EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0955

Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060

PE/11/2023/REV/1

ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/955/oj

16.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 130/1


REGOLAMENT (UE) 2023/955 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Mejju 2023

li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 91(1)(d), l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 194(2), u l-Artikolu 322(1)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta’ Pariġi, adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) (4), daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u jagħmlu sforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura sa 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali. Dak l-impenn issaħħaħ bl-adozzjoni fil-kuntest tal-UNFCCC tal-Patt Klimatiku ta’ Glasgow fit-13 ta’ Novembru 2021, li fih il-Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC, li sservi bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, tirrikonoxxi li l-impatti tat-tibdil fil-klima ser ikunu ħafna aktar baxxi b’żieda fit-temperatura ta’ 1,5 °C, meta mqabbla ma’ 2 °C, u tiddeċiedi li tkompli bl-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C.

(2)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”) tistabbilixxi strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha bħala għan it-trasformazzjoni tal-Unjoni f’soċjetà sostenibbli, ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra sa mhux aktar tard mill-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan ukoll li jirrestawra, jipproteġi, jippreserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini mir-riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. Fl-aħħar nett, hija tqis li jenħtieġ li din it-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura.

(3)

Permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), l-Unjoni naqqxet fil-leġislazzjoni l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sa mhux aktar tard mill-2050, u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem. Dak ir-Regolament jistabbilixxi wkoll mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030. Is-setturi kollha tal-ekonomija mistennija jikkontribwixxu biex tintlaħaq dik il-mira.

(4)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-10 u l-11 ta’ Diċembru 2020 approvaw il-mira vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku għall-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra, filwaqt li ssottolinjaw l-importanza ta’ kunsiderazzjonijiet ta’ ġustizzja u solidarjetà u li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Dawk il-konklużjonijiet ġew riaffermati fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Mejju 2021, fejn il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex tressaq malajr il-pakkett leġiżlattiv tagħha flimkien ma’ eżami fil-fond tal-impatt ambjentali, ekonomiku u soċjali fil-livell tal-Istati Membri.

(5)

Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, approvat mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Ġunju 2021, jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu d-drittijiet soċjali u d-dimensjoni soċjali Ewropea fil-politiki kollha tal-Unjoni. Il-prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li “Kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inkluż l-ilma, is-sanitazzjoni, l-enerġija, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u l-komunikazzjonijiet diġitali. Għandu jkun disponibbli appoġġ għall-aċċess għal dawk is-servizzi għal dawk fil-bżonn.".

(6)

Id-Dikjarazzjoni ta’ Porto tat-8 ta’ Mejju 2021 affermat mill-ġdid il-wegħda tal-Kunsill Ewropew li jaħdem lejn Ewropa soċjali li ssaħħaħ tranżizzjoni ġusta, u d-determinazzjoni tiegħu li jkompli japprofondixxi l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni, bil-konsiderazzjoni dovuta għall-kompetenzi rispettivi u l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

(7)

Sabiex jiġu implimentati l-impenn lejn in-newtralità klimatika, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija ġiet rieżaminata u emendata sabiex jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra.

(8)

Dawk l-emendi għandhom impatti ekonomiċi u soċjali differenti fuq is-setturi differenti tal-ekonomija, iċ-ċittadini, u l-Istati Membri. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini, mit-trasport bit-triq u s-setturi addizzjonali li jikkorrispondu għall-attivitajiet industrijali mhux koperti mill-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, tipprovdi inċentiv ekonomiku addizzjonali biex isir investiment fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwils fossili u, b’hekk, jitħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Flimkien ma’ miżuri oħra, jenħtieġ li dan, fuq terminu medju sa twil, jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport, inaqqas il-kostijiet tal-bini u tat-trasport bit-triq, u, fejn rilevanti, jipprovdi opportunitajiet ġodda għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità u investimenti sostenibbli, allinjati bis-sħiħ mal-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

(9)

Madankollu, huma meħtieġa riżorsi biex jiġu ffinanzjati dawk l-investimenti. Barra minn hekk, qabel ma jsiru tali investimenti, il-kost sostnut mill-unitajiet domestiċi u mill-utenti tat-trasport għat-tisħin, it-tkessiħ, it-tisjir u t-trasport bit-triq x’aktarx li jiżdied hekk kif il-fornituri tal-fjuwil soġġetti għall-obbligi taħt is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u għat-trasport bit-triq jgħaddu l-kostijiet tal-karbonju lill-konsumaturi.

(10)

It-tranżizzjoni klimatika ser ikollha impatt ekonomiku u soċjali li huwa diffiċli li jiġi vvalutat ex ante. Il-kisba taż-żieda fl-ambizzjoni klimatika ser tirrikjedi riżorsi pubbliċi u privati sostanzjali. L-investimenti f’miżuri tal-effiċjenza enerġetika, kif ukoll f’sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-enerġija rinnovabbli, bħat-tisħin b’pompi tas-sħana elettriċi, it-tisħin u t-tkessiħ fil-livell distrettwali u l-parteċipazzjoni f’komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, huma metodu effettiv biex jitnaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjoni u l-emissjonijiet filwaqt li tiżdied ir-reżiljenza tal-Unjoni. Huwa meħtieġ finanzjament iddedikat biex jappoġġa lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-mikrointrapriżi vulnerabbli u lill-utenti tat-trasport vulnerabbli.

(11)

Iż-żieda fil-prezz għall-fjuwils fossili tista’ taffettwa b’mod sproporzjonat lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-mikrointrapriżi vulnerabbli u lill-utenti tat-trasport vulnerabbli li jonfqu parti akbar mill-introjtu tagħhom fuq l-enerġija u t-trasport, li, f’ċerti reġjuni, ma għandhomx aċċess għal soluzzjonijiet ta’ mobbiltà u trasport alternattivi u affordabbli, u li jistgħu ma jkollhomx il-kapaċità finanzjarja li jinvestu fit-tnaqqis tal-konsum ta’ fjuwils fossili. L-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni u t-territorji ultraperiferiċi, iż-żoni rurali jew remoti, il-periferiji inqas aċċessibbli, żoni muntanjużi jew żoni li għadhom lura, jista’ jkollhom impatti speċifiċi fil-kuntest tal-faqar tat-trasport fuq il-vulnerabbiltà tal-unitajiet domestiċi, il-mikrointrapriżi u l-utenti tat-trasport. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi jitqiesu meta jitħejjew miżuri u investimenti b’appoġġ għal unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, fejn applikabbli u rilevanti.

(12)

Parti mid-dħul iġġenerat mill-inklużjoni tal-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE jenħtieġ li jintuża biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali li jirriżultaw minn dik l-inklużjoni, sabiex it-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u b’hekk ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Jenħtieġ li l-ammont kumplessiv tal-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit taħt dan ir-Regolament (il-“Fond”) jirrifletti l-livell tal-ambizzjoni a’ dekarbonizzazzjoni mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini, mit-trasport bit-triq u minn setturi addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

(13)

L-użu ta’ parti mid-dħul biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali li jirriżultaw mill-inklużjoni tal-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE huwa saħansitra aktar rilevanti fid-dawl tal-livelli eżistenti ta’ faqar enerġetiku. Il-faqar enerġetiku huwa sitwazzjoni li fiha l-unitajiet domestiċi ma jkunux jistgħu jaċċessaw servizzi essenzjali tal-enerġija li jirfdu standard tal-ħajja u tas-saħħa diċenti, bħal tisħin adegwat permezz tat-tisħin, tkessiħ, hekk kif it-temperaturi jogħlew, u -t-tidwil u l-enerġija biex jitħaddmu l-apparati domestiċi. Fi stħarriġ tal-2021 fl-Unjoni kollha, madwar 34 miljun Ewropew, kważi 6,9 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni, qalu li ma jaffordjawx isaħħnu d-dar tagħhom b’mod suffiċjenti. Għalhekk, il-faqar enerġetiku huwa sfida ewlenija għall-Unjoni. Filwaqt li t-tariffi soċjali jew l-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju jistgħu jipprovdu serħan immedjat lill-unitajiet domestiċi li qed jiffaċċjaw faqar enerġetiku fuq terminu qasir, miżuri mmirati biss, b’mod partikolari r-rinnovazzjonijiet tal-bini, inkluż permezz tal-aċċess għal enerġija minn sorsi rinnovabbli u l-promozzjoni attiva ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli permezz tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni mmirati lejn l-unitajiet domestiċi, u r-rinnovazzjonijiet tal-bini li jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fid-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet fit-tul u jgħinu b’mod effettiv biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku. Jenħtieġ li jkun possibbli li d-definizzjoni ta’ faqar enerġetiku skont dan ir-Regolament tiġi aġġornata biex tirrifletti l-eżitu tan-negozjati dwar Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni).

(14)

Approċċ olistiku għar-rinnovazzjonijiet tal-bini li jqis b’mod aktar effiċjenti l-persuni f’riskju ta’ esklużjoni, jiġifieri dawk li jbatu l-aktar mill-faqar enerġetiku fl-Unjoni, jista’ jwassal għal inqas domanda għall-enerġija. Għalhekk, l-appoġġ skont il-Fond għas-settur tal-bini jenħtieġ li jkollu l-għan li jtejjeb l-effiċjenza enerġetika, li jwassal għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija għal kull unità domestika li jkun viżibbli f’termini tal-flus iffrankati u, b’riżultat ta’ dan, jipprovdi mezz wieħed biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2010/31/UE tistabbilixxi l-pedamenti biex jintlaħqu dawk l-objettivi u għalhekk jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat dan ir-Regolament.

(15)

Peress li l-faqar tat-trasport għadu ma ġiex definit fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li tiġi introdotta tali definizzjoni għall-fini ta’ dan ir-Regolament. Il-faqar tat-trasport jista’ jsir kwistjoni saħansitra aktar urġenti, kif rikonoxxut fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika (8), u jirriżulta fi tnaqqis fl-aċċess għal attivitajiet u servizzi soċjoekonomiċi essenzjali bħall-impjiegi, l-edukazzjoni jew il-kura tas-saħħa, b’mod partikolari għal individwi u unitajiet domestiċi vulnerabbli. Il-faqar tat-trasport normalment jiġi kkawżat minn fattur wieħed jew taħlita ta’ fatturi bħal introjtu baxx, infiq għoli fuq il-fjuwil, jew nuqqas ta’ trasport privat jew pubbliku affordabbli jew aċċessibbli. Il-faqar fit-trasport jista’ jaffettwa b’mod partikolari individwi u unitajiet domestiċi f’żoni rurali, insulari, periferali, muntanjużi, remoti u inqas aċċessibbli jew reġjuni jew territorji inqas żviluppati, inkluż żoni periurbani inqas żviluppati u r-reġjuni ultraperiferiċi.

(16)

Jenħtieġ li l-Fond jiġi stabbilit biex jipprovdi fondi lill-Istati Membri biex jappoġġaw il-politiki tagħhom maħsuba biex jindirizzaw l-impatti soċjali tal-introduzzjoni tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli. Jenħtieġ li dan jinkiseb b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju u permezz ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili permezz ta’ effiċjenza enerġetika miżjuda tal-binjiet, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ tal-binjiet, irrispettivament minn min hu l-proprjetarju ta’ dawk il-binjiet, inkluż l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u permezz tal-għoti ta’ aċċess imtejjeb għal mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni lill-forom differenti ta’ akkomodazzjoni għall-kiri, inkluż dawk fis-suq tal-kiri privat. L-appoġġ finanzjarju jew l-inċentivi fiskali, bħall-possibbiltà ta’ tnaqqis tal-kostijiet tar-rinnovazzjoni mill-kera jistgħu jiġu inklużi fost il-miżuri sabiex jitqiesu l-inkwilini u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.

(17)

Jenħtieġ li kull Stat Membru jippreżenta Pjan Soċjali għall-Klima (“il-Pjan”) lill-Kummissjoni. Il-Pjanijiet għandhom jiġu ppreżentati sat-30 ta’ Ġunju 2025 sabiex ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati bir-reqqa u fil-ħin. Jenħtieġ li l-Pjanijiet ikollhom komponent ta’ investiment li jippromwovi s-soluzzjoni fit-tul tat-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u jistgħu jipprevedu miżuri oħrajn, inkluż l-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju biex jittaffew l-effetti negattivi fuq l-introjtu fuq perjodu ta’ żmien iqsar. Jenħtieġ li l-Pjanijiet isegwu żewġ objettivi. L-ewwel nett, jenħtieġ li dawn jipprovdu lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, lill-mikrointrapriżi vulnerabbli u lill-utenti vulnerabbli tat-trasport, ir-riżorsi meħtieġa biex jiffinanzjaw u jwettqu investimenti fl-effiċjenza enerġetika, fid-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ, f’vetturi b’emissjonijiet ta’ livell żero u baxxi u fil-mobbiltà, inkluż permezz ta’ vouchers, sussidji jew self b’imgħax żero. It-tieni nett, jenħtieġ li huma jtaffu l-impatt taż-żieda fil-kost tal-fjuwils fossili fuq dawk l-aktar vulnerabbli u, b’hekk, jipprevjenu l-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport matul il-perjodu tranżizzjonali sakemm ikunu twettqu tali investimenti. Il-Pjanijiet jistgħu jappoġġaw l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inkluż l-akkomodazzjoni soċjali. Meta jimplimentaw miżuri b’appoġġ għall-utenti tat-trasport vulnerabbli, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Istati Membri jagħtu prijorità lill-appoġġ għal vetturi b’emissjonijiet żero fil-Pjanijiet tagħhom, dment li din tkun soluzzjoni affordabbli u li tista’ tintuża.

(18)

L-Istati Membri, f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab ekonomiċi u soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti, huma fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu, jimplimentaw u, fejn rilevanti, jemendaw Pjanijiet li huma adattati u mmirati għaċ-ċirkostanzi lokali, reġjonali u nazzjonali tagħhom, il-politiki eżistenti tagħhom fl-oqsma rilevanti u l-użu ppjanat ta’ fondi rilevanti oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li ssir konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati kull darba li l-Kummissjoni tkun meħtieġa tivvaluta Pjan. B’dak il-mod, id-diversità wiesgħa tas-sitwazzjonijiet, l-għarfien speċifiku tal-gvernijiet lokali u reġjonali, is-sħab ekonomiċi u soċjali, l-organizzazzjonijiet rilevanti tas-soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, il-partijiet ikkonċernati industrijali u r-rappreżentanti tad-djalogu soċjali, kif ukoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali, jistgħu jiġu riflessi bl-aħjar mod u jikkontribwixxu għall-effettività u l-effiċjenza tal-appoġġ globali lill-persuni vulnerabbli.

(19)

Jenħtieġ li l-Pjanijiet jitfasslu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u jitħejjew f’konformità mal-mudell ipprovdut. Sabiex jiġu evitati piżijiet amministrattivi eċċessivi, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jagħmlu aġġustamenti żgħar jew jikkoreġu żbalji klerikali fil-Pjanijiet, permezz ta’ notifika sempliċi ta’ dawk il-bidliet lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-aġġustamenti żgħar jirrappreżentaw żieda jew tnaqqis ta’ mhux aktar minn 5 % tal-mira prevista fil-Pjan.

(20)

L-iżgurar li l-miżuri u l-investimenti jkunu mmirati b’mod partikolari lejn unitajiet domestiċi li jinsabu f’faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli huwa kruċjali għal tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Il-miżuri ta’ appoġġ maħsuba biex jippromwovu t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jenħtieġ li jgħinu lill-Istati Membri jindirizzaw l-impatti soċjali li jirriżultaw mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet fis-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq.

(21)

Sakemm iseħħ l-impatt ta’ dawk l-investimenti fuq it-tnaqqis tal-kostijiet u tal-emissjonijiet, appoġġ dirett għall-introjtu immirat tajjeb għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli u għall-utenti tat-trasport vulnerabbli jikkontribwixxi għal tnaqqis tal-kostijiet tal-enerġija u tal-mobbiltà u jappoġġa t-tranżizzjoni ġusta. Jenħtieġ li l-appoġġ dirett għall-introjtu jiġi mifhum li huwa miżura temporanja li takkumpanja d-dekarbonizzazzjoni tas-setturi tad-djar u tat-trasport. Dan ma jkunx permanenti minħabba li ma jindirizzax il-kawżi ewlenin tal-faqar enerġetiku u tal-faqar tat-trasport. Jenħtieġ li tali appoġġ jintuża biss biex jiġu indirizzati l-impatti diretti tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, u jenħtieġ li ma jintużax biex jiġu indirizzati l-kostijiet tal-elettriku jew tat-tisħin relatati mal-inklużjoni tal-produzzjoni tal-enerġija u tas-sħana fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva. Jenħtieġ li l-eliġibbiltà għal tali appoġġ dirett għall-introjtu tkun limitata fiż-żmien. Ir-riċevituri tal-appoġġ dirett għall-introjtu jenħtieġ li jkunu mmirati, bħala membri ta’ grupp ġenerali ta’ riċevituri, minn miżuri u investimenti bil-għan li jneħħu b’mod effettiv lil dawk ir-riċevituri mill-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport. Għalhekk, jenħtieġ li l-Pjanijiet jinkludu appoġġ dirett għall-introjtu dment li jkun fihom ukoll miżuri jew investimenti b’impatti dejjiema mmirati lejn l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli li jirċievu appoġġ dirett għall-introjtu.

(22)

L-Istati Membri jenħtieġ li jqajmu kuxjenza fost l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli billi jipprovdu informazzjoni, edukazzjoni u pariri mmirati, aċċessibbli u affordabbli dwar miżuri u investimenti kosteffettivi, u appoġġ disponibbli, inkluż permezz ta’ awditi tal-enerġija tal-bini, kif ukoll konsultazzjonijiet dwar l-enerġija mfassla apposta jew servizzi ta’ ġestjoni tal-mobbiltà mfassla apposta.

