EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1285

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1285/2011 tat- 8 ta’ Diċembru 2011 li jemenda għall-161 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

OJ L 328, 10.12.2011, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 011 P. 144 - 145

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1285/oj

10.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1285/2011

tat-8 ta’ Diċembru 2011

li jemenda għall-161 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-30 ta' Novembru 2011, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċida li jneħħi persuna fiżika mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet tiegħu li għalihom japplikaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi wara li ġew ikkunsidrati t-talba għat-tħassir minn fuq il-lista sottomessa minn dan l-individwu u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson stabbilit skont ir-Regolament 1904(2009) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li jemenda annotazzjoni fil-lista.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li l-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I ta' mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għanda titħassar:

“Abu Sufian Al-Salambi Muhammed Ahmed Abd Al-Razziq (magħruf ukoll bħala (a) Abu Sufian Abd Al Razeq, (b) Abousofian Abdelrazek, (c) Abousofian Salman Abdelrazik, (d) Abousofian Abdelrazik, (e) Abousofiane Abdelrazik, (f) Sofian Abdelrazik, (g) Abou El Layth, (h) Aboulail, (i) Abu Juiriah, (j) Abu Sufian, (k) Abulail, (l) Djolaiba the Sudanese, (m) Jolaiba, (n) Ould El Sayeigh). Data tat-twelid: 6.8.1962. Post tat-twelid: (a) Al-Bawgah, is-Sudan (b) Albaouga, is-Sudan. Nazzjonalità: Kanadiża, Sudaniża Numru tal-passaport: BC166787 (passaport Kanadiż).”

(2)

L-annotazzjoni “Anwar Nasser Abdulla Al-Aulaqi (magħruf ukoll bħala (a) Anwar al-Aulaqi, (b) Anwar al-Awlaki, (c) Anwar al-Awlaqi, (d) Anwar Nasser Aulaqi, (e) Anwar Nasser Abdullah Aulaqi, (f) Anwar Nasser Abdulla Aulaqi). Data tat-twelid: (a) 21.4.1971, (b) 22.4.1971. Post tat-twelid: Las Cruces, New Mexico, l-Istati Uniti tal-Amerika. Nazzjonalità: (a) tal-Istati Uniti tal-Amerika, (b) Jemenita. Tagħrif ieħor: Moħbi fil-Jemen minn Diċembru 2007. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 20.7.2010.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Anwar Nasser Abdulla Al-Aulaqi (magħruf ukoll bħala (a) Anwar al-Aulaqi, (b) Anwar al-Awlaki, (c) Anwar al-Awlaqi, (d) Anwar Nasser Aulaqi, (e) Anwar Nasser Abdullah Aulaqi, (f) Anwar Nasser Abdulla Aulaqi). Data tat-twelid: (a) 21.4.1971, (b) 22.4.1971. Post tat-twelid: Las Cruces, New Mexico, l-Istati Uniti tal-Amerika. Nazzjonalità: (a) tal-Istati Uniti tal-Amerika, (b) Jemenita. Tagħrif ieħor: Ikkonfermat li miet fit-30 ta’ Settembru 2011 fil-Jemen. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): 20.7.2010.”


Top