.2.Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex id-data dwar it-toroq, it-traffiku u l-infrastruttura rilevanti tal-ivvjaġġar u multimodali użata għall-mapep diġitali tkun akkurata u disponibbli, fejn ikun possibbli, għall-produtturi u għall-fornituri tas-servizzi tal-mapep diġitali, abbażi ta’:

1.3.2.1.id-disponibbiltà ta’ data eżistenti dwar it-toroq, it-traffiku u l-infrastruttura rilevanti tal-ivvjaġġar u multimodali, inklużi n-nodi ta’ aċċess identifikati, użati għall-mapep diġitali, għall-produtturi u l-fornituri tas-servizzi tal-mapep diġitali;

1.3.2.2.il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-partijiet ikkonċernati u l-produtturi u l-fornituri tas-servizzi privati tal-mapep diġitali;

1.3.2.3.l-aġġornament f’waqtu tad-data dwar it-toroq u t-traffiku għall-mapep diġitali mill-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u mill-partijiet ikkonċernati;

1.3.2.4.l-aġġornament f’waqtu tal-mapep diġitali mill-produtturi u mill-fornituri tas-servizzi tal-mapep diġitali.

2.Qasam ta’ prijorità II: Servizzi tal-STI tal-ivvjaġġar, tat-trasport u tal-ġestjoni tat-traffiku

L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards għas-servizzi tal-STI tal-ivvjaġġar, tat-trasport u tal-ġestjoni tat-traffiku għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

2.1.Speċifikazzjonijiet għal servizzi mtejba ta’ ġestjoni tat-traffiku u tal-inċidenti

Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa għall-appoġġ u għall-armonizzazzjoni ta’ servizzi mtejba ta’ ġestjoni tat-traffiku u tal-inċidenti, abbażi ta’:

2.1.1.id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ data eżistenti u akkurata dwar it-toroq u t-traffiku u ta’ data dwar l-aċċidenti u l-inċidenti meħtieġa għas-servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku u tal-inċidenti;

2.1.2.il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data, inkluża data dwar il-merkanzija, bejn iċ-ċentri tal-ġestjoni tat-traffiku, iċ-ċentri tal-informazzjoni dwar it-traffiku, il-partijiet ikkonċernati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tal-STI, b’mod transfruntier, b’mod partikolari permezz ta’ interkonnessjonijiet standardizzati;

2.1.3.l-aġġornament f’waqtu tad-data disponibbli dwar it-toroq u t-traffiku u d-data dwar l-aċċidenti u l-inċidenti meħtieġa għal servizzi mtejba ta’ ġestjoni tat-traffiku u tal-inċidenti mill-partijiet ikkonċernati rilevanti;

2.1.4.id-disponibbiltà tad-data u sinerġiji ma’ inizjattivi oħrajn immirati lejn l-armonizzazzjoni u l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-data 1 , kif ukoll l-appoġġ tal-multimodalità, tal-integrazzjoni tal-modi u tal-ottimizzazzjoni tal-bilanċ modali fuq in-network tat-trasport Ewropew.

2.2.Speċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ ġestjoni tal-mobbiltà

Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ta’ servizzi akkurati ta’ ġestjoni tal-mobbiltà mill-awtoritajiet tat-trasport pubbliku, abbażi ta’:

2.2.1.id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ data eżistenti u akkurata dwar l-ivvjaġġar bit-triq u multimodali u dwar it-traffiku, meħtieġa għall-ġestjoni tal-mobbiltà, għall-awtoritajiet pubbliċi rilevanti mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data;

2.2.2.il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti u l-partijiet ikkonċernati u l-fornituri rilevanti tas-servizzi tal-STI, b’mod transfruntier;

2.2.3.l-aġġornament f’waqtu tad-data disponibbli dwar l-ivvjaġġar bit-triq u multimodali u dwar it-traffiku, meħtieġa għall-ġestjoni tal-mobbiltà mill-awtoritajiet pubbliċi u mill-partijiet ikkonċernati rilevanti.

