EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0996

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 996/2007 tat- 28 ta’ Awwissu 2007 li jemenda għall-84 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

OJ L 224, 29.8.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 18 Volume 006 P. 70 - 71

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/996/oj

29.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 224/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 996/2007

tat-28 ta’ Awwissu 2007

li jemenda għall-84 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-1 u t-13 ta' Awissu 2007, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi għandhom japplikaw. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 969/2007 tal-Kummissjoni (ĠU L 215, 18.8.2007, p. 6).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha titneħħa mill-intestatura “Persuni, gruppi u entitajiet legali”:

“De Afganistan Momtaz Bank”

(2)

L-annotazzjoni “Ahmad Fadil Nazal Al-Khalayleh (magħruf ukoll bħala (a) Abu Musab Al-Zarqawi, (b) Muhannad, (c) Al-Muhajer, (d) Garib). Data tat-twelid: 30.10.1966. Post tat-twelid: Al-Zarqaa, il-Ġordan. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f'Ġunju ta' l-2006” taħt l-intestatura “Persuni naturali” għandha tiġi sostitwita b':

“Ahmad Fadil Nazal Al-Khalayleh (magħruf ukoll bħala (a) Abou Musab Al- Zarqawi, (b) Muhannad, (c) Al-Muhajer, (d) Garib, (e) Abou Musaab El Zarquawi, (f) Ahmed Fad Al Nazzar Khalaylah Said, (g) Al Zarqawi Abu Musa'ab, (h) Al Zarqawi Abu Musab, (i) Al Zarqawi Ahmed Fad Al Nazzar Khalaylah Said Abu Musab, (j) Alkhalayleh Ahmed, (k) Azzarkaoui Abou Moussab, (l) El Zarquawi Abu Musaab, (m) Zarkaoui Abou Moussaab, (n) Abu Ahmad, (o) Abu Ibrahim). Data tat-twelid: (a) 30.10.1966, (b) 20.10.1966. Post tat-twelid: (a) Al-Zarqaa, il-Ġordan, (b) Al Zarqa, il-Ġordan (ċ) Al Zarquaa, il-Ġordan. Nru tal-passaport: (a) Z 264958 (passaport tal-Ġordan maħruġ fl-4.4.1999 f'Al Zarqaa, il-Ġordan), (b) 1433038 (karta ta' l-identità tal-Ġordan maħruġa fl-4.4.1999 f'Al Zarqaa, il-Ġordan). Informazzjoni oħra: Allegatament miet f'Ġunju ta' l-2006.”

(3)

L-annotazzjoni “Aiman Muhammed Rabi Al-Zawahiri (magħruf ukoll bħala (a) Ayman Al-Zawahari, (b) Ahmed Fuad Salim). Titolu: Doctor. Data tat-twelid: 19.6.1951. Post tat-twelid: Giża, l-Eġittu. Nazzjonalità: Maħsub li hu ċittadin Eġizzjan. Nru tal-passaport: (a) 1084010 (l-Eġittu), (b) 19820215. Informazzjoni oħra: (a) Eks-mexxej operattiv u militari tal-Grupp Ġiħad Iżlamiku Eġizzjan, illum kollaboratur qrib ta' Usama Bin Laden, (b) Joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”

“Aiman Muhammed Rabi Al-Zawahiri (magħruf ukoll bħala (a) Ayman Al-Zawahari, (b) Ahmed Fuad Salim, (c) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabi Abdel Muaz, (d) Al Zawahiri Ayman, (e) Abdul Qader Abdul Aziz Abdul Moez Al Doctor, (f) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabi, (g) Al Zawahry Aiman Mohamed Rabie, (h) Al Zawahry Aiman Mohamed Robi, (i) Dhawahri Ayman, (j) Eddaouahiri Ayman, (k) Nur Al Deen Abu Mohammed, (l) Abu Fatma, (m) Abu Mohammed). Titolu: (a) Tabib, (b) Dr Data tat-twelid: 19.6.1951. Post tat-twelid: Giża, l-Eġittu. Nazzjonalità: Maħsub li hu ċittadin Eġizzjan. Nru tal-passaport: (a) 1084010 (l-Eġittu), (b) 19820215. Informazzjoni oħra: (a) Eks-mexxej operattiv u militari tal-Grupp Ġiħad Iżlamiku Eġizzjan, illum kollaboratur qrib ta' Usama Bin Laden, (b) Joqgħod fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan.”


Top