(23)

B’kont meħud tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Ftehim ta’ Pariġi, u mal-impenn għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet, il-miżuri u l-investimenti skont dan ir-Regolament huma maħsuba li jkunu konformi mal-mira li mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-baġit tal-Unjoni taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (9) (il-“QFP 2021-2027”) u tal-ammont totali tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru, stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (10), u mill-inqas 37 % tal-ammont totali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, stabbilita mir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), jenħtieġ li jintefqu fuq l-integrazzjoni tal-objettivi klimatiċi. Il-miżuri u l-investimenti skont dan ir-Regolament huma maħsuba wkoll biex ikunu konformi mal-ambizzjoni li 7,5 % tal-infiq annwali taħt il-QFP 2021-2027 jiġi pprovdut għall-objettivi tal-bijodiversità fis-sena 2024 u 10 % tal-infiq annwali taħt il-QFP 2021-2027għall-objettivi tal-bijodiversità fl-2026 u fl-2027, filwaqt li jitqiesu d-duplikazzjonijiet eżistenti bejn il-miri tal-klima u tal-bijodiversità.

Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-metodoloġija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) tintuża għall-intraċċar tan-nefqiet tal-Fond. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa miżuri u investimenti li jirrispettaw bis-sħiħ l-istandards u l-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni u li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Huma biss tali miżuri u investimenti li jenħtieġ li jiġu inklużi fil-Pjanijiet. Bħala regola, jenħtieġ li l-miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu jitqiesu li għandhom impatt prevedibbli insinifikanti fuq l-objettivi ambjentali u, bħala tali, jenħtieġ li jitqiesu konformi mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”. Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ gwida teknika lill-Istati Membri ferm qabel it-tħejjija tal-Pjanijiet. Jenħtieġ li l-gwida tispjega kif il-miżuri u l-investimenti għandhom jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”.

(24)

In-nisa huma milquta b’mod sproporzjonat mill-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport, b’mod partikolari l-ommijiet waħedhom, li jirrappreżentaw 85 % tal-familji b’ġenitur wieħed, kif ukoll in-nisa waħedhom, in-nisa b’diżabilità, u n-nisa anzjani li jgħixu waħedhom. Barra minn hekk, in-nisa għandhom xejriet ta’ mobbiltà differenti u aktar kumplessi. Il-familji b’ġenitur wieħed bi tfal dipendenti fuqhom għandhom riskju partikolarment għoli ta’ faqar fost it-tfal. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, u l-integrazzjoni ta’ dawk l-objettivi, kif ukoll id-drittijiet ta’ aċċessibbiltà tal-persuni b’diżabbiltà jenħtieġ li jitqiesu u jiġu promossi matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura.

(25)

Il-klijenti attivi, il-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u l-kummerċ bejn il-pari ta’ enerġija rinnovabbli jistgħu jgħinu lill-Istati Membri jiksbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ approċċ minn isfel għal fuq mibdi miċ-ċittadini. Dawn jagħtu s-setgħa u jinvolvu lill-konsumaturi u jippermettu lil ċerti gruppi ta’ klijenti domestiċi jipparteċipaw f’miżuri u investimenti tal-effiċjenza enerġetika, jappoġġaw l-użu tal-enerġija rinnovabbli tal-unitajiet domestiċi u fl-istess ħin jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu r-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini u tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli taċ-ċittadini u jqisuhom bħala benefiċjarji eliġibbli tal-Fond.

(26)

Jenħtieġ li l-Istati Membri, fil-Pjanijiet, jinkludu l-miżuri u l-investimenti li jridu jiġu ffinanzjati, il-kostijiet stmati ta’ dawk il-miżuri u l-investimenti, u l-kontribuzzjoni nazzjonali. Meta jippreżentaw il-Pjanijiet tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-kostijiet totali stmati minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) biex jippermettu l-komparabbiltà bejn il-Pjanijiet. Jenħtieġ li l-Pjanijiet jinkludu wkoll l-objettivi intermedji u miri ewlenin sabiex l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri u l-investimenti tkun tista’ tiġi vvalutata.

(27)

Il-Fond u l-Pjanijiet jenħtieġ li jkunu koerenti mar-riformi ppjanati u mal-impenji magħmula mill-Istati Membri skont il-pjanijiet nazzjonali integrati u aġġornati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), u jitfasslu minnhom, skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni), skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, skont il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1060, skont il-pjanijiet għal tranżizzjoni ġusta skont ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), skont il-pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241, taħt il-Fond għall-Modernizzazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE, u skont l-istrateġiji fit-tul tal-Istati Membri għar-rinnovazzjoni tal-bini f’konformità mad-Direttiva 2010/31/UE. Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza amministrattiva, fejn applikabbli, jenħtieġ li l-informazzjoni inkluża fil-Pjanijiet tkun konsistenti ma’ dawk l-atti leġiżlattivi u l-pjanijiet.

(28)

Għal ippjanar aktar effiċjenti, jenħtieġ li fil-Pjanijiet tagħhom l-Istati Membri jindikaw il-konsegwenzi tal-posponiment tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita f’konformità mal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, skont l-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva. Għal dak l-għan, l-informazzjoni rilevanti kollha li għandha tiġi inkluża fil-Pjan jenħtieġ li tiġi distinta bir-reqqa billi tiġi sseparata f’żewġ xenarji, jiġifieri, billi jiġu deskritti u kkwantifikati l-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri, l-investimenti, l-objettivi intermedji, il-miri, l-ammont tal-kontribuzzjoni nazzjonali u kwalunkwe element rilevanti ieħor tal-Pjan.

(29)

Jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa lill-Istati Membri b’mezzi finanzjarji biex jimplimentaw il-Pjanijiet tagħhom permezz tal-Fond. Il-ħlasijiet mill-Fond jenħtieġ li jsiru bil-kondizzjoni li jinkisbu l-objettivi u l-miri inklużi fil-Pjanijiet. Dan jippermetti li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-prijoritajiet nazzjonali filwaqt li jiġi ssimplifikat il-finanzjament u tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-finanzjament taħt il-Fond ma’ programmi nazzjonali oħra ta’ nfiq u filwaqt li jiġu ggarantiti l-impatt u l-integrità tal-infiq tal-Unjoni.

(30)

Jenħtieġ li l-Fond jiġi ffinanzjat b’mod eċċezzjonali u temporanju mid-dħul iġġenerat mill-irkant ta’ 50 miljun kwota skont l-Artikolu 10a(8b) tad-Direttiva 2003/87/KE, 150 miljun kwota skont l-Artikolu 30d(3) ta’ dik id-Direttiva u volum ta’ kwoti addizzjonali skont l-Artikolu 30d(4) ta’ dik id-Direttiva, li jenħtieġ li jikkostitwixxu dħul assenjat estern. Fil-prinċipju, jenħtieġ li ammont massimu ta’ EUR 65 000 000 000 ikun disponibbli għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2026-2032. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-irkantar tal-kwoti koperti mill-Kapitolu IVa ta’ dik id-Direttiva. Fejn is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita f’konformità ma’ dak il-Kapitolu tiġi posposta sal-2028 skont l-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva, l-ammont massimu disponibbli għall-implimentazzjoni tal-Fond jenħtieġ li jkun ta’ EUR 54 600 000 000. Dak l-ammont u l-ammonti annwali jirriflettu ħtieġa akbar ta’ finanzjament fil-bidu tal-Fond. Jenħtieġ li l-allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru f’konformità ma’ metodoloġija tal-allokazzjoni li jipprovdi, b’mod partikolari, appoġġ addizzjonali lil dawk l-Istati Membri li huma l-aktar milquta mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Meta jitqies li d-dħul assenjat estern għandu jsir disponibbli wara l-irkantar tal-kwoti skont l-Artikoli 10a(8b), 30d(3) u 30d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, jeħtieġ li tiġi prevista deroga mill-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) biex l-Unjoni tkun tista’ timpenja kull sena l-ammonti meħtieġa għall-ħlasijiet lill-Istati Membri li għandhom isiru f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-akkomodazzjoni tal-approprjazzjonijiet li jikkorrispondu għad-dħul assenjat.

(31)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu għal mill-inqas 25 % tal-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet tagħhom.

(32)

L-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu f’pagamenti annwali, kif xieraq. Il-ftehimiet mal-Istati Membri li jikkostitwixxu impenji legali individwali jenħtieġ li jqisu, fost l-oħrajn, l-avveniment imsemmi fl-Artikolu 30k tad-Direttiva 2003/87/KE li jista’ jiskatta dewmien ta’ sena mill-bidu tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali. Jenħtieġ li dawk il-ftehimiet iqisu wkoll kwalunkwe riskju finanzjarju potenzjali għall-Unjoni, li jista’ jirrikjedi emenda tal-impenji legali individwali, minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-finanzjament temporanju u eċċezzjonali tal-Fond minn dħul assenjat estern iġġenerat mill-kwoti tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

(33)

Sabiex jiġu żgurati riżorsi addizzjonali għall-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu trasferiment ta’ riżorsi lill-Fond mill-programmi tal-politika ta’ koeżjoni taħt ġestjoni kondiviża, stabbiliti bir-Regolament (UE) 2021/1060, soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament. Sabiex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-allokazzjonijiet tagħhom taħt il-Fond, jenħtieġ li jkun possibbli li r-riżorsi jiġu ttrasferiti mill-allokazzjoni finanzjarja annwali tagħhom għal fondi taħt ġestjoni kondiviża prevista fir-Regolament (UE) 2021/1060, sa limitu massimu ta’ 15 %. Bl-għan li jittaffa l-piż amministrattiv li jirriżulta minn trasferimenti suċċessivi ta’ riżorsi mill-allokazzjoni finanzjarja annwali tagħhom mill-Fond għal fondi taħt ġestjoni kondiviża li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1060, jenħtieġ li l-emenda korrispondenti ta’ programm wieħed jew aktar, fil-prinċipju, tkun meħtieġa darba biss, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet biex jiġi żgurat kontroll finanzjarju effettiv. Jenħtieġ li jkun possibbli li jsiru trasferimenti ulterjuri fis-snin sussegwenti billi jiġu nnotifikati t-tabelli finanzjarji lill-Kummissjoni, dment li l-bidliet ikunu relatati esklużivament ma’ żieda fir-riżorsi finanzjarji, mingħajr ebda tibdil ulterjuri fil-programm ikkonċernat.

(34)

Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa miżuri li jirrispettaw il-prinċipju tal-addizzjonalità tal-finanzjament mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-Fond ma jkunx sostitut għall-infiq nazzjonali rikorrenti, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, inkluż għall-ħlasijiet tal-kostijiet għall-azzjonijiet ta’ assistenza teknika indikati fil-Pjanijiet.

(35)

Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti, trasparenti u koerenti tal-fondi, u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament ikunu konsistenti mal-programmi li għaddejjin tal-Unjoni, dawk nazzjonali u, fejn xieraq, dawk reġjonali, u jkunu komplementari għalihom, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni għall-istess nefqa. B’mod partikolari, jenħtieġ li, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni effettiva, fl-istadji kollha tal-proċess, sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-koerenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija fost is-sorsi ta’ finanzjament. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat meta jissottomettu l-Pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju taħt il-Fond ikun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-miżuri u l-investimenti ffinanzjati taħt il-Fond ikunu jistgħu jirċievu finanzjament minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, dment li tali appoġġ ma jkoprix l-istess kostijiet.

(36)

Jenħtieġ li l-ħlasijiet isiru abbażi ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-iżborż lill-Istat Membru kkonċernat. Huwa għalhekk meħtieġ li ssir deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, sabiex l-iskadenza għall-ħlas tkun tista’ tibda mid-data tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat ta’ dik id-deċiżjoni u mhux mid-data li fiha tasal talba għal ħlas.

(37)

Wara l-analiżi tat-talbiet kollha għall-ħlasijiet riċevuti f’ċiklu partikolari, u jekk id-dħul assenjat lill-Fond f’konformità mal-Artikolu 30d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE ma jkunx biżżejjed biex ikopri t-talbiet għal ħlasijiet ippreżentati mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħallas lill-Istati Membri fuq bażi ta’ pro rata sabiex tipprevedi trattament ugwali tal-Istati Membri. Fiċ-ċiklu ta’ talbiet għal ħlasijiet li jkun imiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lil dawk l-Istati Membri bi ħlasijiet imdewma miċ-ċiklu preċedenti ta’ talbiet, u unikament wara dan tħallas it-talbiet għal ħlasijiet li jkunu għadhom kif ġew sottomessi.

(38)

Sabiex tiġi ffaċilitata t-tħejjija tal-Pjanijiet u biex jiġu żgurati regoli trasparenti għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-lista ta’ indikaturi komuni u l-mudell għall-Pjanijiet jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Annessi għal dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jużaw indikaturi komuni rilevanti biex jistabbilixxu l-objettivi intermedji u l-miri fil-Pjanijiet tagħhom. Il-lista ta’ indikaturi komuni jenħtieġ li jkun fiha l-indikaturi komuni għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet u tal-Fond.

(39)

Jenħtieġ li l-Fond jiġi implimentat f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tal-frodi, il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess. Il-Fond huwa soġġett għal reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri stabbiliti bir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(40)

Għall-fini ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, filwaqt li tiġi rrispettata n-natura bbażata fuq il-prestazzjoni tal-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-ħlasijiet, għas-sospensjoni, u għall-irkupru tal-fondi, kif ukoll għat-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-użu tal-fondi b’rabta mal-miżuri appoġġati mill-Fond ikun konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni applikabbli. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li tali appoġġ jingħata f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, fejn applikabbli. B’mod partikolari, jenħtieġ li jiżguraw li l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess jiġu evitati, identifikati u rettifikati, u li jiġi evitat il-finanzjament doppju mill-Fond u programmi oħrajn tal-Unjoni. Is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju, kif ukoll it-tnaqqis u l-irkupru tal-allokazzjoni finanzjarja, jenħtieġ li jkunu possibbli meta l-Pjan ma jkunx ġie implimentat b’mod sodisfaċenti mill-Istat Membru kkonċernat, jew fil-każ ta’ irregolaritajiet serji, jiġifieri frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess b’rabta mal-miżuri appoġġati mill-Fond jew ksur serju ta’ obbligu skont il-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju. Fil-każ tat-terminazzjoni ta’ ftehim relatat mal-appoġġ finanzjarju jew it-tnaqqis u l-irkupru ta’ allokazzjoni finanzjarja, jenħtieġ li dawk l-ammonti jiġu allokati lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2033 skont ir-regoli għad-distribuzzjoni tal-kwoti stabbiliti fl-Artikolu 30d(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni b’rabta mas-sospensjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa, jew mat-terminazzjoni tal-ftehimiet relatati mal-appoġġ finanzjarju, jirrispettaw id-dritt tal-Istati Membri li jissottomettu osservazzjonijiet.

(41)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti b’mod effettiv. Filwaqt li hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istat Membru nnifsu li jiżgura li l-Fond jiġi implimentat f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni u dik nazzjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tirċievi assigurazzjoni suffiċjenti mill-Istati Membri f’dak ir-rigward. Għal dak l-għan, meta jiġu biex jimplimentaw il-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw il-funzjonament ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti u jenħtieġ li jirkupraw l-ammonti mħallsa indebitament jew użati ħażin. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jiddependu fuq is-sistemi ta’ ġestjoni tal-baġit nazzjonali regolari tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru, jirreġistraw u jaħżnu f’sistema elettronika kategoriji standardizzati ta’ data u informazzjoni li jippermettu l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ irregolaritajiet serji fir-rigward tal-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond, jiġifieri l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ, inkluż għodda unika għall-estrazzjoni tad-data u għall-valutazzjoni tar-riskju, sabiex taċċessa u tanalizza tali data u informazzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi l-użu ta’ dik is-sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ bil-ħsieb li tiġi applikata b’mod ġeneralizzat mill-Istati Membri.

(42)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), il-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) ikunu jistgħu jużaw is-sistema ta’ informazzjoni u monitoraġġ fi ħdan il-kompetenzi u d-drittijiet tagħhom.

(43)

Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jitħallew jipproċessaw data personali biss fejn dan ikun meħtieġ għall-iskop li jiżguraw il-kwittanza, l-awditjar u l-kontroll, l-informazzjoni, il-komunikazzjoni u l-viżibilità tal-użu tal-fondi b’rabta mal-miżuri għall-implimentazzjoni taħt il-Fond. Jenħtieġ li d-data personali tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) jew mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19), skont liema minnhom ikun applikabbli.

(44)

F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (21), (KE, Euratom) Nru 2185/96 (22) u (UE) 2017/1939 (23), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-OLAF għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, kunflitti ta’ interess jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-UPPE għandu s-setgħa li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). F’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa, lill-UPPE skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(45)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawk ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u ġestjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati skont l-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

(46)

Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2021/1060 jiġi emendat skont dan.

(47)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun hemm kontribut għan-newtralità klimatika billi jiġu indirizzati l-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond Soċjali għall-Klima (il-“Fond”) għall-perjodu mill-2026 sal-2032.

Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri għall-miżuri u l-investimenti inklużi fil-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tagħhom (“il-Pjanijiet”).

