EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0484

2009/484/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ April 2009 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

ĠU L 160, 23.6.2009, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/484/oj

Related international agreement

23.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ April 2009

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

(2009/484/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu, flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, u tieni subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara l-kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll Addizzjonali”), ġie ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri fl-10 ta’ Ottubru 2007 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/74/KE tad-9 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar tal-applikazzjoni provviżjorja ta’ Protokoll Addizzjonali dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel, min-naħa l-oħra, biex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea (2).

(2)

Il-Protokoll Addizzjonali għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha.

It-test tal-Protokoll Addizzjonali huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna bis-setgħa li tiddepożita f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 6.2 tal-Protokoll Addizzjonali, sabiex tesprimi l-qbil tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha li jkunu marbuta.

Magħmul fil-Lussemburgu, 6 ta’ April 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. POSPÍŠIL


(1)  Kunsens tal-10 ta’ Marzu 2009 (għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 22, 25.1.2008, p. 11.

(3)  ĠU L 22, 25.1.2008, p. 13.


Top