2.3.L-arkitettura qafas tal-UE tas-sistemi STI

Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tal-arkitettura qafas tal-UE tas-sistemi STI, li jindirizzaw speċifikament l-interoperabbiltà, il-kontinwità tas-servizzi u l-aspetti multimodali relatati mal-STI, fejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom f’kooperazzjoni mas-settur privat jistgħu jiżviluppaw l-arkitettura tal-STI proprja tagħhom għall-mobbiltà fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali.

2.4.L-applikazzjonijiet tal-STI u l-loġistika tat-trasport tal-merkanzija

Id-definizzjoni tar-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi appoġġata r-realizzazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-STI għal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, b’mod partikolari r-rintraċċar u t-traċċar tal-merkanzija u ta’ servizzi oħrajn ta’ viżibbiltà matul il-vjaġġ tagħha u f’mezzi tat-trasport differenti, abbażi ta’:

2.4.1.id-disponibbiltà tat-teknoloġiji rilevanti tal-STI u l-użu tagħhom mill-iżviluppaturi tal-applikazzjonijiet tal-STI;

2.4.2.id-disponibbiltà ta’ data relatata mal-merkanzija, aċċessibbli permezz ta’ oqfsa speċifiċi oħrajn ta’ kondiviżjoni tad-data 2 ;

2.4.3.l-integrazzjoni tar-riżultati tal-pożizzjonament fl-għodod u fiċ-ċentri tal-ġestjoni tat-traffiku.

3.Qasam ta’ prijorità III: Servizzi tal-STI ta’ sikurezza u sigurtà fit-toroq

L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards għas-servizzi tal-STI ta’ sikurezza u sigurtà fit-toroq għandhom jinkludu dawn li ġejjin:

3.1.Speċifikazzjonijiet għall-eCall interoperabbli fl-UE kollha

Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha, li jinkludu:

3.1.1.id-disponibbiltà tad-data tal-STI meħtieġa fil-vetturi li trid tiġi skambjata;

3.1.2.id-disponibbiltà tat-tagħmir meħtieġ fiċ-ċentri ta’ rispons għal sejħiet ta’ emerġenza li jirċievu d-data li tkun ntbagħtet mill-vetturi;

3.1.3.il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku ta’ data bejn il-vetturi u ċ-ċentri ta’ rispons għal sejħiet ta’ emerġenza.

3.2.Speċifikazzjonijiet għas-servizzi ta’ informazzjoni u ta’ prenotazzjoni għal postijiet ta’ parkeġġ bla periklu u siguri għal trakkijiet u vetturi kummerċjali

Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu pprovduti servizzi ta’ informazzjoni u ta’ prenotazzjoni bbażati fuq l-STI għal postijiet ta’ parkeġġ bla periklu u siguri għal trakkijiet u vetturi kummerċjali, b’mod partikolari f’żoni ta’ servizz u serħan fit-toroq, abbażi ta’:

3.2.1.id-disponibblità tal-informazzjoni dwar il-parkeġġ fit-toroq għall-utenti;

3.2.2.il-faċilitazzjoni tal-iskambju elettroniku tad-data bejn is-siti u l-ispazji ta’ parkeġġ fit-toroq, iċ-ċentri u l-vetturi;

3.2.3.l-integrazzjoni tat-teknoloġiji rilevanti tal-STI kemm fil-vetturi kif ukoll fil-faċilitajiet tal-parkeġġ fit-toroq biex tiġi aġġornata l-informazzjoni dwar l-ispazji ta’ parkeġġ disponibbli għall-finijiet ta’ prenotazzjoni.