Il-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond għandhom ikunu ta’ benefiċċju għall-unitajiet domestiċi, għall-mikrointrapriżi u għall-utenti tat-trasport, li huma vulnerabbli u partikolarment affettwati mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, b’mod partikolari l-unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“faqar enerġetiku” tfisser in-nuqqas ta’ aċċess ta’ unità domestika għal servizzi essenzjali tal-enerġija li jirfdu standard tal-għajxien u tas-saħħa diċenti, inkluż tisħin, tkessiħ, tidwil adegwati, u enerġija għat-tħaddim ta’ apparati domestiċi, fil-kuntest nazzjonali rilevanti, tal-politika soċjali eżistenti u ta’ politiki rilevanti oħra;

(2)

“faqar tat-trasport” tfisser l-inabbiltà jew id-diffikultà tal-individwi u tal-unitajiet domestiċi biex ilaħħqu mal-kostijiet tat-trasport privat jew pubbliku, jew in-nuqqas ta’ aċċess jew l-aċċess limitat tagħhom għat-trasport meħtieġ għall-aċċess tagħhom għal servizzi u attivitajiet soċjoekonomiċi essenzjali, filwaqt li jitqies il-kuntest nazzjonali u spazjali;

(3)

“kostijiet totali stmati tal-Pjan” tfisser il-kostijiet totali stmati tal-miżuri u tal-investimenti inklużi fil-Pjan;

(4)

“allokazzjoni finanzjarja” tfisser appoġġ finanzjarju li ma jistax jitħallas lura taħt il-Fond li huwa disponibbli għall-allokazzjoni, jew li jkun ġie allokat, lil Stat Membru;

(5)

“objettiv intermedju” tfisser kisba kwalitattiva użata biex jitkejjel il-progress lejn il-kisba ta’ miżura jew investiment;

(6)

“mira” tfisser kisba kwantitattiva użata biex jitkejjel il-progress lejn il-kisba ta’ miżura jew investiment;

(7)

“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli kif definita fil-punt (1) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25);

(8)

“unità domestika” tfisser unità domestika privata kif definita fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26);

(9)

“mikrointrapriża” tfisser intrapriża li timpjega inqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali jew il-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbżux EUR 2 miljun, ikkalkulati f’konformità mal-Artikoli minn 3 sa 6 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (27);

(10)

“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inkluż dawk b’introjtu baxx u medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

(11)

“mikrointrapriżi vulnerabbli” tfisser mikrointrapriżi li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini jew mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li, għall-fini tal-attività tagħhom, ma għandhomx il-mezzi jew biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw, inkella biex jixtru vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi jew biex jaqilbu għal modi sostenibbli alternattivi ta’ trasport, inkluż it-trasport pubbliku, kif rilevanti;

(12)

“utenti tat-trasport vulnerabbli” tfisser individwi u unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport, iżda wkoll individwi u unitajiet domestiċi, inkluż minn dawk b’introjtu baxx u medju inferjuri, li huma affettwati b’mod sinifikanti mill-impatti fuq il-prezzijiet tal-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u li ma għandhomx il-mezzi biex jixtru vetturi b’emissjonijiet żero u baxxi jew biex jaqilbu għal modi sostenibbli alternattivi ta’ trasport, inkluż it-trasport pubbliku;

(13)

“rinnovazzjoni tal-bini” tfisser kull tip ta’ rinnovazzjoni tal-bini relatata mal-enerġija, li għandha l-għan li żżid ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, bħall-iżolament tal-involukru tal-bini, jiġifieri l-ħitan, is-saqaf, l-art u l-bdil tat-twieqi, u l-installazzjoni ta’ sistemi tekniċi tal-bini, konformi ma’ kull standard nazzjonali rilevanti tas-sikurezza, inkluż billi tikkontribwixxi għar-rekwiżiti ta’ rinnovazzjoni stabbiliti fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni);

(14)

“sistema teknika tal-bini” tfisser it-tagħmir tekniku għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-misħun domestiku, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post u l-ħżin tagħha, jew għal taħlita ta’ tali tagħmir tekniku, inkluż dawk is-sistemi li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini;

(15)

“klijent attiv” tfisser klijent attiv kif iddefinit fil-punt (8) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28);

(16)

“komunità tal-enerġija taċ-ċittadin” tfisser komunità tal-enerġija taċ-ċittadin kif definita fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/944;

(17)

“komunità tal-enerġija rinnovabbli” tfisser komunità tal-enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (16) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(18)

“kummerċ bejn il-pari ta’ enerġija rinnovabbli” tfisser kummerċ bejn il-pari ta’ enerġija rinnovabbli kif definit fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(19)

“vettura b’emissjonijiet ta’ livell żero jew baxxi” tfisser vettura b’emissjonijiet ta’ livell żero jew baxxi kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29).

Artikolu 3

Objettivi

1.   L-objettiv ġenerali tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għal tranżizzjoni soċjalment ġusta għan-newtralità klimatika billi jindirizza l-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   L-objettiv speċifiku tal-Fond għandu jkun li jappoġġa lil unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, permezz ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju u permezz ta’ miżuri u investimenti maħsuba biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-binjiet, id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-bini, inkluż permezz tal-integrazzjoni fil-bini ta’ ġenerazzjoni u ħżin tal-enerġija rinnovabbli, u biex jagħtu aċċess imtejjeb għal mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

KAPITOLU II

Pjanijiet Soċjali għall-Klima

Artikolu 4

Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.   Kull Stat Membru għandu jissottometti l-Pjan tiegħu lill-Kummissjoni. Il-Pjan għandu jinkludi sett koerenti ta’ miżuri u investimenti nazzjonali eżistenti jew ġodda maħsuba biex jindirizzaw l-impatt tal-ipprezzar tal-karbonju fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli sabiex jiġu żgurati tisħin, tkessiħ u mobbiltà affordabbli, filwaqt li jakkumpanjaw u jħaffu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jiżgura konsistenza bejn il-Pjan tiegħu u l-pjan nazzjonali għall-enerġija u l-klima aġġornat tiegħu msemmi fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2018/1999.

3.   Il-Pjan jista’ jinkludi miżuri nazzjonali li jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu temporanju lil unitajiet domestiċi vulnerabbli u unitajiet domestiċi vulnerabbli biex jitnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezz tal-fjuwils fossili li tirriżulta mill-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

4.   Il-Pjan għandu jinkludi miżuri u investimenti nazzjonali u, fejn rilevanti, lokali u reġjonali, f’konformità mal-Artikolu 8, biex:

(a)

issir rinnovazzjoni tal-bini, u dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini, inkluż l-integrazzjoni tal-ġenerazzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovabbli;

(b)

jiżdied l-użu ta’ mobbiltà u trasport b’emissjonijiet żero u baxxi.

5.   Fejn Stat Membru jkollu diġà fis-seħħ sistema nazzjonali għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq jew taxxa fuq il-karbonju, il-miżuri nazzjonali diġà fis-seħħ biex itaffu l-impatti u l-isfidi soċjali jistgħu jiġu inklużi fil-Pjan dment li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Konsultazzjoni pubblika

1.   Kull Stat Membru għandu jippreżenta Pjan lill-Kummissjoni wara konsultazzjoni pubblika mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, rappreżentanti tas-sħab ekonomiċi u soċjali, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u partijiet ikkonċernati oħra. Kull Stat Membru għandu jwettaq dik il-konsultazzjoni f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-qafas legali nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru.

2.   Kull Stat Membru għandu jinkludi fil-Pjan tiegħu taqsira ta’:

(a)

il-konsultazzjoni li tkun saret skont il-paragrafu 1; u

(b)

kif il-kontribut tal-partijiet ikkonċernati li pparteċipaw fil-konsultazzjoni huwa rifless fil-Pjan.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-Pjan ġiex żviluppat b’konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġa lill-Istati Membri billi tipprovdi eżempji ta’ prattiki tajbin ta’ konsultazzjonijiet dwar il-Pjanijiet f’konformità mal-Artikolu 6(4).

Artikolu 6

Il-kontenut tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.   Il-Pjan għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a)

miżuri u investimenti konkreti f’konformità mal-Artikolu 4 u 8 biex jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu, flimkien ma’ spjegazzjoni ta’ kif dawk il-miżuri u investimenti jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 fil-qafas ġenerali tal-politiki rilevanti ta’ Stat Membru;

(b)

fejn rilevanti, miżuri ta’ akkumpanjament konkreti, koerenti b’mod reċiproku u msaħħa biex jitwettqu l-miżuri u l-investimenti u jitnaqqsu l-effetti msemmija fil-punt (d);

(c)

informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi oħra internazzjonali, pubbliċi, tal-Unjoni jew, fejn rilevanti, privati li jikkontribwixxu għall-miżuri u investimenti li jinsabu fil-Pjan, inkluż informazzjoni dwar appoġġ dirett għall-introjtu temporanju;

(d)

stima tal-effetti probabbli taż-żieda fil-prezzijiet li tirriżulta mill-inklużjoni ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE fuq l-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari fuq l-inċidenza tal-faqar enerġetiku u l-faqar fit-trasport, u fuq il-mikrointrapriżi; dawn l-effetti għandhom jiġu analizzati fil-livell territorjali xieraq kif definit minn kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu elementi u speċifiċitajiet nazzjonali, bħall-aċċess għat-trasport pubbliku u għal servizzi bażiċi, u jiġu identifikati ż-żoni l-aktar milquta;

(e)

stima tal-għadd ta’, u l-identifikazzjoni ta’, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli;

(f)

spjegazzjoni ta’ kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport għandhom jiġu applikati fil-livell nazzjonali;

(g)

fejn il-Pjan jipprevedi miżuri kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), il-kriterji għall-identifikazzjoni tar-riċevituri finali eliġibbli, il-limitu ta’ żmien previst għall-miżuri inkwistjoni u l-ġustifikazzjoni tagħhom abbażi ta’ stima kwantitattiva u spjegazzjoni kwalitattiva ta’ kif dawn il-miżuri huma mistennija jnaqqsu l-faqar enerġetiku, il-faqar tat-trasport u l-vulnerabbiltà tal-unitajiet domestiċi għal żieda fil-prezz tat-trasport bit-triq u l-fjuwil għat-tisħin;

(h)

l-objettivi intermedji previsti, il-miri u skeda ta’ żmien komprensiva indikattiva għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti li għandhom jitlestew sal-31 ta’ Lulju 2032;

(i)

fejn applikabbli, skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali tal-appoġġ għal vetturi b’emissjonijiet baxxi;

(j)

il-kostijiet totali stmati tal-Pjan, akkumpanjati minn ġustifikazzjoni xierqa u spjegazzjonijiet ta’ kif huma konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonati għall-impatt mistenni tal-Pjan;

(k)

il-kontribuzzjoni nazzjonali prevista għall-kostijiet totali stmati, ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 15;

(l)

ħlief għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(3) ta’ dan ir-Regolament, spjegazzjoni ta’ kif il-Pjan jiżgura li l-ebda waħda mill-miżuri jew l-investimenti ma tagħmel ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852;

(m)

l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan mill-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari tal-objettivi intermedji u l-miri proposti, l-indikaturi komuni rilevanti msemmija fl-Anness IV, u jekk l-ebda wieħed minn dawn l-indikaturi ma jkun rilevanti għal miżura jew investiment speċifiku, indikaturi individwali addizzjonali proposti mill-Istat Membru kkonċernat;

(n)

għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-Pjan, taqsira tal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika msemmi fl-Artikolu 5;

(o)

spjegazzjoni tas-sistema tal-Istat Membru li tipprevjeni, tiskopri u tikkoreġi l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess, meta tintuża l-allokazzjoni finanzjarja pprovduta taħt il-Fond, u tal-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħrajn tal-Unjoni;

(p)

fejn applikabbli u rilevanti, spjegazzjoni ta’ kif l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni u t-territorji ultraperiferiċi, iż-żoni rurali jew remoti, il-periferiji inqas aċċessibbli, żoni muntanjużi jew żoni li għadhom lura, ġew ikkunsidrati fil-Pjan;

(q)

fejn rilevanti, spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri u l-investimenti għandhom l-għan li jindirizzaw l-inugwaljanza bejn il-ġeneri.

2.   Il-Pjan jista’ jinkludi azzjonijiet ta’ assistenza teknika meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-miżuri u tal-investimenti.

3.   Il-Pjan għandu jkun konsistenti mal-informazzjoni inkluża u l-impenji li jittieħdu mill-Istat Membru skont dan li ġej:

(a)

il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

(b)

il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni tiegħu skont ir-Regolament (UE) 2021/1060;

(c)

il-pjan tiegħu għall-irkupru u r-reżiljenza skont ir-Regolament (UE) 2021/241;

(d)

il-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni);

(e)

il-pjan nazzjonali integrat u aġġornat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999; u

(f)

il-pjanijiet territorjali tiegħu għal tranżizzjoni ġusta skont ir-Regolament (UE) 2021/1056.

4.   Matul it-tħejjija tal-Pjanijiet, il-Kummissjoni għandha torganizza skambju ta’ prattika tajba, inkluż dwar miżuri u investimenti kosteffettivi li għandhom jiġu inklużi fil-Pjanijiet. L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll appoġġ tekniku taħt il-faċilità Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali (ELENA), stabbilita permezz ta’ Ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment fl-2009, jew taħt l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30).

5.   Għall-finijiet tal-punt (l) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida teknika lill-Istati Membri, imfassla skont il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fond, dwar il-konformità tal-miżuri u l-investimenti mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.

6.   Biex tassisti lill-Istati Membri jipprovdu l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi valur komuni li għandu jitqies għall-prezz tal-karbonju li jirriżulta mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE.

7.   Kull Stat Membru għandu juża l-mudell stipulat fl-Anness V għall-Pjan.

KAPITOLU III

Appoġġ mill-Fond għall-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

Artikolu 7

Prinċipji li jirregolaw il-Fond

1.   Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjanijiet tagħhom.

2.   Il-pagament tal-appoġġ finanzjarju skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lil kull Stat Membru għandu jkun bil-kondizzjoni li dak l-Istat Membru jilħaq l-istadji importanti u l-miri għall-miżuri u l-investimenti f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament. Dawn l-objettivi intermedji u l-miri għandhom ikunu kompatibbli mal-miri klimatiċi tal-Unjoni u l-objettiv stipulat fir-Regolament (UE) 2021/1119, u għandhom ikopru b’mod partikolari:

(a)

l-effiċjenza enerġetika;

(b)

ir-rinnovazzjoni tal-bini;

(c)

il-mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi;

(d)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra;

(e)

tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, b’mod partikolari unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku, ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli u ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli.

3.   Il-Fond għandu jappoġġa biss miżuri u investimenti li jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” fit-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852.

4.   Il-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond għandhom inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili u, fejn rilevanti, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali kif ukoll għal impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità fl-oqsma koperti mill-miżuri u l-investimenti tal-Fond.

Artikolu 8

Miżuri u investimenti eliġibbli li għandhom jiġu inklużi fil- Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.   L-Istat Membru jista’ jinkludi fil-kostijiet totali stmati tal-Pjan il-miżuri u investimenti li ġejjin b’impatti dejjiema dejjem jekk huma jimmiraw prinċipalment unitajiet domestiċi vulnerabbli mikrointrapriżi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli u beħsiebhom:

(a)

jappoġġaw rinnovazzjonijiet tal-bini, b’mod partikolari għal unitajiet domestiċi vulnerabbli u mikrointrapriżi vulnerabbli li jokkupaw il-bini bl-agħar rendiment, u inkluż għal inkwilini u persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali;

(b)

jappoġġaw l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inkluż akkomodazzjoni soċjali;

(c)

jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni, bħal permezz tal-elettrifikazzjoni, tat-tisħin u t-tkessiħ tal-binjiet, u t-tisjir fihom, billi jipprovdu aċċess għal sistemi affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, u billi jintegraw ġenerazzjoni u ħżin tal-enerġija rinnovabbli, inkluż permezz ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli, komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadin u klijenti attivi oħra biex jippromwovu l-użu tal-awtokonsum tal-enerġija rinnovabbli, bħall-kondiviżjoni tal-enerġija u l-kummerċ bejn il-pari tal-enerġija rinnovabbli, il-konnessjoni ma’ grilji intelliġenti u ma’ networks tat-tisħin distrettwali, li jikkontribwixxi għall-kisba tal-iffrankar tal-enerġija jew għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku;

(d)

jipprovdu informazzjoni, edukazzjoni, sensibilizzazzjoni u pariri mmirati, aċċessibbli u affordabbli dwar miżuri u investimenti kosteffettivi, appoġġ disponibbli għar-rinnovazzjonijiet tal-bini u l-effiċjenza enerġetika, kif ukoll possibiltajiet alternattivi għall-mobbiltà u t-trasport sostenibbli u affordabbli;

(e)

jappoġġaw lill-entitajiet pubbliċi u privati, inkluż fornituri ta’ akkomodazzjoni soċjali, b’mod partikolari kooperattivi pubbliċi-privati, fl-iżvilupp u l-forniment ta’ soluzzjonijiet affordabbli ta’ effiċjenza enerġetika u strumenti ta’ finanzjament xierqa f’konformità mal-għanijiet soċjali tal-Fond;

(f)

jipprovdu aċċess għal vetturi u roti b’emissjonijiet żero u baxxi, filwaqt li tinżamm in-newtralità teknoloġika, inkluż appoġġ finanzjarju jew inċentivi fiskali għax-xiri tagħhom, kif ukoll għal infrastruttura pubblika u privata xierqa, b’mod partikolari, fejn rilevanti, ix-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi, l-infrastruttura għall-irriċarġjar u r-riforniment tal-fjuwil u l-iżvilupp ta’ suq tal-vetturi użati b’emissjonijiet żero; l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiżguraw li fejn vetturi b’emissjonijiet żero jkunu soluzzjoni affordabbli u li tista’ tintuża, l-appoġġ għal tali vetturi jingħata prijorità fil-Pjanijiet tagħhom;

(g)

jinċentivaw l-użu ta’ trasport pubbliku affordabbli u aċċessibbli u jappoġġaw lil entitajiet privati u pubbliċi, inkluż kooperattivi, fl-iżvilupp u l-forniment ta’ mobbiltà sostenibbli fuq talba, servizzi ta’ mobbiltà kondiviża u għażliet ta’ mobbiltà attiva.

