EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 01971R2821-20040501

Consolidated text: Ir-Regolament (KEE) Nru 2821/71 tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 1971 dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal-katagoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1971/2821/2004-05-01

1971R2821 — MT — 01.05.2004 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2821/71 TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Diċembru 1971

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal-katagoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma

(ĠU L 285, 29.12.1971, p.46)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2743/72 TAL-KUNSILL tad-19 ta' Diċembru 1972

  L 291

144

28.12.1972

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta'Diċembru 2002

  L 1

1

4.1.2003


Emendat bi:

►A1

  L 291

17

19.11.1979

►A2

  L 302

23

15.11.1985

►A3

  L 241

21

29.8.1994




▼B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2821/71 TAL-KUNSILL

tal-20 ta' Diċembru 1971

dwar l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal-katagoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 87 ta' dan;

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew;

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali;

Billi l-Artikolu 85(1) tat-Trattat jista skond l-Artikolu 85(3) jiġi dikjarat bħala inapplikabbli għal kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3);

Billi d-disposozzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 85(3) iridu jiġu implimentati permezz ta' regolament in segwitu ta' l-Artikolu 87;

Billi l-ħolqien ta' suq komuni jitlob illi l-impriżi jkunu addattati għall-kondizzjonijiet tas-suq imkabbar u billi l-koperazzjoni bejn l-impriżi tista tkun mezz utli għall-kisba ta' dan;

Billi l-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftiehma għall-koperazzjoni bejn l-impriżi li jagħmluha possibli għall-impriżi li jaħdmu b'mod aktar razzjonali u li jaddattaw il-produttività u l-kompetittività tagħhom għas-suq imkabbar jistgħu, sakemm dawn jaqgħu taħt il-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 85(1), jiġu eżentati minnu taħt ċerti kondizzjonijiet; billi din il-miżura hija meħtieġa partikolarment fir-rigward ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta' standards u tipi, r-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti jew proċessi sa l-istadju ta' applikazzjoni industrijali, l-esplojtazzjoni tar-riżultati tagħhom u l-ispeċjalizzazzjoni

Billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni tkun tista tiddikjara permezz ta' regolament illi d-disposozzjonijiet ta' l-Artikolu 85(1) ma japplikawx għal dawk il-kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma sabiex tagħmilha aktar faċli għall-impriżi li jikkoperaw f'modi li huma ekonomikament mixtieqa u mingħajr effett kuntrarju għall-politika tal-kompetizzjoni;

Billi għandu jiġi mniżżel taħt liema kondizzjonijiet il-Kummissjoni, f'relazzjoni mill-qrib u kostanti ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, tista teżerċità setgħat bħal dawn;

Billi taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17 ( 1 ) il-Kummissjoni tista tipprovdi li deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 85(3) tat-Trattat għandha tapplika b'effett retroattiv; billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li toħroġ regolamenti lid-disposozzjonijiet tagħhom ikunu ta' l-istess effett;

Billi taħt l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 17 ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jistgħu permess ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni jkunu eżenti mill-projbizzjoni, partikolarment jekk huma jkunu modifikati b'tali mod li l-Artikolu 85(3) japplika għalihom; billi huwa mixtieq li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tagħti eżenzjoni bħal din permess ta' regolament lil dawk il-ftehim u prattiċi miftiehma jekk dawn ikunu modifikati b'mod illi jaqgħu taħt kategorija definita f'regolament ta' eżenzjoni;

Billi l-possibiltà ma tistax tiġi eskluża li f'każ speċifiku, l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3) ma jistgħux ikunu mwettqa; billi l-Kummissjoni jrid ikollha s-setgħa li tirregola każ bħal dan in segwitu tar-Regolament Nru 17 permezz ta' deċiżjoni b'effett għall-futur;

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

1.  Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17 il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolament u skond l-Artikolu 85(3) tat-Trattat, tiddikjara li l-Artikolu 85(1) m'għandux japplika għal kategoriji ta' ftehim bejn impriżi, deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' mpriżi u prattiċi miftiehma li għandhom bħala l-fini tagħhom:

(a) l-applikazzjoni ta' standards jew tipi:

(b) ir-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti jew proċessi sa l-istadju ta' applikazzjoni industrijali, u l-esplojtazzjoni tar-riżultati, inklużi disposozzjonijiet dwar drittijiet ta' propjetà industrijali u għarfien tekniku kunfidenzjali;

(ċ) l-ispeċjalizzazzjoni, inkluz il-ftehim meħtieġa għal kisba tagħha.

2.  Regolament bħal dan għandu jsemmi u jispjega l-kategoriji ta' ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li japplika għalihom u għandu jispeċifika partikolarment:

(a) ir-restrizzjonijiet jew klawsoli li jistgħu, jew ma jistgħux jidhru fil-ftehim deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma:

(b) il-klawsoli li għandhom ikunu fil-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma jew il-kondizzjonijiet l-oħra li għandhom ikunu sodisfatti.

