EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0328

2007/328/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ April 2007 li tistipula t-tqegħid fis-suq ta’ ċerta patata taż-żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1852) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 122, 11.5.2007, p. 57–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/328/oj

11.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 122/57


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2007

li tistipula t-tqegħid fis-suq ta’ ċerta patata taż-żerriegħa li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1852)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/328/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-Iżvezja, il-kwantità ta’ patata taż-żerriegħa disponibbli tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” li hija tajba għall-kondizzjonijiet ambjentali nazzjonali u li tissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva 2002/56/KE rigward l-għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti mhix biżżejjed u għalhekk mhix tajba biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ dak l-Istat Membru.

(2)

Mhux possibbli li tintlaħaq id-domanda għall-patata taż-żerriegħa minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi, li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fid-Direttiva 2002/56/KE.

(3)

Minħabba f’hekk, l-Iżvezja għandha tkun awtorizzata tippermetti t-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa bil-kundizzjoni ta’ rekwiżiti inqas stretti għal perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2007.

(4)

Barra minn hekk, l-Istati Membri l-oħra, li jinsabu f’pożizzjoni li jipprovdu lill-Iżvezja b’patata taż-żerriegħa irrispettivament minn jekk il-patata taż-żerriegħa nħasditx fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, għandhom ikunu awtorizzati jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ patata taż-żerriegħa ta’ din ix-xorta.

(5)

Huwa xieraq li l-Iżvezja taġixxi bħala koordinatur sabiex tiżgura li l-ammont totali ta’ patata taż-żerriegħa awtorizzat skond din id-Deċiżjoni ma jaqbiżx il-kwantità massima koperta minn din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Foresterija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-tqegħid fis-suq fil-Komunità ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” li ma tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2002/56/KE fir-rigward ta’ l-għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti għandhom ikunu permessi, għal perjodu li jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2007, skond it-termini stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” ma teċċedix il-persentaġġ stabbilit fl-Anness,

(b)

it-tikketta uffiċjali tistqarr li l-persentaġġ ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti ta’ patata taż-żerriegħa tal-kategorija “patata taż-żerriegħa ċċertifikata” aċċertata fl-eżami uffiċjali skond l-Artikolu 2(c)(iv) tad-Direttiva 2002/56/KE,

(ċ)

il-patata taż-żerriegħa tkun tqiegħdet fis-suq skond l-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Kull fornitur tal-patata li jkun jixtieq iqiegħed fis-suq patata taż-żerriegħa msemmija fl-Artikolu 1, għandu japplika għall-awtorizzazzjoni lill-Istat Membru li huwa jkun stabbilit jew qed jimporta fih.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jawtorizza lill-fornitur biex iqiegħed dik il-patata taż-żerriegħa fis-suq, sakemm:

(a)

ikun hemm biżżejjed evidenza biex ikun hemm dubju dwar jekk fornitur ikunx kapaċi li jqiegħed fis-suq l-ammont ta’ patata taż-żerriegħa li jkun applika għal awtorizzazzjoni għaliha; jew

(b)

il-kwantità totali awtorizzata biex titqiegħed fis-suq skond id-deroga kkonċernata taqbeż il-kwantità massima speċifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin b’mod amministrattiv fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

L-Iżvezja għandha taġixxi bħala Stat Membru koordinatur biex tiżgura li l-ammont totali awtorizzat ma jaqbiżx il-kwantità massima speċifikata fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Kwalunkwe Stat Membru li jirċievi applikazzjoni skond l-Artikolu 2 għandu jinnotifika minnufih lill-Istat Membru koordinatur bl-ammont kopert mill-applikazzjoni. L-Istat Membru koordinatur għandu jinforma lill-Istat Membru li qed jinnotifika minnufih dwar jekk l-awtorizzazzjoni tistax twassal biex tinqabeż il-kwantità massima.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom javżaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-kwantitajiet li tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tagħhom skond din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ April 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/908/KE (ĠU L 329, 16.12.2005, p. 37).


ANNESS

L-ispeċi

It-tip tal-varjetà

Kwantità Massima

(tunnellati)

Għadd ta’ pjanti li juru sintomi ta’ infezzjoni severa minn virus fid-dixxendenti diretti (%)

Patata

(varjetajiet bikrin u bikrin ħafna)

Early Puritan

100

20

(varjetajiet tal-lamtu)

Seresta

400


Top