EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1093

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1093 tal-15 ta’ Mejju 2023 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika tal-Korea għal Ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u, dwar l-assoċjazzjoni tar-Repubblika tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

ST/8154/2023/INIT

ĠU L 146, 6.6.2023, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1093/oj

6.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 146/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1093

tal-15 ta’ Mejju 2023

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati mar-Repubblika tal-Korea għal Ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u, dwar l-assoċjazzjoni tar-Repubblika tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 186 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi;

(1)

Ir-Repubblika tal-Korea (“Korea”) tissodisfa l-kriterji fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

(2)

In-negozjati jenħtieġ li jinfetħu bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim mal-Korea dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tiftaħ negozjati mar-Repubblika tal-Korea (“Korea”), f’isem l-Unjoni, għal ftehim dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Korea fi programmi tal-Unjoni u dwar l-assoċjazzjoni tal-Korea ma’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).

Artikolu 2

Id-direttivi ta’ negozjar huma stabbiliti fl-addendum ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

In-negozjati għandhom jitmexxew f’konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Asja u l-Oċeanja, għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Korea fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, u mal-Grupp ta’ Ħidma dwar ir-Riċerka, għal kwistjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni tal-Korea fil-Programm Orizzont Ewropa.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. FORSSMED


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1).


Top