2.   L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet il-kostijiet tal-miżuri li jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu lil unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli biex jitnaqqas l-impatt taż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil għat-trasport bit-triq u għat-tisħin. Tali appoġġ għandu jkun temporanju u jonqos maż-żmien. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu temporanju jekk il-Pjanijiet tagħhom ikun fihom miżuri jew investimenti mmirati lejn dawk l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli f’konformità mal-Artikolu 8(1) ta’ dan ir-Regolament. Tali appoġġ għandu jkun limitat għall-impatt dirett tal-inklużjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-kostijiet tal-miżuri li jipprovdu appoġġ dirett għall-introjtu temporanju m’għandhomx jirrappreżentaw aktar minn 37,5 % tal-istima totali tal-ispiża tal-Pjan, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1)(j) ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet l-ispejjeż tal-assistenza teknika biex ikopru l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta’ taħriġ, programmar, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Fond u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, pereżempju studji, spejjeż tat-teknoloġija tal-informazzjoni (IT), konsultazzjoni pubblika mal-partijiet ikkonċernati, informazzjoni u azzjonijiet ta’ komunikazzjoni. Il-kostijiet ta’ din l-assistenza teknika għandha tammonta sa 2,5 % tal-istima totali tal-ispiża tal-Pjan kif imsemmi fl-Artikolu 6(1), punt (j).

Artikolu 9

Trasferiment tal-benefiċċji lill-unitajiet domestiċi, lill-mikrointrapriżi u lill-utenti tat-trasport

1.   L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-Pjanijiet l-appoġġ ipprovdut permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, dejjem jekk dawk l-entitajiet iwettqu miżuri u investimenti li fl-aħħar mill-aħħar ikunu ta’ benefiċċju għal unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprevedu s-salvagwardji statutorji u kuntrattwali meħtieġa biex jiżguraw li l-benefiċċju kollu jasal għand l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-mikrointrapriżi vulnerabbli jew l-utenti vulnerabbli tat-trasport.

Artikolu 10

Riżorsi tal-Fond

1.   Ammont massimu ta’ EUR 65 000 000 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-31 ta’ Diċembru 2032 fi prezzijiet attwali għandu jkun disponibbli, f’konformità mal-10a(8b), 30d(3) u 30d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-implimentazzjoni tal-Fond. Dak l-ammont għandu jikkostitwixxi dħul assenjat estern għall-finijiet tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30d(4), is-sitt subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE.

L-ammonti annwali allokati għall-Fond, fil-limitu tal-ammont massimu stipulat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, m’għandhomx jaqbżu l-ammonti msemmija fl-Artikolu 30d(4), ir-raba’ subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE.

Fejn is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE tiġi posposta sal-2028 skont l-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva, l-ammont massimu li għandu jkun disponibbli għall-Fond għandu jkun ta’ EUR 54 600 000 000 u l-ammonti annwali allokati għall-Fond m’għandhomx jaqbżu l-ammonti rispettivi msemmija fl-Artikolu 30d(4), il-ħames subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE.

2.   B’deroga mill-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 ta’ dan ir-Regolament, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jkopru l-ammont massimu rilevanti msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom isiru disponibbli awtomatikament fil-bidu ta’ kull sena finanzjarja, mill-1 ta’ Jannar 2026, sal-ammonti annwali applikabbli rilevanti msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi tal-paragrafu 1.

3.   L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż li jappartjenu għal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Fond u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti, konsultazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati, azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni inklużivi, u l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawn ikunu relatati mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, mal-ispejjeż marbuta man-networks tal-IT li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, mal-għodod korporattivi tal--IT, u mal-ispejjeż l-oħrajn kollha ta’ assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-Fond. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta’ attivitajiet ta’ sostenn oħrajn, bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta’ proġetti fuq il-post u l-kostijiet ta’ konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet eliġibbli.

Artikolu 11

Ir-riżorsi minn programmi b’ġestjoni kondiviża u l-użu tar-riżorsi u għalihom

1.   Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq talba tagħhom, jiġu ttrasferiti lill-Fond soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/1060. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Dawk ir-riżorsi għandhom jintużaw esklużivament għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

2.   Fil-Pjanijiet tagħhom ippreżentati skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jitolbu t-trasferiment sa 15 % tal-allokazzjoni finanzjarja annwali massima tagħhom għall-fondi b’ġestjoni kondiviża prevista fir-Regolament (UE) 2021/1060. Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiffinanzjaw miżuri u investimenti kif imsemmija fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli tal-fondi li lilhom jiġu ttrasferiti r-riżorsi. Ir-riżorsi għandhom jiġu ttrasferiti mill-Istati Membri permezz tal-emenda ta’ programm wieħed jew aktar, ħlief għal programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), f’konformità mal-Artikolu 26a tar-Regolament (UE) 2021/1060, u għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli stipulati f’dak ir-Regolament u r-regoli tal-fondi li lilhom jiġu trasferiti r-riżorsi.

3.   L-Istati Membri jistgħu jinkarigaw lill-awtoritajiet maniġerjali tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 bl-implimentazzjoni ta’ miżuri u investimenti li jibbenefikaw mill-Fond, fejn applikabbli fid-dawl tas-sinerġiji ma’ dawk il-programmi tal-politika ta’ koeżjoni u f’konformità mal-objettivi tal-Fond. L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li b’hekk jinkarigaw lil dawn l-awtoritajiet fil-Pjanijiet tagħhom. F’każijiet bħal dawn, is-sistemi eżistenti ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ mill-Istati Membri, kif notifikati lill-Kummissjoni, għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-Pjanijiet tagħhom, bħala parti mill-kostijiet totali stmati, il-pagamenti għal appoġġ tekniku addizzjonali skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2021/240 u l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). Dawk il-kostijiet ma għandhomx jaqbżu l-4 % tal-allokazzjoni finanzjarja massima għall-Pjan, u l-miżuri rilevanti, kif stabbiliti fil-Pjan, għandhom ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Implimentazzjoni

Il-Fond għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni taħt ġestjoni diretta f’konformità mar-regoli rilevanti adottati skont l-Artikolu 322 TFUE, b’mod partikolari r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni.

Artikolu 13

Addizzjonalità u finanzjament komplementari

1.   L-appoġġ taħt il-Fond għandu jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt fondi, programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni. Il-miżuri u l-investimenti appoġġati taħt il-Fond jistgħu jirċievu appoġġ minn fondi, programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, diment li tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.

2.   L-appoġġ mill-Fond, inkluż l-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju msemmi fl-Artikolu 4(3), għandu jkun addizzjonali u m’għandux jissostitwixxi n-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti.

3.   Għall-assistenza teknika lill-Istati Membri, il-kostijiet amministrattivi marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-Pjan m’għandhomx jitqiesu bħala nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti.

Artikolu 14

Allokazzjoni finanzjarja massima

1.   L-allokazzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkolata għal kull Stat Membru skont l-Artikolu 10 u kif speċifikat fl-Annessi I u II.

2.   Kull Stat Membru jista’ jissottometti talba sal-allokazzjoni finanzjarja massima tiegħu biex jimplimenta l-Pjan tiegħu.

Artikolu 15

Kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet totali stmati

L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għal mill-inqas 25 % tal-kostijiet totali stmati tal-Pjanijiet tagħhom.

Artikolu 16

Valutazzjoni tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan u, fejn applikabbli, kull emenda għal dak il-Pjan ippreżentata minn Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 18, għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. Meta twettaq dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet jew titlob aktar informazzjoni fi żmien xahrejn mill-preżentazzjoni tal-Pjan mill-Istat Membru. L-Istat Membru għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista’ jirrevedi l-Pjan jekk meħtieġ, inkluż wara l-preżentazzjoni tal-Pjan. L-Istat Membru u l-Kummissjoni jistgħu jaqblu li jestendu l-iskadenza għall-valutazzjoni b’perjodu raġonevoli jekk meħtieġ.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk it-trasferimenti mitluba f’konformità mal-Artikolu 11 jissodisfawx l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza u l-koerenza tal-Pjan, filwaqt li tqis l-isfidi speċifiċi u l-allokazzjoni finanzjarja tal-Istat Membru, kif ġej:

(a)

għall-fini tal-valutazzjoni tar-rilevanza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk il-Pjan jirrappreżentax tweġiba xierqa għall-impatt soċjali fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, u l-isfidi ffaċċjati minnhom, fl-Istat Membru kkonċernat mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, b’mod partikolari unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-isfidi identifikati fil-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-aġġornament tal-pjan nazzjonali integrat tal-Istat Membru kkonċernat dwar l-enerġija u l-klima u tal-progress tiegħu skont l-Artikolu 9(3), u l-Artikoli 13 u 29 tar-Regolament (UE) 2018/1999, kif ukoll fir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri maħruġa skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 fil-kuntest tal-miri għall-klima u l-enerġija tal-Unjoni għall-2030 objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni mhux aktar tard mill-2050;

(ii)

jekk il-Pjan huwiex mistenni jiżgura li l-miżuri u investimenti inklużi fil-Pjan ma jagħmlux ħsara sinifikanti lill-objettivi ambjentali skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852 u jekk il-Pjan jgħinx biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili;

(iii)

jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni ekoloġika, inkluż biex jiġu indirizzati l-impatti u l-isfidi soċjali li jirriżultaw minnha u b’mod partikolari għall-kisba tal-miri klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u l-istadji importanti tal-2030 tal-Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti;

(b)

għall-fini tal-valutazzjoni tal-effettività, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk il-Pjan huwiex mistenni li jkollu impatt dejjiemi fl-Istat Membru fuq l-isfidi indirizzati minn dak il-Pjan, f’konformità mal-miri klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv fit-tul tan-newtralità klimatika fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050, u b’mod partikolari fuq unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli, b’mod partikolari unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi fil-faqar tat-trasport;

(ii)

jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru humiex mistennija jiżguraw il-monitoraġġ u l-implimentazzjoni effettivi tal-Pjan, inkluż l-iskeda ta’ żmien prevista, l-objettivi intermedji u l-miri, u l-indikaturi relatati;

(iii)

jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru kkonċernat humiex konsistenti u konformi mar-rekwiżiti skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija (riformulazzjoni), id-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva (UE) 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (32) u d-Direttiva 2010/31/UE; u

(iv)

jekk il-miżuri u l-investimenti proposti mill-Istat Membru jrawmux il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza mal-istrumenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(3).

(c)

għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(i)

jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru għall-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-Pjan hijiex raġonevoli, plawżibbli, konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonata mal-impatt ambjentali u soċjali nazzjonali mistenni, filwaqt li tqis ukoll l-ispeċifiċitajiet nazzjonali li jistgħu jħallu impatt fuq il-kostijiet ipprovduti fil-Pjan;

(ii)

jekk l-arranġamenti proposti mill-Istat Membru humiex mistennija jipprevjenu, isibu u jikkoreġu l-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitti ta’ interess meta tintuża l-allokazzjoni finanzjarja pprovduta taħt il-Fond, inkluż l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u programmi oħrajn tal-Unjoni;

(iii)

jekk l-objettivi intermedji u l-miri proposti mill-Istat Membru humiex effiċjenti, fil-kuntest tal-kamp ta’ applikazzjoni, l-objettivi u l-azzjonijiet eliġibbli tal-Fond;

(d)

għall-fini tal-valutazzjoni tal-koerenza, il-Kummissjoni għandha tqis jekk il-Pjan fihx miżuri u investimenti li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

Artikolu 17

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni

1.   Abbażi tal-valutazzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-Pjan ta’ Stat Membru, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, mhux aktar tard minn ħames xhur mid-data tal-preżentazzjoni ta’ dak il-Pjan skont l-Artikolu 4(1).

2.   Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni pożittiva ta’ Pjan, l-att ta’ implimentazzjoni li jirreferi għaliha fil-paragrafu 1 għandu jistipula:

(a)

il-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu implimentati mill-Istat Membru, l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan, u l-objettivi intermedji u l-miri;

(b)

l-allokazzjoni finanzjarja massima allokata f’konformità mal-Artikolu 14(1) li għandha titħallas f’pagamenti parzjali, skont l-Artikolu 20, ladarba l-Istat Membru jkun kiseb b’mod sodisfaċenti l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti identifikati b’rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan;

(c)

il-kontribuzzjoni nazzjonali;

(d)

l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Pjan, inkluż, fejn rilevanti, il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 21;

(e)

l-indikaturi rilevanti relatati mal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri previsti; kif ukoll

(f)

l-arranġamenti biex jingħata aċċess mill-Kummissjoni għad-data rilevanti sottostanti.

3.   L-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fil-paragrafu 2, punt (b), ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan proposti mill-Istat Membru, kif ivvalutat skont il-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3).

L-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)

fejn il-Pjan ikun konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajr il-kontribuzzjoni nazzjonali jkun ugwali għal, jew ogħla minn, l-allokazzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14(1), l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-allokazzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 14(1);

(b)

fejn il-Pjan jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajr il-kontribuzzjoni nazzjonali jkun aktar baxx mill-allokazzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 14(1), l-allokazzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-Pjan mingħajru il-kontribuzzjoni nazzjonali;

(c)

fejn il-Pjan ikun jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), iżda l-valutazzjoni tidentifika dgħufijiet fis-sistemi interni ta’ kontroll, il-Kummissjoni tista’ titlob li miżuri addizzjonali biex jindirizzaw dawn id-dgħufijiet jiġu inklużi fil-Pjan u jinkisbu mill-Istat Membru qabel l-ewwel pagament;

(d)

fejn il-Pjan ma jikkonformax b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 16(3), ma għandha tiġi allokata l-ebda allokazzjoni finanzjarja lill-Istat Membru.

4.   Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva dwar Pjan, id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi r-raġunijiet għal dik il-valutazzjoni negattiva. L-Istat Membru kkonċernat għandu jerġa’ jippreżenta l-Pjan, wara li jqis il-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 18

Emenda tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

1.   Fejn Pjan ma jkunx għadu jista’ jinkiseb, inkluż l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti, jew ikun jeħtieġ li jiġi aġġustat konsiderevolment, jew kompletament inkella parzjalment, minn Stat Membru minħabba ċirkostanzi oġġettivi, b’mod partikolari minħabba l-effetti diretti attwali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta lill-Kummissjoni Pjan emendat sabiex jinkludi l-bidliet meħtieġa u debitament ġustifikati. L-Istati Membri jistgħu jitolbu appoġġ tekniku, f’konformità mal-Artikolu 11(4), għat-tħejjija tal-Pjan emendat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Pjan emendat f’konformità mal-Artikolu 16.

3.   Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni pożittiva tal-Pjan emendat, hija għandha, f’konformità mal-Artikolu 17(1), tadotta deċiżjoni li tagħti r-raġunijiet għall-valutazzjoni pożittiva tagħha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. B’deroga mill-Artikolu 17(1), il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni skont dan il-paragrafu fi żmien tliet xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-Pjan emendat mill-Istat Membru kkonċernat.

4.   Meta l-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva tal-Pjan emendat, hija għandha tirrifjuta l-Pjan emendat fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien tliet xhur mid-data tal-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-Pjan emendat.

5.   Sal-15 ta’ Marzu 2029, kull Stat Membru għandu jivvaluta l-adegwatezza tal-Pjan tiegħu bil-ħsieb tal-effetti diretti proprja tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u t-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE. Dawk il-valutazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni flimkien mar-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

6.   Fil-każ ta’ aġġustamenti minuri għall-Pjan, li jirrappreżentaw żieda jew tnaqqis ta’ inqas minn 5 % tal-mira stabbilita fil-Pjan, pereżempju aġġornamenti żgħar fil-miżuri u l-investimenti stabbiliti fil-Pjan, jew il-korrezzjoni ta’ żbalji klerikali, l-Istat Membru għandu jinnotifika tali bidliet lill-Kummissjoni.

Artikolu 19

Impenn tal-allokazzjoni finanzjarja

1.   Wara li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni pożittiva kif imsemmi fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, hija għandha, fi żmien debitu, tikkonkludi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat li jikkostitwixxi impenn legali individwali skont it-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 għall-perjodu 2026-2032, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30d(4) u l-Artikoli 30i u 30k tad-Direttiva 2003/87/KE. Dak il-ftehim għandu jiġi konkluż mhux aktar minn sena qabel is-sena tal-bidu tal-irkantijiet skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE, jew sentejn qabel dik is-sena, f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 10(1), it-tielet subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-impenji baġitarji jistgħu jkunu bbażati fuq impenji globali u, fejn xieraq, jistgħu jiġu diżaggregati fi pagamenti annwali mifruxa fuq diversi snin.

Artikolu 20

Regoli dwar il-ħlasijiet, is-sospensjoni u t-terminazzjoni ta’ ftehimiet rigward allokazzjonijiet finanzjarji

1.   Il-ħlasijiet tal-allokazzjonijiet finanzjarji skont dan l-Artikolu lill-Istat Membru għandhom isiru malli jinkisbu l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti miftiehma indikati fil-Pjan, kif approvati f’konformità mal-Artikolu 17, u soġġett għad-disponibbiltà tal-finanzjament. Ma’ tali kisba, l-Istat Membru għandu jissottometti lill-Kummissjoni talba debitament motivata għal ħlas. L-Istat Membru għandu jissottometti tali talbiet għal ħlas lill-Kummissjoni darba jew darbtejn fis-sena, sal-31 ta’ Lulju jew sal-31 ta’ Diċembru.

2.   Malli tirċievi talba għal ħlas minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-objettivi intermedji u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17 ma nkisbux b’mod sodisfaċenti. Il-kisba sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u tal-miri għandha tippresupponi li l-miżuri relatati ma’ objettivi intermedji u miri miksuba b’mod sodisfaċenti preċedentement ma jkunux treġġgħu lura mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Meta l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva ta’ talba għal ħlas individwali, hija għandha tadotta deċiżjoni individwali li tawtorizza l-iżborż tal-allokazzjoni finanzjarja f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, soġġett għad-disponibbiltà tal-fondi u filwaqt li tiżgura li l-Istati Membri jingħataw trattament ugwali. Il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni individwali mhux qabel xahrejn u mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-iskadenza rilevanti għas-sottomissjoni tat-talba għal ħlas f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

4.   Meta, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17 ma jkunux inkisbu b’mod sodisfaċenti, il-ħlas tal-parti tal-allokazzjoni finanzjarja proporzjonali għall-mira jew l-objettiv intermedju mhux miksub għandu jiġi sospiż. L-Istat Membru jista’ jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Is-sospensjoni għandha titneħħa biss meta l-objettivi intermedji u l-miri jkunu nkisbu b’mod sodisfaċenti kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17.