3.3.Speċifikazzjonijiet għall-informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq

Id-definizzjoni tar-rekwiżiti minimi, għall-“informazzjoni universali dwar it-traffiku” relatata mas-sikurezza fit-toroq ipprovduta, fejn ikun possibbli, mingħajr ħlas għall-utenti kollha tat-toroq, kif ukoll il-kontenut minimu tagħhom, abbażi ta’:

3.3.1.id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta’ data akkurata dwar l-avvenimenti relatati mas-sikurezza meħtieġa għall-informazzjoni dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza u għas-servizzi ta’ ġestjoni tal-inċidenti;

3.3.2.il-varar jew l-użu tal-mezzi biex jinstabu jew biex jiġu identifikati kundizzjonijiet relatati mas-sikurezza;

3.3.3.l-identifikazzjoni u l-użu ta’ lista standardizzata ta’ avvenimenti tat-traffiku relatati mas-sikurezza (“messaġġi universali dwar it-traffiku”) li jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-utenti tal-STI mingħajr ħlas;

3.3.4.il-kompatibbiltà u l-integrazzjoni tal-“messaġġi universali dwar it-traffiku” fis-servizzi tal-STI għal informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali u l-ivvjaġġar multimodali.

3.4.Speċifikazzjonijiet għal azzjonijiet oħra

3.4.1.Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tiġi appoġġata s-sikurezza tal-utenti tat-triq fir-rigward tal-Interkonnessjoni bejn il-Magni u l-Bniedem abbord il-vetturi u l-użu ta’ apparat nomadiku biex jiġu appoġġati l-attività tas-sewqan u/jew l-operazzjoni ta’ trasport, kif ukoll is-sigurtà tal-komunikazzjonijiet fil-vetturi li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 , tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 u tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 5 .

3.4.2.Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jittejbu s-sikurezza u l-kumdità tal-utenti vulnerabbli tat-toroq għall-applikazzjonijiet rilevanti kollha tal-STI li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.4.3.Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa għall-integrazzjoni ta’ sistemi avvanzati ta’ informazzjoni ta’ appoġġ għas-sewwieqa fil-vetturi u l-infrastruttura tat-toroq li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

3.4.4.Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi ta’ applikazzjonijiet tal-STI tas-sigurtà, bħal appoġġ għall-irkupru ta’ vetturi jew ta’ oġġetti misruqa, u l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti, b’kunsiderazzjoni xierqa ta’ oqfsa eżistenti u emerġenti oħrajn immirati lejn l-iffaċilitar tal-kondiviżjoni tad-data fil-mobbiltà u t-trasport li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.Qasam ta’ prijorità IV: Servizzi ta’ mobbiltà kooperattivi, konnessi u awtomatizzati

L-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards għall-konnessjoni tal-vetturi mal-infrastruttura tat-trasport, għas-sensibilizzazzjoni u biex isiru possibbli servizzi ta’ mobbiltà awtomatizzati ħafna għandhom jinkludu dan li ġej, mingħajr preġudizzju għall-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards fir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill:

4.1.Id-definizzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex isir aktar progress fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti kooperattivi (vettura-vettura, vettura-infrastruttura, infrastruttura-infrastruttura), abbażi ta’:

4.1.1.il-faċilitazzjoni tal-iskambju ta’ data jew ta’ informazzjoni bejn vetturi, bejn infrastrutturi u bejn il-vetturi u l-infrastrutturi;

4.1.2.id-disponibbiltà tad-data jew tal-informazzjoni rilevanti li trid tiġi skambjata għall-partijiet rispettivi tal-vetturi jew tal-infrastruttura tat-toroq;

4.1.3.l-użu ta’ format standardizzat tal-messaġġi għal dan l-iskambju tad-data jew informazzjoni bejn il-vetturi u l-infrastruttura;

4.1.4.id-definizzjoni ta’ infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-iskambju ta’ data jew tal-informazzjoni bejn vetturi, bejn infrastrutturi u bejn il-vetturi u l-infrastrutturi;

4.1.5.l-użu ta’ proċessi ta’ standardizzazzjoni għall-adozzjoni tal-arkitetturi rispettivi.

