EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2579

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2579 tal-20 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1803 fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 16

C/2023/7736

ĠU L, 2023/2579, 21.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2579/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2579/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2579

21.11.2023

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2579

tal-20 ta’ Novembru 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1803 fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 16

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1803 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali tal-kontabbiltà u interpretazzjonijiet li kienu jeżistu fit-8 ta’ Settembru 2022.

(2)

Fit-22 ta’ Settembru 2022, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà ħareġ emendi għall-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 16 Kirjiet (“IFRS 16”), li jistipula kif jenħtieġ li kumpanija tirrikonoxxi, tkejjel, tippreżenta u tiddivulga l-kirjiet. L-emendi tal-IFRS 16 jispeċifikaw kif il-bejjiegħ lokatarju sussegwentement ikejjel it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u ta’ kiri lura.

(3)

Wara l-konsultazzjoni mal-grupp konsultattiv Ewropew għar-rapportar finanzjarju EFRAG, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emendi tal-IFRS 16 jissodisfaw il-kriterji għall-adozzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2023/1803 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabbiltà,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness tar-Regolament (UE) 2023/1803, l-Istandard Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju 16 Kirjiet, huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament;

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)   ĠU L 237, 26.9.2023, p. 1.


ANNESS

Obbligazzjoni ta’ Lokazzjoni f’Bejgħ u Lokazzjoni Lura

Emendi għall-IFRS 16

Emendi għall-IFRS 16 Lokazzjonijiet

Il-paragrafi 102A, C1D u C20E huma miżjuda u l-paragrafu C2 huwa emendat. Tiżdied intestatura ġdida qabel il-paragrafu C20E.

TRANŻAZZJONIJIET TA’ BEJGĦ B’LOKAZZJONI LURA

...

Valutazzjoni dwar jekk it-trasferiment tal-assi huwiex bejgħ

...

Trasferiment tal-assi huwa bejgħ

...

102A

Wara d-data tad-dekorrenza, il-bejjiegħ lokatarju għandu japplika l-paragrafi 29–35 għall-assi bid-dritt tal-użu li jirriżulta mil-lokazzjoni lura u l-paragrafi 36–46 għall-obbligazzjoni ta’ lokazzjoni li tirriżulta mil-lokazzjoni lura. Fl-applikazzjoni tal-paragrafi 36–46, il-bejjiegħ lokatarju għandu jiddetermina “pagamenti ta’ lokazzjoni” jew “pagamenti ta’ lokazzjoni riveduti” b’mod li l-bejjiegħ lokatarju ma jirrikonoxxi l-ebda ammont ta’ qligħ jew telf relatat mad-dritt ta’ użu miżmum mill-bejjiegħ lokatarju. L-applikazzjoni tar-rekwiżiti f’dan il-paragrafu ma żżommx lill-bejjiegħ lokatarju milli jirrikonoxxi fi profitt jew telf kwalunkwe qligħ jew telf relatat mat-terminazzjoni parzjali jew sħiħa ta’ lokazzjoni kif meħtieġ mill-paragrafu 46(a).

...


Appendiċi C

Data effettiva u tranżizzjoni

DATA EFFETTIVA

...

C1D

Obbligazzjoni ta’ Lokazzjoni f’Bejgħ u Lokazzjoni Lura, maħruġ f’Settembru 2022, emenda l-paragrafu C2 u żied il-paragrafi 102A u C20E. Bejjiegħ lokatarju għandu japplika dawn l-emendi għal perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk bejjiegħ lokatarju japplika dawn l-emendi għal perjodu aktar bikri, dan għandu jiddivulga dak il-fatt.

TRANŻIZZJONI

C2

Għall-finijiet tar-rekwiżiti fil-paragrafi C1–C20E, id-data tal-applikazzjoni inizjali hija l-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih entità tapplika dan l-Istandard għall-ewwel darba.

...

Obbligazzjoni ta’ lokazzjoni f’bejgħ u lokazzjoni lura

C20E

Bejjiegħ lokatarju għandu japplika Obbligazzjoni ta’ Lokazzjoni f’Bejgħ u Lokazzjoni Lura (ara l-paragrafu C1D) b’mod retrospettiv f’konformità mal-IAS 8 għal tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u lokazzjoni lura li jsiru wara d-data tal-applikazzjoni inizjali.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2579/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top