5.   B’deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, l-iskadenza għall-ħlas għandha tibda tiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-iżborż tal-allokazzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, jew mid-data tal-komunikazzjoni tat-tneħħija ta’ sospensjoni skont il-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu.

6.   Meta l-objettivi intermedji u l-miri ma jkunux inkisbu b’mod sodisfaċenti fi żmien perjodu ta’ disa’ xhur mis-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja b’mod proporzjonat wara li tkun tat lill-Istat Membru l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha rigward il-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri.

7.   Meta, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehimiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 19, ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta’ kwalunkwe objettiv intermedju u mira rilevanti mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tittermina dawk il-ftehimiet u għandha tiddiżimpenja l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar it-terminazzjoni ta’ dawk il-ftehimiet wara li tkun tat lill-Istat Membru l-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli.

8.   Il-ħlasijiet kollha għandhom isiru sal-31 ta’ Diċembru 2033.

9.   B’deroga mill-Artikolu 116 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, jekk, f’ċiklu partikolari ta’ talbiet għal ħlas kif imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-dħul assenjat lill-Fond f’konformità mal-Artikolu 30d(4) tad-Direttiva 2003/87/KE ma jkunx biżżejjed biex ikopri t-talbiet għal ħlas sottomessi, il-Kummissjoni għandha tħallas lill-Istati Membri fuq bażi pro rata determinata bħala sehem tal-fondi disponibbli għall-ħlasijiet imqabbel mat-total ta’ ħlasijiet approvati. Fiċ-ċiklu ta’ talbiet għal ħlas li jkun imiss, il-Kummissjoni għandha tagħti prijorità lil dawk l-Istati Membri bi ħlasijiet imdewma miċ-ċiklu preċedenti ta’ talbiet għal ħlas, u t-talbiet għal ħlas li jkunu għadhom kif ġew sottomessi tittrattahom biss aktar tard.

10.   B’deroga mill-Artikolu 12(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 30d(4), is-sitt subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE, il-Kummissjoni għandha talloka lill-Istati Membri l-ammonti li jikkorrispondu għal kwalunkwe approprjazzjoni li ma tkunx intużat sal-31 ta’ Diċembru 2033 f’konformità mar-regoli għad-distribuzzjoni tal-kwoti definiti fl-Artikolu 30d(5) tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 21

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Meta jimplimentaw il-Pjanijiet, l-Istati Membri, bħala benefiċjarji tal-fondi taħt il-Fond, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex jiżguraw li l-użu tal-allokazzjonijiet finanzjarji b’rabta mal-miżuri u l-investimenti appoġġati mill-Fond, inkluż dawk imwettqa minn entitajiet pubbliċi jew privati li ma jkunux unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli f’konformità mal-Artikolu 9, ikun konformi mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu sistema effettiva u effiċjenti ta’ kontroll intern kif stipulat ulterjorment fl-Anness III u l-irkupru tal-ammonti mħallsa b’mod żbaljat jew użati b’mod skorrett. L-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq is-sistemi ta’ ġestjoni tal-baġit nazzjonali regolari tagħhom.

2.   Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 19 għandhom jipprevedu l-obbligi li ġejjin tal-Istati Membri:

(a)

li jikkontrollaw regolarment li l-finanzjament ipprovdut ikun intuża kif suppost f’konformità mar-regoli applikabbli kollha u li kwalunkwe miżura jew investiment taħt il-Pjan ikunu ġew implimentati kif suppost f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess;

(b)

li jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess kif definiti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jieħdu azzjoni legali biex jirkupraw fondi li jkunu ġew miżapproprjati, inkluż b’rabta ma’ kwalunkwe miżura jew investiment implimentati taħt il-Pjan;

(c)

li jakkumpanjaw talba għal ħlas:

(i)

b’dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li l-allokazzjonijiet finanzjarji ntużaw għall-iskop maħsub tagħhom, li l-informazzjoni ppreżentata mat-talba għal ħlas hija kompluta, preċiża u affidabbli, u li s-sistemi ta’ kontroll intern stabbiliti jagħtu l-assigurazzjonijiet meħtieġa li l-allokazzjonijiet finanzjarji ġew ġestiti f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari r-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess, il-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u l-finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħra tal-Unjoni f’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; u

(ii)

b’taqsira tal-awditi mwettqa f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk l-awditi f’termini tal-ammont ta’ nfiq kopert u l-perjodu ta’ żmien kopert u l-analiżi tad-dgħufijiet identifikati u kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda;

(d)

għall-fini tal-awditjar u l-kontroll u biex tiġi prevista informazzjoni komparabbli dwar l-użu ta’ allokazzjonijiet finanzjarji b’rabta mal-miżuri u l-investimenti implimentati taħt il-Pjan, li jiġbru, jirreġistraw u jaħżnu f’sistema elettronika u jiżguraw l-aċċess għall-kategoriji standardizzati ta’ data li ġejjin:

(i)

l-isem tar-riċevituri finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji, in-numri tar-reġistrazzjoni tal-VAT tagħhom jew in-numri ta’ identifikazzjoni tat-taxxa u l-ammont tal-allokazzjoni finanzjarja mill-Fond;

(ii)

l-isem tal-kuntrattur(i) u tas-sottokuntrattur(i) u n-numru/i tar-reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa tagħhom u l-valur tal-kuntratt(i) fejn ir-riċevitur finali tal-allokazzjonijiet finanzjarji jkun awtorità kontraenti f’konformità mad-dritt tal-Unjoni jew mal-liġi nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku;

(iii)

l-isem/ismijiet, il-kunjom(ijiet), id-data/dati tat-twelid u n-numru/i ta’ reġistrazzjoni tal-VAT jew in-numru/i ta’ identifikazzjoni tat-taxxa, tas-sid(ien) benefiċjarju/i tar-riċevitur tal-allokazzjonijiet finanzjarji jew tal-kuntrattur, kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (6), tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33);

(iv)

lista ta’ kwalunkwe miżura u investiment implimentati taħt il-Fond bl-ammont totali ta’ finanzjament pubbliku ta’ dawk il-miżuri u l-investimenti u li tindika l-ammont ta’ fondi mħallsa taħt fondi oħra ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni;

(e)

li jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u biex jimponu obbligi fuq ir-riċevituri finali kollha tal-allokazzjonijiet finanzjarji mħallsa għall-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-Pjan, jew lill-persuni jew l-entitajiet l-oħrajn kollha involuti fl-implimentazzjoni tagħhom biex jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fejn applikabbli, lill-UPPE, biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom kif previst fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u biex jimponu obbligi simili fuq ir-riċevituri finali kollha tal-fondi żborżati;

(f)

li jżommu rekords skont l-Artikolu 132 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, bil-punt ta’ referenza jkun it-tranżazzjoni tal-ħlas rilevanti għall-miżura jew investiment rispettivi.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (d)(ii) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandha tkun meħtieġa biss meta l-valur tal-akkwist pubbliku jkun akbar mil-limiti tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34). Fir-rigward ta’ sottokuntratturi, dik l-informazzjoni għandha tkun meħtieġa biss:

(a)

għall-ewwel livell ta’ sottokuntrattar;

(b)

meta dik l-informazzjoni tkun irreġistrata fir-rigward tal-kuntrattur rispettiv; u

(c)

għal sottokuntratti b’valur totali ta’ aktar minn EUR 50 000.

3.   Id-data personali msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi pproċessata mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni għall-fini, u d-durata korrispondenti, tal-proċedimenti ta’ kwittanza, awditjar u kontroll, informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità relatati mal-użu ta’ allokazzjonijiet finanzjarji relatati mal-implimentazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 19. Id-data personali għandha tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 jew mar-Regolament (UE) 2018/1725, skont liema minnhom ikun applikabbli. Fil-qafas tal-proċedura ta’ kwittanza lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 319 TFUE, il-Fond għandu jkun soġġett għal rapportar taħt ir-rapportar finanzjarju u ta’ akkontabbiltà integrat imsemmi fl-Artikolu 247 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u, b’mod partikolari, separatament fir-rapport annwali dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni.

4.   Il-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 19 għandhom jipprevedu wkoll id-dritt tal-Kummissjoni li tnaqqas b’mod proporzjonat l-appoġġ taħt il-Fond u li tirkupra kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni, f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitt ta’ interessi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni li ma jkunux ġew ikkorreġuta mill-Istat Membru, jew ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta minn tali ftehimiet.

Meta tkun qed tiddeċiedi fuq l-ammont tal-irkupru u t-tnaqqis, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tqis is-serjetà tal-frodi, tal-korruzzjoni u tal-kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew ta’ ksur ta’ obbligu. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu qabel ma jsir it-tnaqqis.

KAPITOLU IV

Komplementarjetà, Monitoraġġ u Evalwazzjoni

Artikolu 22

Il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, b’mod proporzjonat mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn il-Fond u l-programmi u l-istrumenti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 6(3) ta’ dan ir-Regolament, u l-Fond għall-Modernizzazzjoni skont l-Artikolu 10d tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dak l-iskop, huma għandhom:

(a)

jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza fost strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, lokali jew reġjonali, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(b)

itejbu kemm jista’ jkun il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi; u

(c)

jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni u l-kontroll fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, fejn xieraq, lokali jew reġjonali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond.

Artikolu 23

Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

1.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu d-data msemmija fl-Artikolu 21(2), il-punt (d)(i), (ii) u (iv), ta’ dan ir-Regolament disponibbli għall-pubbliku u jżommuha aġġornata f’sit web uniku f’formati miftuħa u li jinqraw minn magna, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35), li għandhom jippermettu li d-data tiġi magħżula, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2), il-punti (d)(i) u (ii), ta’ dan ir-Regolament ma għandhiex tiġi ppubblikata fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 jew fil-każ ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

2.   Ir-riċevituri ta’ appoġġ mill-Fond għandhom jiġu infurmati dwar l-oriġini ta’ dawk il-fondi, inkluż fejn jibbenefikaw minn dawk il-fondi permezz ta’ intermedjarji. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi l-emblema tal-Unjoni u dikjarazzjoni ta’ finanzjament xierqa li taqra “iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea – Fond Soċjali għall-Klima” fuq dokumenti u materjal ta’ komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni tal-miżura maħsuba għar-riċevituri. Ir-riċevituri ta’ appoġġ mill-Fond, bl-eċċezzjoni tal-appoġġ għal persuni fiżiċi jew fejn ikun hemm riskju li informazzjoni kummerċjalment sensittiva ssir pubblika, għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil udjenzi multipli, inkluż il-media u l-pubbliku.

3.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, mal-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament u mar-riżultati miksuba, inkluż, fejn xieraq u bil-qbil tal-awtoritajiet nazzjonali, permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 24

Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.   Kull Stat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni, fuq bażi biennali, dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan tiegħu flimkien mar-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u f’konformità mal-Artikolu 28 tiegħu. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqa fil-Pjan. L-Istati Membri għandhom jinkludu l-indikaturi li jinsabu fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament fir-rapport ta’ progress tagħhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implimentazzjoni tal-Fond u tkejjel l-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqa taħt il-Fond.

3.   Is-sistema ta’ rapportar tal-prestazzjoni tal-Kummissjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tar-riżultati tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri ta’ appoġġ mill-Fond.

4.   Il-Kummissjoni għandha tuża l-indikaturi komuni li jinsabu fl-Anness IV biex tirrapporta dwar il-progress u għall-finijiet ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Fond sabiex jintlaħqu l-objettivi li jinsabu fl-Artikolu 3.

Artikolu 25

Trasparenza

1.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-Pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri u d-deċiżjonijiet, kif magħmula pubbliċi mill-Kummissjoni, simultanjament u b’termini ugwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed.

2.   L-informazzjoni mibgħuta mill-Kummissjoni lill-Kunsill fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament jew tal-implimentazzjoni tiegħu għandha ssir disponibbli fl-istess ħin għall-Parlament Ewropew, soġġett għal arranġamenti ta’ kunfidenzjalità jekk ikun meħtieġ.

3.   Il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tal-valutazzjoni tal-Pjanijiet mill-Kummissjoni.

Artikolu 26

Djalogu soċjali dwar il-klima

1.   Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, u sabiex jiġu żgurati aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont, il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew jistgħu jistiednu lill-Kummissjoni darbtejn f’sena biex jiddiskutu l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri;

(b)

il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-Pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri;

(c)

l-istatus tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet sottomessi mill-Istati Membri;

(d)

il-proċeduri tal-ħlas, tas-sospensjoni u tat-terminazzjoni, inkluż kwalunkwe osservazzjoni ppreżentata u kwalunkwe miżura ta’ rimedju meħuda mill-Istati Membri biex jiżguraw il-kisba sodisfaċenti tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet sottomessi minnhom.

2.   Il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe element li jirriżulta mill-fehmiet espressi permezz tad-djalogu soċjali dwar il-klima, inkluż ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew jekk ikunu pprovduti.

KAPITOLU V

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 27

Evalwazzjoni u r-rieżami tal-Fond

1.   Sentejn wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-Pjanijiet, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-funzjonament tal-Fond, li jieħu kont tar-riżultati tal-ewwel rapporti sottomessi mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 24, u għandha tissottometti, fejn xieraq, kwalunkwe proposta għal emendi għal dan ir-Regolament.

2.   Ir-rapport ta’ evalwazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jivvaluta, b’mod partikolari:

(a)

il-punt sa fejn ikunu ntlaħqu l-objettivi tal-Fond stabbiliti fl-Artikolu 3, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tal-Unjoni;

(b)

fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż, l-effiċjenza ta’ miżuri u investimenti u l-użu tal-appoġġ dirett għall-introjtu fid-dawl tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet;

(c)

kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport jiġu applikati fl-Istati Membri, abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), il-punt (f), kif ukoll jekk humiex meħtieġa emendi għal tali definizzjonijiet;

(d)

ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-miżuri u l-investimenti kollha stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-impatt fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kkawżat mill-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-bini u mit-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u tal-miżuri nazzjonali meħuda biex jintlaħaq it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36), kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tad-dħul assenjat b’rabta ma’ żviluppi possibbli rigward l-irkantar tal-kwoti skont is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini, it-trasport bit-triq u setturi addizzjonali skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE u kunsiderazzjonijiet rilevanti oħra.

3.   Sal-31 ta’ Diċembru 2033, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni ex post indipendenti. Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-Fond u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l- 2027, fil-każ li d-dħul iġġenerat mill-irkant tal-kwoti msemmi fl-Artikolu 30d(5) tad-Direttiva 2003/87/KE jkun stabbilit bħala riżorsa proprja f’konformità mal-Artikolu 311(3) TFUE, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tippreżenta l-proposti meħtieġa sabiex tiżgura, fil-qafas tal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2027, l-effettività u l-kontinwità tal-implimentazzjoni tal-Fond, temporanjament u eċċezzjonalment iffinanzjat mid-dħul assenjat estern iġġenerat mill-kwoti tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet.

Artikolu 28

Emenda għar-Regolament (UE) 2021/1060

Fir-Regolament (UE) 2021/1060, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 26a

Riżorsi trasferiti mill-Fond Soċjali għall-Klima

1.   Ir-riżorsi trasferiti mill-Fond Soċjali għall-Klima, stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandhom jiġu implimentati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-Fond li għalih jiġu ttrasferiti r-riżorsi u għandhom ikunu definittivi. Tali riżorsi għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat estern għall-fini tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u għandhom ikunu addizzjonali għar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 110 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Meta l-Istati Membri jimplimentaw ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu taħt ġestjoni kondiviża, huma għandhom jissottomettu l-emendi tal-programm f’konformità mal-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ programm wieħed jew aktar. L-Istati Membri għandhom jippjanaw l-użu ta’ tali riżorsi biex jintlaħqu l-objettivi klimatiċi stabbiliti għall-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament. Dawk ir-riżorsi għandhom jikkontribwixxu biex jinkisbu l-objettivi rilevanti tal-Fond Soċjali għall-Klima kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2023/955 u għandhom jintużaw biex jappoġġaw il-miżuri u l-investimenti stabbiliti fl-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament. Huma għandhom jiġu pprogrammati taħt prijorità ddedikata waħda jew aktar li jikkorrispondu għal objettiv speċifiku wieħed jew aktar tal-Fond li għalih jiġu ttrasferiti r-riżorsi u għal kategorija waħda jew aktar ta’ reġjuni, fejn japplika, b’indikazzjoni tat-tqassim annwali tar-riżorsi. Ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika kif previst fir-regoli speċifiċi għall-Fond.

3.   Meta l-Kummissjoni tkun diġà approvat talba ta’ Stat Membru għal emenda ta’ programm relatat ma’ trasferiment ta’ riżorsi mill-Fond Soċjali għall-Klima, għal kwalunkwe trasferiment ulterjuri ta’ riżorsi fis-snin sussegwenti, l-Istat Membru jista’ jissottometti notifika ta’ tabelli finanzjarji minflok emenda ta’ programm, dment li l-bidliet proposti jkunu relatati esklużivament ma’ żieda fir-riżorsi finanzjarji, mingħajr ebda bidla ulterjuri fil-programm.

4.   B’deroga mill-Artikolu 18 u l-Artikolu 86(1), it-tieni subparagrafu, ta’ dan ir-Regolament, ir-riżorsi trasferiti f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2023/955 ma għandhomx jitqiesu għar-rieżami ta’ nofs it-terminu u l-ammont ta’ flessibbiltà.