4.2.Speċifikazzjonijiet għas-servizzi

4.2.1.Servizzi ta’ informazzjoni u ta’ twissija tas-C-ITS abbażi ta’ data dwar l-istatus li jżidu l-għarfien tal-utenti tat-trasport dwar sitwazzjonijiet tat-traffiku li ġejjin;

4.2.2.Servizzi ta’ informazzjoni u ta’ twissija tas-C-ITS abbażi ta’ osservazzjonijiet li jkomplu jżidu l-għarfien tal-utenti tat-trasport dwar sitwazzjonijiet ta’ traffiku li ġejjin, inklużi l-utenti tat-trasport mhux konnessi;

4.2.3.Servizzi tas-C-ITS abbażi ta’ intenzjonijiet li jippermettu lill-vetturi jindirizzaw xenarji kumplessi tat-traffiku u jippermettu sewqan awtomatizzat ħafna;

4.2.4.Servizzi tal-infrastruttura tas-C-ITS biex jiġi appoġġat is-sewqan awtomatizzat.

4.3.Speċifikazzjonijiet għas-sistema ta’ ġestjoni tal-kredenzjali tas-sigurtà tas-C-ITS tal-UE

4.3.1.il-politika taċ-ċertifikati għall-ġestjoni taċ-ċertifikati pubbliċi ewlenin għas-servizzi tas-C-ITS;

4.3.2.l-istabbiliment tar-rwol tal-awtorità tal-politika taċ-ċertifikati tas-C-ITS, tal-maniġer tal-lista ta’ fiduċja tas-C-ITS u tal-punt ta’ kuntatt tas-C-ITSI;

4.3.3.politika tas-sigurtà għall-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni f’C-ITS.”.

ANNESS II

PRINĊIPJI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET U L-VARAR TAL-STI

(kif imsemmijin fl-Artikoli 5, 6, 7 u 8)

L-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet, il-ħruġ tal-mandati għall-istandards u l-għażla u l-varar tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tas-sistemi tal-STI għandhom ikunu bbażati fuq evalwazzjoni tal-ħtiġijiet li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati kollha, u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin. Dawn il-miżuri għandhom:

(a)

ikunu effettivi

jagħtu kontribut tanġibbli għas-soluzzjoni tal-isfidi prinċipali li jaffettwaw it-trasport bit-triq fl-Ewropa (pereżempju t-tnaqqis tal-konġestjoni, it-tnaqqis tal-emissjonjiet, it-titjib tal-effiċjenza tal-enerġija, il-ksib ta’ livelli ogħla ta’ sikurezza u sigurtà inkluż għall-utenti vulnerabbli tat-toroq);

(b)

ikunu kosteffiċjenti

jottimizzaw il-proporzjon tal-kostijiet relattivament għall-prestazzjoni fir-rigward tal-objettivi milħuqa;

(c)

ikunu proporzjonati

jipprevedu, fejn xieraq, livelli differenti ta’ kwalità u varar tas-servizz illi jistgħu jinkisbu, b’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej;

(d)

jappoġġaw il-kontinwità tas-servizzi

jiżguraw servizzi mingħajr interruzzjoni fl-Unjoni kollha, b’mod partikolari fin-network trans-Ewropew, u fejn ikun possibbli fil-fruntieri esterni tagħha, meta jiġu varati s-servizzi tal-STI. Il-kontinwità tas-servizzi jenħtieġ li tkun żgurata f’livell adattat għall-karatteristiċi tan-networks tat-trasport li jikkollegaw pajjiżi ma’ pajjiżi, u fejn ikun il-każ, reġjuni ma’ reġjuni u bliet ma’ żoni rurali;

(e)

jipprovdu l-interoperabbiltà

jiżguraw li s-sistemi u l-proċessi tan-negozju sottostanti jkollhom il-kapaċità għall-iskambju ta’ data u għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u ta’ għarfien sabiex ikun jista’ jiġi pprovdut servizz effettiv tal-STI;

(f)

jappoġġaw il-kompatibbiltà b’lura

jiżguraw, fejn ikun il-każ, il-kapaċità għas-sistemi tal-STI li jaħdmu ma’ sistemi eżistenti li jikkondividu għan komuni, mingħajr ma jostakolaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda u filwaqt li jappoġġaw, fejn rilevanti, il-komplementarjetà ma’ teknoloġiji ġodda jew it-tranżizzjoni għalihom;