Artikolu 2

1.  Kull regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 għandu jiġi magħmul għal perjodu speċifiku.

2.  Jista jiġi mħassar jew emendat fejn iċ-ċirkostanzi jkunu nbidlu fir-rigward ta' kwalunkwe fatt li kien bażilari fl-għamla tiegħu; f'każ bħal dan, għandu jiġi stabbilit perjodu għall-modifikazzjoni tal-ftehim u l-prattiċi miftiehma li għalihom japplika r-regolament ta' qabel.

Artikolu 3

Regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 jista' jipprovdi li dan għandu japplika b'effett retroattiv għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li għalihom, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-regolament, deċiżjoni maħruġa b'effett retroattiv in segwitu ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 17 kieku kienet tapplika.

Artikolu 4

1.  Regolament in segwitu ta' l-Artikolu 1 jista jipprovdi li l-projbizzjoni fl-Artikolu 85(1) tat-Trattat ma tapplikax, għal dak il-perjodu li għandu jiġi stabilit minn dak ir-regolament, għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma diġà eżistenti fit-13 ta' Marzu 1962 li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 85(3), fejn:

 fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament, huma jkunu modifikati b'mod illi jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija skond id-disposozzjonijiet tar-regolament: u

 il-modifikazzjoniet jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni fi żmien stipulat mir-regolament.

▼M1

Regolament addottat in segwitu ta' l-Artikolu 1 jista' jniżżel illi l-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 85(1) tat-Trattat m'għandiex tapplika, għall-perjodu stabbilit fl-istess Regolament, għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiki miftiehma li kienu jeżistu fid-data tal-għaqda u li, permess tal-għaqda, jidħlu taħt l-effett ta' l-Artikolu 85 u ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 85(3).

▼A2

Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti għandhom japplikaw bl-istess mod fil-każ ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża.

▼A3

Id-disposizzjonijiet tas-subparagrafi preċedenti għandhom ikunu applikabbli bl-istess mod fil-każ ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Isvezja.

▼B

2.  Il-paragrafu 1 għandu japplika għal ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kellhom jiġu notifikati qabel l-1 ta' Frar 1963, skond l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 17, biss jekk dawk ikunu ġew notifikati hekk qabel dik id-data.

▼M1

il-paragrafu 1 għandu jkun applikabbli għal dawk il-ftehim u prattiċi miftiehma li, permess ta' l-għaqda, jidħla fl-effett ta' l-Artikolu 85(1) tat-Trattat u li għalihom in-notifikazzjoni qabel l-1 ta' Lulju 1973 hija mandatorja, skond l-Artikoli 5 u 25 tar-Regolament Nru 17, biss jekk in-notifikazzjoni tkun ingħatat qabel dik id-data.

▼A1

il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-Ftehim u l-prattiċi miftiehma li għalihom l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat japplika permezz ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika u li għandu jiġi nnotifikat qabel l-1 ta' Lulju 1981, skond l-Artikoli 5 u 25 ir-Regolament Nru 17, sakemm dawn ma jkunux hekk ġew innotifikati qabel dik id-data.

▼A2

Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għall-ftehim jew prattiċi miftiehma li għalihom l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat japplika minħabba l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża u li għandhom ikunu notifikati qabel l-1 ta' Lulju 1986, skond l-Artikolu 5 u 25 tar-Regolament Nru 17, kemm-il darba ma ġewx hekk notifikati qabel dik id-data.

▼A3

Il-Paragrafu 1 m'għandux ikun applikabbli għal ftehim u prattiċi miftiehma li għalihom l-Artikolu 85 (1) tat-Trattat ikun applikabbli bis-saħħa ta' l-Adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u ta' l-Isvezja u li għandhom ikunu notifikati fi żmien sitt xhur mill-Adeżjoni, skond l-Artikoli 5 u 25 ta' Regolament Nru 17, sakemm dawn jiġu notifikati f'dak it-terminu. Il-paragrafu preċedenti m'għandux ikun applikabbli għal ftehim u prattiċi miftiehma li fid-data ta' l-Adeżjoni diġà jaqgħu taħt l-Artikolu 53 (1) tal-Ftehim KEE.

▼B

3.  Il-benefiċċju tad-disposozzjonijiet imniżżla in segwitu tal-paragrafu 1 ma jistax jintalab f'azzjonijiet pendenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' regolament adottat in segwitu ta' l-Artikolu 1; lanqas ma jista' jintuża bħala bażi għal talbiet ta' danni kontra terzi persuni.

Artikolu 5

Qabel ma tadotta regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz ta' dan sabiex taghmilha possibli għall-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha konċernati li jissottomettu l-kummenti tagħhom fil-limitu taż-żmien, li ma jkunx anqas minn xahar, li l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi.

Artikolu 6

1.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-Kumitat Konsultattiv fuq il-Prattiċi Restrittivi u l-Monopolji:

(a) qabel ma tippubblika abbozz ta' regolament;

(b) qabel ma tagħmel regolament.

2.  Il-paragrafi 5 u 6 ta' l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 17, dwar il-konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, għandhom japplikaw b'analoġija, huwa mifhum li l-laqgħat konġunti mal-Kummissjoni għandhom isiru mhux qabel xahar wara t-tluq tan-nota li ssejjaħhom.

▼M2 —————

▼B

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62.

Top