5.   B’deroga mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, il-limitu ta’ żmien li warajh il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja l-ammonti f’konformità mal-Artikolu 105(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jibda mis-sena li fiha jsiru l-impenji baġitarji korrispondenti. Ir-riżorsi ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal programmi taħt il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

Artikolu 29

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-30 ta’ Ġunju 2024, id-data sa meta l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward tal-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, l-10 ta’ Mejju 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  ĠU C 152, 6.4.2022, p. 158.

(2)  ĠU C 301, 5.8.2022, p. 70.

(3)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ April 2023 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ April 2023.

(4)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(5)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(7)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(8)  ĠU C 243, 27.6.2022, p. 35.

(9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

(15)  Ir-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(20)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(24)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(25)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

(26)  Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261 I, 14.10.2019, p. 1).

(27)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(28)  Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).

(29)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

(30)  Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).

(31)  Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).

(32)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(33)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(34)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(35)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

(36)  Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).

(37)  Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ara paġna 134 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS I

METODOLOĠIJA GĦALL-KALKOLU TAL-ALLOKAZZJONI FINANZJARJA MASSIMA GĦAL KULL STAT MEMBRU FIL-QAFAS TAL-FOND SKONT L-ARTIKOLU 14

Dan l-Anness jistipula l-metodoloġija għall-kalkolu tal-allokazzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru f’konformità mal-Artikoli 10 u 14.

Il-metodoloġija tqis il-varjabbli li ġejjin fir-rigward ta’ kull Stat Membru:

il-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali (2019);

l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi (medja tal-2016-2018);

il-perċentwal ta’ unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom (2019);

il-popolazzjoni totali (2019);

l-introjtu nazzjonali gross (GNI) per capita tal-Istat Membru, imkejjel fi standard tal-kapaċità tal-akkwist (2019);

is-sehem tal-emissjonijiet ta’ referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-sorsi ta’ emissjonijiet 1A3b, 1A4a u 1A4b, kif stabbilit fil-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra (medja tal-2016-2018), kif rieżaminat b’mod komprensiv skont l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament.

L-allokazzjoni finanzjarja massima ta’ Stat Membru skont il-Fond (MFAi) hija stabbilita kif ġej:

Formula

Fejn:

L-ammont massimu (MA) għall-implimentazzjoni tal-Fond kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) u αi huwa s-sehem tal-Istat Membru i fl-ammont massimu, iddeterminat fuq il-bażi tal-passi li ġejjin:

Formula

Fejn

Formula

Formula

Formula

Formula

fi = 1 jekk

Formula
; fi = 2,5 jekk
Formula

Fejn għal kull Stat Membru i:

rural pop i hija l-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali tal-Istat Membru i;

rural pop EU hija s-somma tal-popolazzjoni f’riskju ta’ faqar li tgħix f’żoni rurali tal-Istati Membri tal-UE-27;

pop i hija l-popolazzjoni tal-Istat Membru i;

pop EU hija s-somma tal-popolazzjoni tal-Istati Membri tal-UE-27;

HCO2 i huma l-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi tal-Istat Membru i;

HCO2 EU hija s-somma tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni tal-fjuwil mill-unitajiet domestiċi tal-Istati Membri tal-UE-27;

arrears i huwa l-perċentwal tal-unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tal-Istat Membru i;

arrears EU huwa l-perċentwal ta’ unitajiet domestiċi f’riskju ta’ faqar b’arretrati fuq il-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom tal-UE-27;

Formula
huwa l-GNI per capita tal-Istat Membru i;

Formula
huwa l-GNI per capita tal-UE-27.

Il-βi ta’ dawk l-Istati Membri b’GNI per capita inqas mill-valur tal-UE-27 u li għalihom

Formula
huwa l-komponent minimu, jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiġi żgurat li l-somma ta’ βi għall-Istati Membri kollha tkun ugwali għal 100 %. Il-λi kollha jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiġi żgurat li s-somma tagħhom tkun ugwali għal 100 %.

Għall-Istati Membri kollha, αi ma tistax tkun inqas minn 0,07 % tal-ammont massimu kif imsemmi fl-Artikolu 10(1). L-α i tal-Istati Membri kollha b'α i ogħla minn 0,07 % jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiġi żgurat li s-somma tal-α i kollha tkun ugwali għal 100 %.

Għall-Istati Membri b’GNI per capita inqas minn 90 % tal-valur tal-UE-27, αi ma jistax ikun inqas mis-sehem tal-emissjonijiet ta’ referenza skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/842 għas-sorsi ta’ emissjonijiet 1A3b, 1A4a u 1A4b, kif stabbilit fil-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra għall-medja tal-perjodu 2016-2018, kif rieżaminat b’mod komprensiv skont l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament. L-α i tal-Istati Membri b’GNI per capita ogħla mill-valur tal-UE-27 jiġu aġġustati proporzjonalment biex jiġi żgurat li s-somma tal-α i kollha tkun ugwali għal 100 %.


ANNESS II

Allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru fil-qafas tal-Fond skont l-Artikoli 10 u 14

L-applikazzjoni tal-metodoloġija fl-Anness I għall-ammonti msemmija fl-Artikolu 10(1) tirriżulta fis-sehem u l-allokazzjoni finanzjarja massima li ġejjin għal kull Stat Membru.

Kwalunkwe ammont li jappartjeni għall-Artikolu 10(3) ser ikun kopert fil-limiti tal-allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru fuq bażi pro rata.

Allokazzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru

Stat Membru

Sehem bħala % tat-total

TOTAL

2026-2032

(f’EUR, prezzijiet attwali)

Skont l-Artikolu 10(1), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Skont l-Artikolu 10(1), it-tielet subparagrafu

Belġju

2,55

1 659 606 425

1 394 069 397

Bulgarija

3,85

2 499 490 282

2 099 571 836

Ċekja

2,40

1 562 617 717

1 312 598 882

Danimarka

0,50

324 991 338

272 992 724

Ġermanja

8,18

5 317 778 511

4 466 933 949

Estonja

0,29

186 244 570

156 445 439

Irlanda

1,02

663 390 868

557 248 329

Greċja

5,52

3 586 843 608

3 012 948 631

Spanja

10,52

6 837 784 631

5 743 739 090

Franza

11,19

7 276 283 944

6 112 078 513

Kroazja

1,94

1 263 071 899

1 060 980 395

Italja

10,81

7 023 970 924

5 900 135 577

Ċipru

0,20

131 205 466

110 212 591

Latvja

0,71

463 676 528

389 488 284

Litwanja

1,02

664 171 367

557 903 948

Lussemburgu

0,10

66 102 592

55 526 177

Ungerija

4,33

2 815 968 174

2 365 413 267

Malta

0,07

45 500 000

38 220 000

Netherlands

1,11

720 463 632

605 189 451

Awstrija

0,89

578 936 189

486 306 399

Polonja

17,60

11 439 026 446

9 608 782 215

Portugall

1,88

1 223 154 017

1 027 449 374

Rumanija

9,25

6 012 677 290

5 050 648 923

Slovenja

0,55

357 971 733

300 696 256

Slovakkja

2,35

1 530 553 074

1 285 664 582

Finlandja

0,54

348 132 328

292 431 155

Żvezja

0,62

400 386 447

336 324 616

EU27

100  %

65 000 000 000

54 600 000 000


ANNESS III

Rekwiżiti ewlenin għas-sistema ta’ kontroll intern tal-Istat Membru

1.

L-Istat Membru għandu jipprovdi sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti, f’konformità mal-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tiegħu, li tinkludi s-separazzjoni tal-funzjonijiet u l-arranġamenti ta’ rapportar, superviżjoni u monitoraġġ.

Dan jinkludi:

(a)

il-ħatra tal-awtoritajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-Pjan Soċjali għall-Klima u l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-funzjonijiet relatati;

(b)

il-ħatra tal-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja t-talbiet għal ħlas;

(c)

proċeduri li jiżguraw li din l-awtorità jew dawn l-awtoritajiet ser jingħataw garanzija dwar l-ilħuq tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjan, u li l-fondi ġew ġestiti f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari r-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess, il-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u finanzjament doppju;

(d)

separazzjoni xierqa bejn il-funzjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ awditjar.

2.

L-Istat Membru għandu jwettaq implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri proporzjonati kontra l-frodi u l-korruzzjoni, kif ukoll kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiġu evitati b’mod effettiv il-kunflitti ta’ interess.

Dan jinkludi:

(a)

miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess, kif ukoll mal-evitar ta’ finanzjament doppju u biex tittieħed azzjoni legali biex jiġu rkuprati l-fondi li ġew miżapproprjati;

(b)

valutazzjoni tar-riskju tal-frodi u d-definizzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni kontra l-frodi.

3.

L-Istat Membru għandu jżomm proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u tat-taqsira tal-awditi mwettqa fil-livell nazzjonali.

Dawn jinkludu:

(a)

proċedura effettiva għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, li tiddokumenta t-taqsira tal-awditi u ż-żamma tal-informazzjoni sottostanti għar-rekord tal-awditjar;

(b)

proċeduri effettivi biex jiġi żgurat li l-każijiet kollha ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitt ta’ interessi jiġu rrappurtati u kkoreġuti kif xieraq permezz ta’ rkupri.

4.

Sabiex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa, l-Istat Membru għandu jiżgura verifiki ta’ ġestjoni xierqa, inkluż il-proċeduri għall-verifika tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri u tal-konformità mal-prinċipji orizzontali ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Dawn jinkludu:

(a)

verifiki ta’ ġestjoni xierqa li permezz tagħhom l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni ser jivverifikaw l-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri tal-fond (eż. eżamijiet dokumentarji, verifiki fuq il-post);

(b)

verifiki ta’ ġestjoni xierqa li permezz tagħhom l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni ser jivverifikaw in-nuqqas ta’ irregolaritajiet serji, jiġifieri frodi, korruzzjoni u kunflitt ta’ interessi, u finanzjament doppju (eż. eżamijiet dokumentarji, verifiki fuq il-post).

5.

L-Istati Membri għandhom iwettqu awditi adegwati u indipendenti tas-sistemi u tal-operazzjonijiet f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

Dawn jinkludu:

(a)

il-ħatra tal-korp jew korpi li ser iwettqu l-awditi tas-sistemi u tal-operazzjonijiet u kif tiġi żgurata l-indipendenza funzjonali tagħhom;

(b)

l-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti lil dan il-korp jew dawn il-korpi għall-fini tal-Fond;

(c)

l-indirizzar effettiv mill-korp jew korpi tar-riskju ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interessi u finanzjament doppju kemm permezz ta’ awditi tas-sistema kif ukoll permezz ta’ awditi tal-operazzjonijiet.

6.

L-Istat Membru għandu jżomm sistema effettiva biex jiżgura li jinżammu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa għall-finijiet tar-rekord tal-awditjar.

Dawn jinkludu:

(a)

il-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħażna effettivi f’sistema elettronika ta’ data dwar ir-riċevituri finali tal-miżuri jew l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi intermedji u l-miri;

(b)

aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-UPPE, għad-data tar-riċevituri finali.


ANNESS IV

Indikaturi komuni għal objettivi intermedji u miri indikattivi għall-Pjanijiet Soċjali għall-Klima tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 6(1), punt (m), il-monitoraġġ mill-Istat Membru tal-implimentazzjoni tal-Pjan tiegħu msemmi fl-Artikolu 24(1), l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-progress lejn l-objettivi tal-Fond imsemmija fl-Artikolu 24(4)

Il-miżuri u l-investimenti jistgħu jikkontribwixxu għal diversi indikaturi komuni. Jekk il-Pjan ta’ Stat Membru ma jkun fih l-ebda miżura jew investiment li jikkontribwixxu għal xi wħud mill-indikaturi, Stat Membru jista’ jindika “mhux applikabbli”.

Numru

Indikatur komuni relatat mal-appoġġ tal-Fond

Spjegazzjoni

Unità

Settur tal-bini

Indikaturi tal-kuntest

1

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (10).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

2

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (1).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

Indikaturi tal-output

3

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli li bbenefikaw minn mill-inqas miżura strutturali waħda li naqqset l-emissjonijiet tagħhom fis-settur tal-bini

F’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (10) u l-Artikolu 8(1). Miżuri dovuti għall-appoġġ mill-Fond biss.

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

4

L-għadd ta’ binjiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni profonda (jiġifieri rinnovazzjoni li tittrasforma bini jew unità ta’ bini (a) qabel l-1 ta’ Jannar 2030, f’bini b’użu ta’ kważi żero enerġija (b) mill-1 ta’ Jannar 2030, f’bini b’emissjonijiet żero)

L-indikatur jgħodd l-għadd ta’ binjiet u l-erja tal-art korrispondenti li qed tiġi rinnovata kompletament jew parzjalment abbażi tal-appoġġ minn miżuri u investimenti taħt il-Fond, fejn “rinnovazzjoni tal-bini” hija definita fl-Artikolu 2, il-punt (13). Barra minn hekk, l-indikatur għandu jiddistingwi l-binjiet abbażi tal-klassi taċ-Ċertifikat tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija tagħhom, u jidentifika speċifikament kemm ġew rinnovati binjiet bl-agħar rendiment.

Unitajiet tal-bini

5

L-erja tal-art utli totali ta’ binjiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni profonda (jiġifieri rinnovazzjoni li tittrasforma bini jew unità ta’ bini (a) qabel l-1 ta’ Jannar 2030, f’bini b’użu ta’ kważi żero enerġija (b) mill-1 ta’ Jannar 2030, f’bini b’emissjonijiet żero)

L-erja tal-art rinnovata (m2/sena)

6

L-għadd ta’ binjiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni enerġetika oħra (jiġifieri r-rinnovazzjonijiet enerġetiċi kollha għajr ir-rinnovazzjonijiet profondi, li għandhom jiġu rrapportati hawn fuq)

Unitajiet tal-bini

7

L-erja tal-art utli totali ta’ binjiet li jkunu għaddew minn rinnovazzjoni enerġetika oħra (jiġifieri r-rinnovazzjonijiet enerġetiċi kollha għajr ir-rinnovazzjonijiet profondi, li għandhom jiġu rrapportati hawn fuq)

L-erja tal-art rinnovata (m2/sena)

8

Is-sostituzzjoni ta’ installazzjoni tat-tisħin bil-fjuwils fossili b’apparat ibbażat fuq sorsi rinnovabbli u/jew installazzjoni effiċjenti ħafna abbażi tal-klassi tat-Tikketta tal-Enerġija kif stabbilita fl-att legali rilevanti.

Dawn l-azzjonijiet jilħqu l-parametru referenzjarju tal-UE għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u s-sehem indikattiv tal-enerġija rinnovabbli (fil-konsum finali tal-enerġija) stabbilit fil-livell nazzjonali fis-settur tal-bini skont id-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva (UE) 2018/2001.Is-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ rinnovabbli u l-elettriku rinnovabbli t-tnejn jistgħu jikkontribwixxu għal dan il-parametru referenzjarju. Dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu wkoll għall-mira tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli skont id-dispożizzjoni rilevanti ta’ dik id-Direttiva. Jikkonċerna biss sostituzzjonijiet addizzjonali ta’ installazzjonijiet tat-tisħin bil-fjuwils fossili dovuti għall-appoġġ mill-Fond.

L-għadd ta’ unitajiet ta’ installazzjoni tat-tisħin bil-fjuwils fossili sostitwiti (eż. b’pompa tas-sħana jew installazzjoni solari termali)

9

Kapaċità operazzjonali addizzjonali installata għall-enerġija rinnovabbli

Dan jikkonċerna biss il-kapaċità operazzjonali addizzjonali dovuta għall-appoġġ mill-Fond.

MW

10

L-għadd ta’ unitajiet

Indikaturi tar-riżultati

11

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

%

12

It-tnaqqis stmat fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-bini

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tal-bini li jirriżulta minn miżuri u investimenti ffinanzjati mill-Fond.

L-emissjonijiet fis-settur tal-bini huma stabbiliti bħala dawk koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE (għas-settur tal-bini, is-sorsi tal-emissjonijiet 1A4a u 1A4b kif stabbiliti fil-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006).

ktCO2e

13

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-Istati Membri kkonċernati mill-Artikolu 3(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2018/1999 għandhom jinkludu, skont l-Artikolu 24, il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament, fir-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tagħhom dwar l-enerġija u l-klima informazzjoni kwantitattiva dwar l-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku. L-Istati Membri jistgħu jużaw u mhumiex limitati għall-indikaturi disponibbli għall-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea (Eurostat) identifikati bħala rilevanti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku (1), elenkati fil-mudell ta’ rapportar għar-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima.

L-indikatur ma jgħoddx abitazzjonijiet kollettivi bħal sptarijiet, djar tal-kura, ħabsijiet, kwartieri militari, istituzzjonijiet reliġjużi, djar ta’ alloġġ, hostels tal-ħaddiema, eċċ.

%

14

L-iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija primarja

L-iffrankar tal-enerġija miksub għandu jiġi kkalkulat, għal dan l-għan, abbażi biss tal-appoġġ finanzjarju mill-Fond.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar it-tnaqqis annwali fil-konsum tal-enerġija finali/primarja miksub fost l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u, meta applikabbli, il-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni) dovut għall-appoġġ tal-Fond li huwa komplementari għall-Fond Nazzjonali għall-Effiċjenza fl-Enerġija skont id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dik id-Direttiva, inkluż l-appoġġ li jgħaddi minn skemi ta’ obbligu b’rabta mal-effiċjenza enerġetika u miżuri ta’ politika alternattivi skont id-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva u inkluż interventi mwettqa għall-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont id-dispożizzjoni rilevanti ta’ dik id-Direttiva.