(g)

jirrispettaw l-infrastruttura nazzjonali eżistenti u l-karatteristiċi tan-network

iqisu d-differenzi inerenti fil-karatteristiċi tan-networks tat-trasport, b’mod partikolari fid-daqsijiet tal-volumi tat-traffiku u fil-kundizzjonijiet tat-temp fit-toroq;

(h)

jippromwovu l-ugwaljanza tal-aċċess

la jimpedixxu u lanqas jiddiskriminaw kontra l-aċċess għall-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI mill-utenti vulnerabbli tat-toroq. Fejn rilevanti, ikunu aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà f’konformità mar-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà tal-Anness I tad-Direttiva 2019/882 meta l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI jkunu maħsuba li jiffurmaw interkonnessjoni ma’ jew li jipprovdu informazzjoni lill-utenti tal-STI b’diżabbiltà;

(i)

jappoġġaw il-maturità

juru, wara valutazzjoni tar-riskju adatta, ir-robustezza tas-sistemi tal-STI innovattivi, permezz ta’ livell suffiċjenti ta’ żvilupp tekniku u sfruttament operattiv;

(j)

jipprovdu kwalità fil-kronometraġġ u l-pożizzjonament

jiżguraw il-kompatibbiltà tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI, li jiddependu mill-kronometraġġ jew mill-pożizzjonament, ma’ mill-inqas is-servizzi ta’ navigazzjoni pprovduti mill-Galileo, inkluża l-Awtentikazzjoni tal-Messaġġi tan-navigazzjoni b’Servizz Miftuħ, meta tali servizz isir disponibbli, u mas-sistemi tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (“EGNOS”).

Fejn xieraq, jiżguraw li l-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-STI li jiddependu fuq data ta’ osservazzjoni tad-dinja jużaw id-data, l-informazzjoni jew is-servizzi ta’ Copernicus. Tista’ tintuża wkoll kemm data oħra kif ukoll servizzi oħrajn minbarra d-data ta’ Copernicus;

(k)

jiffaċilitaw l-intermodalità

iqisu l-koordinazzjoni tad-diversi mezzi tat-trasport, fejn xieraq, waqt il-varar tal-STI;

(l)

jirrispettaw il-koerenza

iqisu r-regoli, il-politiki u l-attivitajiet eżistenti tal-Unjoni li huma rilevanti fil-qasam tal-STI, b’mod partikolari fil-qasam tal-istandardizzazzjoni;

(m)

jipprovdu trasparenza u affidabbiltà

jiżguraw it-trasparenza tal-klassifikazzjoni meta jiġu proposti għażliet ta’ mobbiltà lill-klijenti.

 .

ANNESS III

Lista tat-tipi ta’ data

Tip ta’ data

Kopertura ġeografika

Data

Tipi ta’ data dwar regolamenti u restrizzjonijiet (kif imsemmi fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 6 ):

Ir-regolamenti dwar it-traffiku statiku u dinamiku, fejn applikabbli, inklużi:

-il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-mini

-il-kundizzjonijiet tal-aċċess għall-pontijiet

-il-limiti tal-veloċità

-ir-regolamenti dwar il-kunsinna tal-merkanzija

-projbizzjonijiet ta’ sorpass għal vetturi tqal tal-merkanzija

-id-direzzjoni tal-ivjaġġar f’korsiji riversibbli

In-network trans-Ewropew għat-toroq, awtostradi oħrajn mhux inklużi f’dak in-network u toroq primarji

il-31 ta’ Diċembru 2025

In-network kollu tat-toroq tal-UE li huwa aċċessibbli pubblikament għat-traffiku motorizzat, bl-eċċezzjoni ta’ toroq privati

il-31 ta’ Diċembru 2028

-pjanijiet taċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku

In-network kollu tat-toroq li huwa aċċessibbli pubblikament għat-traffiku motorizzat

il-31 ta’ Diċembru 2025

-restrizzjonijiet ta’ aċċess permanenti

In-network kollu tat-toroq li huwa aċċessibbli pubblikament għat-traffiku motorizzat

il-31 ta’ Diċembru 2025

Tipi ta’ data dwar l-istat tan-network (kif imsemmi fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962):

