EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31995R1366

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1366/95 tat-12 ta' Ġunju 1995 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 biex tiġi estiża l-għajnuna ekonomika lill-Kroazja

ĠU L 133, 17.6.1995, p. 1–1 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2006

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1995/1366/oj

31995R1366



Official Journal L 133 , 17/06/1995 P. 0001 - 0001


Ir-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1366/95

tat-12 ta' Ġunju 1995

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 biex tiġi estiża l-għajnuna ekonomika lill-Kroazja

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi r-Regolament (KEE) Nru 3906/89 [3] jipprovdi għal operazzjonijiet ta' għajnuna ta' natura ekonomika u umanitarja b'appoġġ għall-process ta' riforma ekonomika u soċjali f'ċerti pajjiżi ta'l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant;

Billi l-Anness tar-Regolament jelenka l-pajjiżi li jistgħu jirċievu għajnuna bħal din;

Billi, fid-dawl ta'l-indipendenza tal-Kroazja, dak il-pajjiż għandu jiġi miżjud mal-lista tar-riċevituri sabiex ikun jista jircievi għajnuna taħt ir-Regolament (KEE) Nru 3906/89;

Billi l-kundizzjonijiet li jippermettu li l-Kroazja tiġi inkluża mal-pajjiżi benefiċjarji issa jistgħu jitqiesu li ntlaħqu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-pajjiż li ġej għandu jingħadd mal-lista fl-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 3906/89: "Il-Kroazja".

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-12 ta' Ġunju 1995.

Għall-Kunsill

Il-President

H. de Charette

[1] ĠU C 360, tas-17.12.1994, p. 21.

[2] ĠU C 126, tat-22.5.1995.

[3] ĠU L 375, tat-23.12.1989, p. 11. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru. 1764/93 (ĠU L 162, tat-30.6.1993, p. 1).

--------------------------------------------------

Top