MWh/sena

15

kWh/m2 (jekk tkun disponibbli l-erja totali tal-art)

16

L-iffrankar fil-konsum annwali tal-enerġija finali

Il-linja bażi tirreferi għall-konsum annwali tal-enerġija finali u primarja qabel l-intervent, u l-valur miksub jirreferi għall-konsum annwali tal-enerġija finali u primarja għas-sena ta’ wara l-intervent.

L-iffrankar tal-enerġija f’bini individwali għandu jiġi ddokumentat abbażi taċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija jew kriterji oħra għad-determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija mmirat jew miksub stipulat fid-dispożizzjoni rilevanti tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni).

kWh/m2 (jekk tkun disponibbli l-erja totali tal-art)

17

MWh/sena

Settur tat-trasport bit-triq

Indikaturi tal-kuntest

18

L-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (12).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

19

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (2).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

Indikaturi tal-output

20

L-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli li bbenefikaw minn mill-inqas miżura strutturali waħda li naqqset l-emissjonijiet tagħhom fis-settur tat-trasport bit-triq

F’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (12) u l-Artikolu 8(1). Miżuri dovuti għall-appoġġ mill-Fond biss.

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi

21

Ix-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet żero

L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet żero

22

Ix-xiri ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi

L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-għadd ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi

23

Ix-xiri ta’ roti u vetturi ta’ mikromobbiltà

L-għadd ta’ roti u vetturi ta’ mikromobbiltà appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-għadd ta’ roti u vetturi ta’ mikromobbiltà

24

Infrastruttura addizzjonali għall-fjuwils alternattivi (punti tar-riforniment/tal-irriċarġjar)

L-għadd ta’ punti tar-riforniment u tal-irriċarġjar (ġodda jew aġġornati) għal vetturi b’emissjonijiet żero jew baxxi appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond, b’enfasi addizzjonali fuq żoni remoti.

It-termini “fjuwil alternattiv”, “punt tal-irriċarġjar” u “punt tar-riforniment” għandu jkollhom l-istess tifsira bħad-definizzjonijiet ta’ dawn it-termini fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-indikatur għandu jinġabar u jiġi rrapportat separatament għal (i) il-punti tal-irriċarġjar; u (ii) il-punti tar-riforniment.

Bħala parti minn dan tal-aħħar, (iii) il-punti tar-riforniment tal-idroġenu għandhom jiġu rrapportati separatament.

L-għadd ta’ punti tar-riforniment u tal-irriċarġjar

25

Biljetti tat-trasport pubbliku bi prezz imnaqqas jew b’xejn

L-għadd ta’ utenti tat-trasport pubbliku appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-indikatur għandu jinġabar u jiġi rrapportat separatament għal (i) biljetti bi prezz imnaqqas; u (ii) biljetti b’xejn.

L-għadd ta’ utenti

26

Soluzzjonijiet addizzjonali ta’ mobbiltà kondiviża u mobbiltà bħala servizz

L-għadd ta’ utenti ta’ soluzzjonijiet ta’ mobbiltà kondiviża u mobbiltà bħala servizz appoġġati minn miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

L-għadd ta’ utenti

27

Unitajiet

28

Infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu appoġġata

It-tul tal-infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu li tkun għadha kif inbniet jew li tkun ġiet aġġornata b’mod sinifikanti permezz ta’ proġetti appoġġati mill-Fond. Infrastruttura ddedikata għaċ-ċikliżmu tinkludi faċilitajiet taċ-ċikliżmu separati mit-toroq għat-traffiku tal-vetturi jew partijiet oħra tal-istess triq b’mezzi strutturali (bħal kurduni tal-bankini u barrieri), toroq għaċ-ċikliżmu, mini għaċ-ċikliżmu, eċċ. Għall-infrastruttura taċ-ċikliżmu b’korsiji separati f’direzzjoni waħda (eż. fuq kull naħa ta’ triq), it-tul jitkejjel bħala t-tul tal-korsija.

L-għadd ta’ km

Indikaturi tar-riżultati

29

It-tnaqqis fl-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli

It-tnaqqis fl-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

%

30

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport

It-tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

%

31

It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tat-trasport bit-triq

L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-settur tat-trasport bit-triq li rriżulta minn miżuri u investimenti ffinanzjati mill-Fond.

L-emissjonijiet fis-settur tat-trasport bit-triq huma definiti bħala dawk koperti mill-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE (għas-settur tat-trasport bit-triq, is-sorsi tal-emissjonijiet 1A3b kif stabbiliti fil-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-2006).

ktCO2e

Mikrointrapriżi (kemm is-settur tal-bini kif ukoll dak tat-trasport bit-triq)

Indikaturi tal-kuntest

32

L-għadd ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli

F’konformità mad-definizzjoni fl-Artikolu 2, il-punt (11).

L-għadd ta’ mikrointrapriżi

Indikaturi tal-output

33

L-għadd ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli li bbenefikaw minn mill-inqas miżura strutturali waħda li naqqset l-emissjonijiet tagħhom fis-settur tal-bini u s-settur tat-trasport bit-triq

F’konformità mal-Artikolu 2, il-punt (11) u l-Artikolu 8(1). Miżuri dovuti għall-appoġġ mill-Fond biss.

L-għadd ta’ mikrointrapriżi

Indikaturi tar-riżultati

34

It-tnaqqis fl-għadd ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli

It-tnaqqis fl-għadd ta’ mikrointrapriżi vulnerabbli bħala riżultat ta’ miżuri u investimenti ffinanzjati taħt il-Fond.

%

Appoġġ Dirett għall-introjtu temporanju

Indikaturi tal-kuntest

35

Sehem tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju fil-kostijiet totali tal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima

F’konformità mal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 10.

%

Indikaturi tal-output

36

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli li rċevew appoġġ temporanju dirett għall-introjtu

L-indikatur għandu jindika l-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli li jkunu rċevew appoġġ dirett għall-introjtu temporanju, u b’hekk jingħaddu r-riċevituri finali kollha tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju mħallas taħt il-Fond.

L-indikatur għandu jinġabar u jiġi rrapportat separatament għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli u għall-utenti tat-trasport vulnerabbli, f’konformità mal-Artikolu 2, il-punti (10) u (12) u l-Artikolu 4(3).

L-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli

(unità: unitajiet domestiċi)

37

L-għadd ta’ utenti tat-trasport vulnerabbli

(unità: unitajiet domestiċi)

Indikaturi tar-riżultati

38

Appoġġ temporanju medju dirett għall-introjtu għal kull unità domestika vulnerabbli u utent tat-trasport vulnerabbli

L-indikatur għandu jindika l-ammont medju ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju riċevut għal kull unità domestika vulnerabbli u utent tat-trasport vulnerabbli taħt il-Fond.

EUR/unità domestika (settur tal-bini)

39

EUR/unità domestika (settur tat-trasport bit-triq)


(1)  ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35.


ANNESS V

Mudell għall-Pjanijiet Soċjali għall-Klima msemmija fl-Artikolu 6(7)

Werrej

1.

ĦARSA ĠENERALI U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN SOĊJALI GĦALL-KLIMA 43

1.1.

Taqsira eżekuttiva………………………………………………………………………… 43

1.2.

Ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-politika 43

1.3.

Proċess ta’ konsultazzjoni pubblika 43

2.

DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U L-INVESTIMENTI, L-OBJETTIVI INTERMEDJI U L-MIRI 44

2.1.

KOMPONENT [1][2]: [settur tal-bini][settur tat-trasport] 44

(i)

Deskrizzjoni tal-komponent 44

(ii)

Deskrizzjoni tal-miżuri u l-investimenti tal-komponent 44

(iii)

La tagħmilx ħsara sinifikanti 44

(iv)

Objettivi intermedji, miri u skeda ta’ żmien 45

(v)

Finanzjament u kostijiet 45

(vi)

Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli) 45

(vii)

Kostijiet totali stmati tal-komponent 46

(viii)

Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet 46

2.2.

KOMPONENT [3]: appoġġ dirett għall-introjtu 46

(i)

Deskrizzjoni tal-komponent 46

(ii)

Deskrizzjoni tal-miżuri tal-komponent 46

(iii)

Objettivi intermedji u miri għal miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu 47

(iv)

Ġustifikazzjoni għall-miżuri 47

(v)

Kostijiet tal-miżuri 47

(vi)

Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli) 47

(vii)

Il-kost stmat tal-Pjan għall-komponent tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju. 48

(viii)

Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet 48

2.3.

Assistenza teknika 48

2.4.

Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża 48

2.5.

Kostijiet 48

3.

ANALIŻI U IMPATT ĠENERALI 49

3.1.

Definizzjonijiet 49

3.2.

Impatt proġettat fuq gruppi vulnerabbli 49

3.3.

Impatt proġettat tal-miżuri u l-investimenti ppjanati 49

4.

KOMPLEMENTARJETÀ, ADDIZZJONALITÀ U IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN 50

4.1.

Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-Pjan 50

4.2.

Konsistenza ma’ inizjattivi oħra 50

4.3.

Komplementarjetà tal-finanzjament 50

4.4.

Addizzjonalità 50

4.5.

Speċifiċitajiet ġeografiċi 51

4.6.

Prevenzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi 51

4.7.

Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità 51

1.   ĦARSA ĠENERALI U PROĊESS BIEX JIĠI STABBILIT IL-PJAN SOĊJALI GĦALL-KLIMA

1.1.   Taqsira eżekuttiva

Il-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika fl-Istat Membru b’enfasi partikolari fuq l-isfidi ewlenin mill-impatti soċjali tal-inklużjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mis-settur tal-bini u dak tat-trasport bit-triq fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE u kif il-Pjan ser iwieġeb għal dawn l-isfidi.

It-tabella ta’ ħarsa ġenerali li tiġbor fil-qosor l-objettivi ewlenin tal-Pjan, flimkien mal-kostijiet totali stmati tal-Pjan, inkluż il-kontribuzzjoni mill-Fond, il-kontribuzzjoni nazzjonali u r-riżorsi mill-programmi ta’ ġestjoni kondiviża li għandhom jiġu ttrasferiti lill-Fond, maqsuma fit-tliet oqsma ta’ intervent: miżuri u investimenti għas-settur tal-bini, għas-settur tat-trasport bit-triq, u miżuri għal appoġġ dirett għall-introjtu, abbażi tal-mudell ta’ hawn taħt:

Qasam ta’ intervent

Kostijiet totali (assoluti u % tal-finanzjament totali) skont is-sors ta’ finanzjament

Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri u l-investimenti ewlenin ippjanati

Objettivi tal-miżuri u l-investimenti

Impatt tal-miżuri u l-investimenti

Tnaqqis fl-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli (unità: unitajiet domestiċi)

Tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2

Settur tal-bini

 

 

 

 

 

Settur tat-trasport bit-triq

 

 

 

 

 

Appoġġ dirett għall-introjtu temporanju

 

 

 

 

 

Assistenza teknika (Artikolu 8(3))

 

 

 

 

 

Kontribuzzjoni għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (Artikolu 11(3))

 

 

 

 

 

Kontribuzzjoni għall-kompartiment tal-Istati Membri f’InvestEU (Artikolu 11(3))

 

 

 

 

 

1.2.   Ħarsa ġenerali lejn is-sitwazzjoni attwali tal-politika

Informazzjoni dwar il-politiki nazzjonali attwali dwar l-enerġija u l-klima, kif qed jiġu applikati fil-kuntest nazzjonali, b’enfasi partikolari fuq is-setturi tal-bini u tat-trasport u fir-rigward tal-gruppi l-aktar vulnerabbli.

1.3.   Proċess ta’ konsultazzjoni

Taqsira tal-proċess ta’ konsultazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, kif implimentat f’konformità mal-qafas legali nazzjonali, għat-tħejjija u, fejn disponibbli, għall-implimentazzjoni tal-Pjan, li jkopri l-ambitu, it-tip, u ż-żmien tal-attivitajiet ta’ konsultazzjonijiet, kif ukoll kif il-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati huma riflessi fil-Pjan.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI U L-INVESTIMENTI, L-OBJETTIVI INTERMEDJI U L-MIRI

Informazzjoni għal kull komponent għat-tliet oqsma tal-Pjan separatament:

settur tal-bini;

settur tat-trasport bit-triq;

appoġġ dirett għall-introjtu temporanju.

Komponent jista’ jinkludi diversi subkomponenti li jiffukaw fuq sfida jew ħtieġa speċifika. Kull komponent jew subkomponent jista’ jinkludi miżura jew investiment wieħed jew diversi marbutin mill-qrib jew dipendenti b’mod reċiproku.

2.1.   KOMPONENT [1][2]: [settur tal-bini] [settur tat-trasport]

Informazzjoni dwar il-komponent:

(i)   Deskrizzjoni tal-komponent

Kaxxa ta’ taqsira:

Kaxxa ta’ taqsira għall-Komponent [1][2] [settur tal-bini] [settur tat-trasport]

Qasam ta’ intervent: [settur tal-bini] [settur tat-trasport]

Objettiv:

Miżuri u investimenti:

Kostijiet totali stmati: EUR xx, li minnhom

Kostijiet mitluba biex jiġu koperti taħt il-Fond: EUR xx

Kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-kontribuzzjoni nazzjonali: EUR xx

(ii)   Deskrizzjoni tal-miżuri u l-investimenti tal-komponent

Deskrizzjoni dettaljata tal-komponent u l-miżuri u l-investimenti speċifiċi tiegħu, kif ukoll l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji tagħhom, li tkopri dan li ġej:

Analiżi ċara u bbażata fuq l-evidenza tal-isfidi eżistenti u kif dawn jiġu indirizzati mill-miżuri u l-investimenti;

In-natura, it-tip u d-daqs tal-miżura jew l-investiment, li jistgħu jinkludu miżuri ta’ appoġġ tekniku addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 11(4), filwaqt li jiġi indikat jekk hijiex miżura jew investiment ġdid jew eżistenti maħsuba li jiġu estiżi bl-appoġġ mill-Fond;

Informazzjoni dettaljata dwar l-objettiv tal-miżura jew l-investiment u dwar min u xiex huwa fil-mira tagħhom; spjegazzjoni ta’ kif il-miżura u l-investiment jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-kisba tal-objettivi tal-Fond fil-qafas ġenerali tal-politiki rilevanti ta’ Stat Membru, u kif dawn ser inaqqsu d-dipendenza fuq il-fjuwils fossili;

Deskrizzjoni ta’ kif jiġu implimentati l-miżura jew l-investiment (mezzi ta’ implimentazzjoni), b’referenza għall-kapaċità amministrattiva tal-Istat Membru fil-livell ċentrali u, fejn rilevanti, dak reġjonali u lokali, bi spjegazzjoni dwar kif ir-riżorsi ser jiġu assorbiti fil-ħin u kif jiġu diretti lejn il-livelli subnazzjonali, jekk applikabbli;

Spjegazzjoni ta’ kif il-miżura jew l-investiment ser ikollhom l-għan li jindirizzaw l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, jekk applikabbli;

L-iskeda ta’ żmien tal-miżura jew tal-investiment; għall-appoġġ li jikkonċerna vetturi b’emissjonijiet baxxi, skeda ta’ żmien għat-tnaqqis gradwali ta’ dak -appoġġ.

(iii)   La tagħmilx ħsara sinifikanti

Informazzjoni dwar kif il-miżuri u l-investimenti inklużi fil-komponent jikkonformaw mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852. Il-Kummissjoni ser tipprovdi gwida teknika, skont l-Artikolu 6(5) ta’ dan ir-Regolament.

(iv)   Objettivi intermedji, miri u skeda ta’ żmien

Informazzjoni dwar kull objettiv intermedju u mira li ser jirriflettu l-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri u l-investimenti ta’ dan il-komponent, kif ġej:

għaliex intgħażlu l-objettiv intermedju jew il-mira speċifiċi;

x’qed ikejlu l-objettiv intermedju jew il-mira;

kif ser jitkejjel, liema metodoloġija u sors ser jintużaw, u kif ser tiġi vverifikata b’mod oġġettiv il-kisba xierqa tal-objettiv intermedju jew il-mira;

x’inhi l-linja bażi (il-punt tat-tluq) u x’inhu l-livell jew il-punt speċifiku li għandu jintlaħaq;

sa meta ser jintlaħaq (kull tliet xhur u kull sena);

min u liema istituzzjoni ser ikunu inkarigati mill-implimentazzjoni, il-kejl u r-rappurtar.

Tabella li fiha l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien għall-komponenti bl-informazzjoni li ġejja:

Numru ta’ sekwenza

Isem tal-miżura/investiment

Objettiv intermedju jew Mira

Isem tal-objettiv intermedju/mira

Indikaturi kwalitattivi

(objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi (miri)

Skeda ta’ żmien għall-kisba

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità ta’ kejl/investiment

Linja bażi

Għan

Trimestru

Sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(v)   Finanzjament u kostijiet

Informazzjoni u spjegazzjoni dwar il-kost totali stmat tal-komponent u għal kull miżura u investiment, sostnut b’ġustifikazzjoni xierqa, inkluż:

Il-metodoloġija użata, is-suppożizzjonijiet sottostanti li saru (eż. dwar il-kostijiet unitarji, il-kostijiet tal-inputs) u l-ġustifikazzjoni għal dawn is-suppożizzjonijiet;

L-iskeda ta’ żmien komprensiva indikattiva li fiha dawn il-kostijiet mistennija li jiġġarrbu;

Informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet totali tal-miżuri u l-investimenti;

Kwalunkwe informazzjoni dwar liema finanzjament minn strumenti oħra tal-Unjoni huwa jew jista’ jiġi previst relatat mal-istess komponent;

Kwalunkwe informazzjoni dwar il-finanzjament previst minn sorsi privati u liema livell ta’ ingranaġġ huwa mmirat, jekk rilevanti;

Ġustifikazzjoni dwar il-plawżibbiltà u r-raġonevolezza tal-kostijiet stmati, fejn meħtieġ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali.

