Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-taħwir tal-ikel

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (KE) Nru 1334/2008 dwar it-taħwir għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali għall-użu sigur tat-taħwir* fl-ikel.
  • Dawn jinkludu wkoll, pereżempju, ċertu rekwiżiti tat-tikkettar li għandhom jiġu rispettati.
  • Fihom, f’anness, lista ta’ taħwir approvat.

PUNTI EWLENIN

  • It-taħwir m’għandux joħloq riskju għas-sigurtà tal-konsumaturi (skont l-evidenza xjentifika disponibbli), u m’għandux iqarraq bihom.
  • Ir-regolament jiddefinixxi x’inhuma, pereżempju, it-taħwir, is-sustanzi aromatizzanti, il-preparazzjonijiet tat-taħwir, it-taħwir bl-affumikazzjoni, it-taħwir bi proċess termali, prekursuri għat-taħwir, u l-ingredjenti tal-ikel b’karatteristiċi aromatizzanti.
  • Din il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal dawk is-sustanzi li għandhom togħma esklussivament ħelwa (eż. iz-zokkor), mielħa (eż. il-melħ) jew li għandhom togħma qarsa, jew għall-ikel nej jew għal taħlitiet bħal ħwawar u/jew ħxejjex friski, mnixxfa jew iffriżati, jew għal tejiet u infużjonijiet. Is-sustanzi li jagħtu togħma ħelwa huma ħlewwiet li jikkostitwixxu kategorija speċifika tal-addittivi fl-ikel.
  • Din tistabbilixxi wkoll liema tipi ta’ taħwir jeħtieġ li jgħaddu minn proċess ta’ valutazzjoni u ta’ approvazzjoni u liema m’għandhomx.
  • L-UE adottat lista ta’ sustanzi aromatizzanti approvati fl-1 ta’ Ottubru 2012. Dawn is-sustanzi aromatizzanti biss jistgħu jintużaw fl-ikel u fuq l-ikel u jistgħu jinbiegħu fl-UE. Il-lista tiġi aġġornata perjodikament.
  • Ir-regolament fih ukoll lista ta’ 15-il sustanza li jseħħu b’mod naturali ta’ tħassib tossikoloġiku. Dawn jinkludu l-estragol, il-menthofuran, il-methyleugenol, l-aċidu idroċijaniku u l-kumarin u għalhekk ma jistgħux jiżdiedu mal-ikel. Il-livelli massimi huma stabbiliti għall-preżenza ta’ ċerti sustanzi li jseħħu b’mod naturali fl-ikel. Dawn jistgħu jkunu preżenti, pereżempju bħala ċertu ikel tradizzjonali jew bħala ċertu xorb alkaħoliku u mhux alkaħoliku.
  • Fir-rigward tat-tikkettar, it-taħwir mibjugħ minn negozju għal negozju jew lill-pubbliku ġenerali għandu jkunu konformi ma’ regoli speċifiċi kif ukoll mar-rekwiżiti fir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi dwar t-tikkettar. Ir-regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tat-taħwir fl-ikel u fuq l-ikel jirrelataw maż-żewġ regolamenti meta mibjugħ lill-pubbliku ġenerali u minn negozju għal negozju.
  • It-terminu “naturali” jiddeskrivi taħwir li jista’ jintuża biss għal sustanzi li ġejjin direttament minn materjal tal-annimali jew tal-ħxejjex.
  • L-operaturi fin-negozji tal-ikel (il-produtturi tat-taħwir, jew l-importaturi jew l-utenti tat-taħwir bħall-industrija tal-ikel) għandhom javżaw lill-Kummissjoni Ewropea bl-ammonti li żiedu mal-ikel f’perjodu ta’ 12-il xahar, jekk ikunu mitluba.
  • Produttur jew utent tat-taħwir għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni xjentifika jew teknika li hi magħrufa magħhom u aċċessibbli għalihom u li tista’ taffettwa l-valutazzjoni tas-sigurtà tat-taħwir.

META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan beda japplika mill-20 ta’ Jannar 2011.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

It-taħwir: sustanzi użati biex jagħtu jew jibdlu r-riħa jew it-togħma tal-ikel. Ir-regoli u l-istandards uniformi tal-UE jiżguraw illi dawn ma jpoġġux f’riskju s-saħħa tal-bniedem u li jistgħu jintużaw fil-pajjiżi kollha tal-UE.

ID-DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar it-taħwir u ċertu ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fuq u fl-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (ĠU L 354, 31.12.2008, pp. 34-50)

L-emendi u l-bidliet suċċessivi għall-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2013 tal-10 ta’ Diċembru 2013 jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-prodotti primarji awtorizzati b’taħwir bl-affumikazzjoni għall-użu pereżempju fl-ikel jew fuq l-ikel u/jew għall-produzzjoni ta’ taħwir bl-affumikazzjoni derivat (ĠU L 333, 12.12.2013, pp. 54–67)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 adotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti pprovdut mir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u introduċiha fl-Anness 1 għar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u rrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, pp. 1-161)

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, u jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u jirrevokaw id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, pp. 18–63)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 2065/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2003 dwar it-taħwir bl-affumikazzjoni użat jew maħsub għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel (ĠU L 309, 26.11.2003, pp. 1–8)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 21.03.2023

Top