-toroq magħluqa

-korsiji magħluqa

-xogħlijiet fit-triq

-miżuri ta’ ġestjoni tat-traffiku temporanji

In-network trans-Ewropew għat-toroq, awtostradi oħrajn mhux inklużi f’dak in-network u toroq primarji

il-31 ta’ Diċembru 2025

In-network kollu tat-toroq tal-UE li huwa aċċessibbli pubblikament għat-traffiku motorizzat, bl-eċċezzjoni ta’ toroq privati

il-31 ta’ Diċembru 2028

Tipi ta’ data dwar postijiet tal-parkeġġ mingħajr periklu u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (kif imsemmi fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 7 ):

-data statika relatata maż-żoni tal-parkeġġ

-informazzjoni dwar is-sikurezza u t-tagħmir taż-żona tal-parkeġġ

-data dinamika dwar id-disponibbiltà tal-postijiet tal-parkeġġ inkluż jekk parkeġġ huwiex: mimli, magħluq jew l-għadd ta’ postijiet vojta disponibbli.

In-network trans-Ewropew għat-toroq u għal awtostradi oħrajn mhux inklużi f’dak in-network

il-31 ta’ Diċembru 2025

Data dwar avvenimenti jew kundizzjonijiet identifikati relatati mas-sikurezza fit-toroq (kif imsemmija fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 8 ):

-triq temporanjament tiżloq

-annimal, persuni, ostakli, skart fit-triq

-żona ta’ aċċidenti mhux protetta

-xogħlijiet fit-toroq għal żmien qasir

-viżibbiltà mnaqqsa

-sewwieq fid-direzzjoni l-ħażina

-imblukkar mhux ġestit ta’ triq

-kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp

In-network trans-Ewropew għat-toroq u għal awtostradi oħrajn mhux inklużi f’dak in-network

il-31 ta’ Diċembru 2026

Tipi ta’ data statika dwar l-ivvjaġġar multimodali (kif imsemmi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 9 ):

Il-post tan-nodi ta’ aċċess identifikati għall-mezzi skedati kollha, inkluża informazzjoni dwar l-aċċessibbiltà tan-nodi ta’ aċċess u tal-mogħdijiet fi ħdan interkambju (bħall-eżistenza ta’ liftijiet, skali mobbli)

In-network kollu tat-trasport tal-UE

il-31 ta’ Diċembru 2026

.

ANNESS IV

Lista ta’ servizzi tal-STI

Servizz

Kopertura ġeografika

Data

Servizz ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku relatata mas-sikurezza fit-toroq (SRTI) (kif imsemmi fir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013)

In-network trans-Ewropew għat-toroq u għal awtostradi oħrajn mhux inklużi f’dak in-network

il-31 ta’ Diċembru 2026

.

(1)    Bħar-Regolament (UE) 2020/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (ĠU L 249, 31.7.2020, p. 33), u x-xogħol segwit mill-Forum dwar it-Trasport u l-Loġistika Diġitali (DTLF).
(2)    Bħar-Regolament (UE) 2020/1056.
(3)    Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).
(4)    Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
(5)    Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
(6)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/962 tat-18 ta’ Diċembru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment tas-servizzi ta’ informazzjoni dwar it-traffiku f’ħin reali fl-UE kollha (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).
(7)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 885/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissuplimenta d-Direttiva ITS 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni għal postijiet tal-parkeġġ sikuri u siguri għat-trakkijiet u l-vetturi kummerċjali (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 1).
(8)    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013 tal-15 ta’ Mejju 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-dejta u l-proċeduri għall-forniment, fejn possibbli, ta’ informazzjoni minima universali dwar it-traffiku stradali marbuta mas-sikurezza b’xejn lill-utenti (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6).
(9)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1926 tal-31 ta’ Mejju 2017 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar l-ivvjaġġar multimodali fl-UE kollha (ĠU L 272, 21.10.2017, p. 1).
Top