EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31992L0079

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti

ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010; Imħassar b' 32011L0064

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/79/oj

31992L0079



Official Journal L 316 , 31/10/1992 P. 0008 - 0009
Finnish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0087
Swedish special edition: Chapter 9 Volume 2 P. 0087


Id-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE

tad-19 ta’ Ottubru 1992

dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 99 ta’ l-istess Trattat,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku w Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 72/464/KEE [4] tistipula dispożizzjonijiet ġenerali li jikkonċernaw it-taxxi tas-sisa fuq tabakk maħdum u dispożizzjonijiet speċjali li jikkonċernw l-istruttura ta’ taxxi tas-sisa applikabbli għas-sigaretti;

Billi d-Direttiva 79/32/KEE [5] niżżlet id-defenizzjonijiet tal-gruppi varji ta’ tabakk maħdum;

Billi għall-kompletazzjoni fl-1 ta’ Jannar 1993 ta’ suq intern mingħajr fruntierei hu neċessarju li tiġi mwaqqfa taxxa tas-sisa minima totali għas-sigaretti;

Billi hu neċessarju għar-Renju ta’ Spanja li jkollu perjodu transizzjonali ta’ sentejn sabiex jilħaq dak il-minimu totali ta’ taxxa tas-sisa;

Billi r-Repubblika Portugiża għandha tiġi mogħtija l-possibilta ta’ rata mnaqqsa għal sigaretti magħmula minn produtturi li jaħdmu fuq skala żgħira u kkonsmati fir-reġjunijiet l-iżjed imbiegħeda ta’ l-Ażores u tal-Madeira;

Billi għandha tiġi ntrodotta proċedura sabiex, fir-rigward tal-inċidenza totali u l-istruttura tat-taxxi tas-sisa fuq is-sigaretti, isir possibbli li kull sentejn isiru l-aġġustamenti neċessarji biex tingħata kunsiderazzjoni tat-tħaddim kif suppost tas-suq intern u l-għanijiet iżjed wiesgħajn tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. Mhux iżjed tard mill-ewwel ta’ Jannar 1993, L-Istati Membri għandhom japplikaw lis-sigaretti it-taxxi minimi tal-konsum skond ir-regoli li hemm provvediment għalihom f’din id-Direttiva.

2. Il-paragrafu wieħed għandhu jgħodd għat-taxxi li, skond id-Direttiva 72/464/KEE, jiġu ntaxxati fuq sigaretti li jikkonsistu:

(a) f’sisa speċifika għal kull unita tal-prodott;

(b) f’sisa proporzjonata kkalolata fuq il-bażi tal-prezz massimu tal-imnut;

(ċ) f’VAT proporzjonali għall-prezz ta’ l-imnut.

Artikolu 2

Mhux iżjed tard minn 1 ta’ Jannar 1993, Kull Stat Membru għandu japplika taxxa tas-sisa minima totali (taxxa speċifika flimkien mat-taxxa ad valorem eskluż il-VAT) l-inċidenza ta’ liema għandha tiġi ffissata għal 57 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut (inklużi t-taxxi kollha) għal sigaretti tal-kategorija tal-prezz l-iżjed li hemm domanda għaliha.

It-taxxa tas-sisa minima totali fuq is-sigaretti għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ sigaretti tal-kategorijja tal-prezz li l-iżjed hemm domanda għaliha skond informazzjoni stabbilita fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena, u tibda fl-1 ta’ Jannar 1993.

Artikolu 3

1. Ir-Renju ta’ Spanja għandu jkollu perjodu transizzjonali ta’ sentejn, li jibda fl-1 ta’ Jannar 1993, sabiex jilħaq it-taxxa tas-sisa minima totali stipulata fl-Artikolu 2.

2. Ir-Repubblika Portugiża tista tapplika rata mnaqqsa ta’ sa 50 % inqas minn dik stipulata fl-Artikolu 2 lill sigaretti kkonsmati fir-reġjunijiet l-iżjed imwarrba tal-Ażores u tal-Madeira, magħmula minn fabbrikanti li jaħdmu fuq skala żgħira li l-produzzjoni annwali tagħhom ma teċċedix il 500 tunellata.

Artikolu 4

Kull sentejn, u għall-ewwel darba mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru, il-Kunsill, fuq bażi ta’ rapport u, fejn xieraq, fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jeżamina it-taxxa tas-sisa minima totali stipulata fl-Artikolu 2, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3(2) u l-istruttura ta’ taxxi tas-sisa kif iddefenuti fl-Artikolu 10b tad-Direttiva 72/464/KEE u, b’mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa. Ir-rapport mill-Kummissjoni u l-eżami mill-Kunsill għandhom jieħdu in kunsiderazzjoni it-tħaddim kif suppost tas-suq intern u l-għanijiet iżjed wiesgħa tat-Trattat.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu lill-din id-Direttiva mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru 1992. Dawn għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandha tkun jtinstab fihom riferenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom għandhom isiru dawn ir-riferenzi għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin li huma jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

Artikolu 6

Din id-direttiva qiegħda tiġi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ottubru 1992.

Għall-Kunsill

Il-President

J. cope

[1] ĠU No C 12, tat-18.1.1990, p. 4.

[2] ĠU No C 94, tat-13.4.1992, p. 35.

[3] ĠU No C 225, ta’ l-10.9.1990, p. 56.

[4] ĠU No L 303, tal-31.12.1972, p. 1. Last Emendat bid-Direttiva 92/78/KEE, (Ara paġna 5 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 10, tas-16.1.1979, p. 8.

--------------------------------------------------

Top