(vi)   Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)

Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli, jew utenti tat-trasport vulnerabbli, spjegazzjoni ta’ liema miżuri jew investimenti dawk l-entitajiet ser iwettqu u kif dawk il-miżuri u l-investimenti fl-aħħar mill-aħħar ser ikunu għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli;

Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun beħsiebu jadotta biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji jgħaddu l-benefiċċju kollu lir-riċevituri finali.

(vii)   Kostijiet totali stmati tal-komponent

Imla t-tabella dwar il-kost stmat tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-komponent, f’konformità mal-mudell pprovdut hawn taħt:

Numru ta’ Sekwenza

Miżura relatata (miżura jew investiment)

Perjodu taż-żmien rilevanti

Kostijiet stmati li għalihom qed jintalab finanzjament mill-Fond

Total mitlub

Jekk disponibbli: aqsam skont is-sena

Mid-data

Sad-data

Ammont (mn EUR)

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(viii)   Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

Deskrizzjoni u kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri, l-investimenti, l-objettivi intermedji, il-miri, l-ammont tal-kontribuzzjoni nazzjonali u kwalunkwe element rilevanti ieħor tal-Pjan li jirriżulta mill-posponiment tal-bidu tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva.

Verżjoni separata tal-kaxxa ta’ taqsira, it-tabella dwar l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien u t-tabella dwar il-kostijiet stmati.

2.2.   KOMPONENT [3]: appoġġ dirett għall-introjtu

Informazzjoni dwar il-Komponent għall-appoġġ dirett għall-introjtu:

(i)   Deskrizzjoni tal-komponent

Kaxxa ta’ taqsira:

Kaxxa ta’ taqsira għall-Komponent 3 - appoġġ dirett għall-introjtu

Qasam ta’ intervent: appoġġ dirett għall-introjtu

Objettiv:

Miżuri:

Kostijiet totali stmati: EUR xx, li minnhom

Kostijiet mitluba biex jiġu koperti taħt il-Fond: EUR xx

Kostijiet li għandhom jiġu koperti mill-kontribuzzjoni nazzjonali: EUR xx

(ii)   Deskrizzjoni tal-miżuri tal-komponent

Deskrizzjoni dettaljata tal-komponent u l-miżuri speċifiċi tiegħu, kif ukoll l-interkonnessjonijiet u s-sinerġiji tagħhom, inkluż:

Analiżi ċara u bbażata fuq l-evidenza tal-isfidi eżistenti u kif dawn jiġu indirizzati mill-miżuri u l-objettivi tal-appoġġ;

In-natura, it-tip u d-daqs tal-appoġġ;

Informazzjoni dettaljata dwar ir-riċevituri finali tal-appoġġ u l-kriterji użati għall-identifikazzjoni tagħhom;

L-iskeda ta’ żmien għat-tnaqqis fl-appoġġ dirett għall-introjtu f’konformità mal-iskeda ta’ żmien tal-Fond, inkluż data ta’ tmiem konkreta għall-appoġġ;

Spjegazzjoni ta’ kif l-appoġġ ser ikollu l-għan li jindirizza l-inugwaljanza bejn il-ġeneri, jekk applikabbli;

Deskrizzjoni ta’ kif jiġi implimentat l-appoġġ;

Informazzjoni dwar il-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet tal-miżuri.

(iii)   Objettivi intermedji u miri għal miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu

Informazzjoni dwar kull objettiv intermedju u mira li ser jirriflettu l-progress fl-implimentazzjoni ta’ dan il-komponent, kif ġej:

għaliex intgħażlu l-objettiv intermedju jew il-mira speċifiċi;

x’qed ikejlu l-objettiv intermedju jew il-mira;

kif ser jitkejjel, liema metodoloġija u sors ser jintużaw, u kif ser tiġi vverifikata b’mod oġġettiv il-kisba xierqa tal-objettiv intermedju jew il-mira;

x’inhi l-linja bażi (il-punt tat-tluq) u x’inhu l-livell jew il-punt speċifiku li għandu jintlaħaq;

sa meta ser jintlaħaq;

min u liema istituzzjoni ser ikunu inkarigati mill-implimentazzjoni, il-kejl u r-rappurtar.

Tabella li fiha l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien għall-miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju, il-mudell qed jiġi pprovdut hawn taħt:

Numru ta’ sekwenza

Miżura

Objettiv intermedju jew Mira

Isem tal-objettiv intermedju/mira

Indikaturi kwalitattivi

(objettivi intermedji)

Indikaturi kwantitattivi (miri)

Skeda ta’ żmien għall-kisba

Deskrizzjoni ta’ kull objettiv intermedju u mira

Unità ta’ kejl

Linja bażi

Għan

Trimestru

Sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(iv)   Ġustifikazzjoni għall-miżuri

Ġustifikazzjoni għall-ħtieġa ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6(1) u 8(2):

Stima kwantitattiva u spjegazzjoni kwalitattiva ta’ kif il-miżuri fil-Pjan huma mistennija li jnaqqsu l-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport u l-vulnerabbiltà tal-unitajiet domestiċi u tal-utenti tat-trasport għal żieda fil-prezzijiet tat-trasport bit-triq u tal-fjuwil għat-tisħin;

Ġustifikazzjoni dwar l-iskeda ta’ żmien proposta tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju li jkun qed jonqos u l-kondizzjonijiet meta dan ma jibqax japplika;

Deskrizzjoni ta’ kif il-gruppi ta’ riċevituri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju huma fil-mira wkoll ta’ miżuri u investimenti strutturali biex jitneħħew b’mod effettiv mill-faqar enerġetiku u mill-faqar tat-trasport, u deskrizzjoni tal-komplementarjetà tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju ma’ miżuri u investimenti strutturali biex jiġu appoġġati unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli.

(v)   Kostijiet tal-miżuri

Informazzjoni dwar il-kostijiet totali stmati tal-komponent, sostnut b’ġustifikazzjoni xierqa, inkluż:

Il-metodoloġija użata, is-suppożizzjonijiet sottostanti li saru u l-ġustifikazzjoni għal dawn is-suppożizzjonijiet;

Id-data komparattiva tal-kostijiet dwar il-kost reali, jekk ikunu twettqu miżuri ta’ appoġġ simili fil-passat;

Kwalunkwe informazzjoni dwar liema finanzjament minn strumenti oħra tal-Unjoni huwa jew jista’ jiġi previst relatat mal-istess appoġġ;

Ġustifikazzjoni dettaljata xierqa dwar il-plawżibbiltà u r-raġonevolezza tal-kostijiet stmati, inkluż kwalunkwe data jew evidenza użata annessa mal-Pjan.

(vi)   Ġustifikazzjoni għall-entitajiet benefiċjarji għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli (jekk applikabbli)

Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli, spjegazzjoni ta’ x’tip ta’ miżuri ser iwettqu dawk l-entitajiet u kif dawk il-miżuri fl-aħħar mill-aħħar ser ikunu għall-benefiċċju ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli jew utenti tat-trasport vulnerabbli.

Jekk l-appoġġ mill-Fond jiġi pprovdut permezz ta’ intermedjarji finanzjarji, deskrizzjoni tal-miżuri li l-Istat Membru jkun beħsiebu jadotta biex jiżgura li l-intermedjarji finanzjarji jgħaddu l-benefiċċju kollu lir-riċevituri finali.

(vii)   Il-kost stmat tal-Pjan għall-komponent tal-appoġġ dirett għall-introjtu temporanju.

Imla t-tabella dwar il-kost stmat tal-appoġġ inkluż fil-komponent, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:

Numru ta’ sekwenza

Tip ta’ appoġġ

Perjodu taż-żmien rilevanti

Kostijiet stmati li għalihom qed jintalab finanzjament mill-Fond

Total mitlub

Jekk disponibbli: aqsam skont is-sena

Mid-data

Sad-data

Ammont (mn EUR)

2026

2027

2028

2029

2030

2031

2032

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(viii)   Xenarju fil-każ ta’ bidu aktar tard tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet

Deskrizzjoni u kwantifikazzjoni tal-aġġustamenti meħtieġa għall-miżuri, l-investimenti, l-objettivi intermedji, il-miri, l-ammont tal-kontribuzzjoni nazzjonali u kwalunkwe element rilevanti ieħor tal-Pjan li jirriżulta mill-posponiment tal-bidu tas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE f’konformità mal-Artikolu 30k ta’ dik id-Direttiva.

Verżjoni separata tal-kaxxa ta’ taqsira, it-tabella dwar l-objettivi intermedji, il-miri u l-iskeda ta’ żmien u t-tabella dwar il-kostijiet stmati.

2.3.   Assistenza teknika

Deskrizzjoni tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika li ser jiġu inklużi għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni effettivi tal-miżuri u l-investimenti stipulati fil-Pjan, f’konformità mal-Artikolu 8(3), inkluż:

in-natura, it-tip u d-daqs tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika;

il-kost stmat tal-azzjonijiet ta’ assistenza teknika.

2.4.   Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża

Jekk ir-riżorsi jkunu maħsuba biex jiġu ttrasferiti mill-Fond għal fondi taħt ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(2), indikazzjoni ta’ lejn liema programmi ser jiġu ttrasferiti dawn ir-riżorsi u taħt liema skeda ta’ żmien, u indikazzjoni ta’ kif il-miżuri u l-investimenti li għandhom jiġu implimentati taħt dawk il-programmi jikkonformaw mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, inkluż jekk jaqgħux taħt il-miżuri u l-investimenti stipulati fl-Artikolu 8.

2.5.   Kostijiet totali stmati tal-Pjan

Il-kostijiet totali stmati tal-Pjan, inkluż kwalunkwe ammont li jsir disponibbli għal appoġġ tekniku addizzjonali skont l-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus għall-fini tal-kompartiment tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/523 u kwalunkwe ammont disponibbli għal assistenza teknika addizzjonali skont l-Artikolu 8(3) ta’ dan ir-Regolament.

Indikazzjoni tal-kontribuzzjoni nazzjonali għall-kostijiet totali tal-pjan tiegħu inkluż indikazzjoni ta’ kwalunkwe riżorsa maħsuba biex tiġi ttrasferita lill-Fond mill-programmi ta’ ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe riżorsa maħsuba biex tiġi ttrasferita mill-Fond għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 11(2) ta’ dan ir-Regolament.

Deskrizzjoni ta’ kif il-kostijiet huma konformi mal-prinċipju tal-kosteffiċjenza u proporzjonati mal-impatt mistenni tal-Pjan.

Imla t-tabella li tiġbor fil-qosor il-kost tal-Fond skont is-sors tal-finanzjament, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:

Kostijiet totali tal-Pjan Soċjali għall-Klima

Każ bażi

Fil-każ tal-Artikolu 30k tad-Direttiva 2003/87/KE

KOSTIJIET TOTALI STMATI TAL-PJAN,

li minnhom

EUR XXX

EUR XXX

Koperti mill-Fond

EUR XXX

EUR XXX

Kontribuzzjoni nazzjonali

EUR XXX

EUR XXX

Trasferimenti minn programmi ta’ ġestjoni kondiviża

EUR XXX

EUR XXX

(Trasferimenti għal programmi ta’ ġestjoni kondiviża)

-EUR XXX

-EUR XXX

3.   ANALIŻI U IMPATT ĠENERALI

3.1.   Definizzjonijiet

Spjegazzjoni ta’ kif id-definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport għandhom jiġu applikati fil-livell nazzjonali.

3.2.   Impatt proġettat fuq gruppi vulnerabbli

Stima tal-effetti probabbli taż-żieda fil-prezzijiet li jirriżultaw mis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita skont il-Kapitolu IVa tad-Direttiva 2003/87/KE fuq unitajiet domestiċi, u b’mod partikolari dwar l-inċidenza tal-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport, u fuq il-mikrointrapriża, li tinkludi b’mod partikolari, stima tal-għadd ta’, u l-identifikazzjoni ta’, unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli. Dawn l-effetti għandhom jiġu analizzati fil-livell territorjali xieraq kif stabbilit minn kull Stat Membru, filwaqt li jitqiesu speċifiċitajiet u elementi nazzjonali bħall-aċċess għat-trasport pubbliku u għal servizzi bażiċi u jiġu identifikati ż-żoni l-aktar affettwati.

Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata fl-istimi, filwaqt li jiġi żgurat li l-istimi jiġu kkalkulati b’livell suffiċjenti ta’ diżaggregazzjoni reġjonali.

3.3.   Impatt proġettat tal-miżuri u l-investimenti ppjanati

Stima tal-impatti proġettati tal-miżuri u l-investimenti ppjanati fit-Taqsima 2 dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, il-faqar enerġetiku u l-faqar tat-trasport, meta mqabbla mal-linja bażi deskritta hawn fuq.

Deskrizzjoni tal-metodoloġija użata fl-istimi.

Tabelli kwalitattivi u kwantitattivi dwar l-impatt tal-Pjan, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:

Komponent

Deskrizzjoni tal-impatti mistennija tal-komponent fuq:

(inkluż l-indikaturi kwantitattivi rilevanti)

Effiċjenza enerġetika

Rinnovazzjoni tal-bini

Mobbiltà u t-trasport b’emissjonijiet żero u baxxi

Tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli (unità: unitajiet domestiċi)

Pjan ġenerali

 

 

 

 

 

Settur tal-bini

 

 

 

 

 

Settur tat-trasport bit-triq

 

 

 

 

 


Komponent

Kwantifikazzjoni tal-impatt (jekk disponibbli)

jiġifieri d-differenza % minn linja bażi newtrali għall-politika

Terminu qasir (tliet snin bil-quddiem)

Terminu medju (tmiem il-pjan)

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku

Unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra

Unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku

Unitajiet domestiċi f’faqar tat-trasport

Pjan ġenerali

 

 

 

 

 

 

Settur tal-bini

 

 

 

 

 

 

Settur tat-trasport bit-triq

 

 

 

 

 

 

Tabella kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-impatt mistenni tal-miżuri ta’ appoġġ dirett għall-introjtu temporanju fuq it-tnaqqis tal-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli kif ukoll unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u ta’ faqar tat-trasport, il-mudell huwa pprovdut hawn taħt:

Komponent: appoġġ dirett għall-introjtu

Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-utenti tat-trasport vulnerabbli

Deskrizzjoni tal-impatti mistennija

Stima tal-impatti mistennija; unità: unitajiet domestiċi

Tnaqqis fl-għadd ta’ unitajiet domestiċi f’sitwazzjoni ta’ faqar enerġetiku u faqar tat-trasport

Deskrizzjoni tal-impatti mistennija

Stima tal-impatti mistennija; unità: unitajiet domestiċi

4.   KOMPLEMENTARJETÀ, ADDIZZJONALITÀ U IMPLIMENTAZZJONI TAL-PJAN

Din il-parti tikkonċerna l-Pjan kollu. Id-diversi kriterji msemmija hawn taħt jeħtieġ li jiġu ġġustifikati għall-Pjan kollu kemm hu.

4.1.   Monitoraġġ u implimentazzjoni tal-Pjan

Spjegazzjoni dwar kif l-Istat Membru biħsiebu jimplimenta l-miżuri u l-investimenti proposti, b’enfasi fuq l-arranġamenti u l-iskeda ta’ żmien għall-monitoraġġ u l-implimentazzjoni inkluż, fejn rilevanti, il-miżuri meħtieġa għall-konformità mal-Artikolu 21.

4.2.   Konsistenza ma’ inizjattivi oħra

Spjegazzjoni dwar kif il-Pjan huwa konsistenti mal-informazzjoni inkluża u l-impenji meħuda mill-Istat Membru skont pjanijiet u fondi rilevanti oħra, u l-interazzjoni bejn il-pjanijiet differenti fil-futur, kif stipulat fl-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 16(3), il-punt (b) (iii).

4.3.   Komplementarjetà tal-finanzjament

Informazzjoni dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat ta’ miżuri u investimenti minn sorsi oħra tal-Unjoni, internazzjonali, pubbliċi, jew, fejn rilevanti, privati, li jikkontribwixxu għall-miżuri u investimenti li jinsabu fil-Pjan, inkluż dwar appoġġ dirett għall-introjtu temporanju, skont l-Artikolu 6(1), il-punt (c).

4.4.   Addizzjonalità

Spjegazzjoni u ġustifikazzjoni ta’ kif il-miżuri jew l-investimenti ġodda jew eżistenti huma addizzjonali u ma jissostitwixxux in-nefqa baġitarja nazzjonali rikorrenti, skont l-Artikolu 13(2), inkluż tali spjegazzjoni u ġustifikazzjoni fir-rigward tal-miżuri u l-investimenti inklużi fil-Pjan f’konformità mal-Artikolu 4(5).

4.5.   Speċifiċitajiet ġeografiċi

Spjegazzjoni ta’ kif l-ispeċifiċitajiet ġeografiċi, bħall-gżejjer, ir-reġjuni u t-territorji ultraperiferiċi, iż-żoni rurali jew remoti, il-periferiji inqas aċċessibbli, żoni muntanjużi jew żoni li għadhom lura, ġew ikkunsidrati mill-Pjan.

4.6.   Prevenzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi

Sistema għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-korruzzjoni, il-frodi u l-kunflitt ta’ interessi, meta jintużaw il-fondi pprovduti taħt il-Fond, u l-arranġamenti li għandhom l-għan li jevitaw finanzjament doppju mill-Fond u minn programmi oħra tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 21 u l-Anness III, inkluż fondi mogħtija permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati għajr unitajiet domestiċi vulnerabbli, mikrointrapriżi vulnerabbli u utenti tat-trasport vulnerabbli f’konformità mal-Artikolu 9.

4.7.   Informazzjoni, komunikazzjoni u viżibilità

Il-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 li jirreferu għal aċċess pubbliku għad-data, filwaqt li jiġi indikat is-sit web li fih ser tiġi ppubblikata d-data, kif ukoll il-miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u viżibbiltà.

Deskrizzjoni tal-istrateġija nazzjonali ta’ komunikazzjoni maħsuba biex tiżgura s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar il-finanzjament mill-Unjoni.


Top