EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XC0309(06)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiziti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE [UE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja (Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU C 92, 9.3.2018, p. 98–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 92/98


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiziti tal-ekodisinn għall-kundizzjonaturi tal-arja u l-fannijiet għall-użu personali u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 626/2011 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/KE [UE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar enerġetiku tal-kundizzjonaturi tal-arja

(Pubblikazzjoni ta’ titli u referenzi ta’ standards armonizzati skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni)

(Test b’ rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 092/03)

ESO (1)

Ir-referenza u t-titlu tal-istandard

(u d-dokument ta’ referenza)

L-ewwel pubblikazzjoni fil-ĠU

Referenza ta’ l-istandard li ġie sostitwit

Data tal-waqfa tal- presunzjoni tal-konformità ta’ l-istandard li ġie sostitwit

Nota 1

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

CEN

EN 12102-1:2017

Kondizzjonaturi tal-arja, pakki li jkessħu l-likwidi u pompi tas-sħana b'kompressuri li jaħdmu bl-elettriku għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji – Kejl ta' ħsejjes li jinġarru bl-arja – Determinazzjoni tal-livell tal-qawwa tal-ħoss – Parti 1: Kondizzjonaturi tal-arja, pakki li jkessħu l-likwidi, pompi tas-sħana għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

EN 12102:2013

Nota 2.1

1.9.2018

Dan l-istandard ma jkoprix il-fannijiet għall-użu personali. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 172/01 għadha tapplika għal fannijiet għall-użu personali.

CEN

EN 12900:2013

Kompressuri li jkessħu – Kondizzjonijiet ta' gradazzjoni, tolleranza u preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar l-operat mogħtija mill-manifattur

11.4.2014

 

 

Dan l-istandard ma jkoprix il-fannijiet għall-użu personali. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 172/01 għadha tapplika għal fannijiet għall-użu personali.

CEN

EN 14511-2:2013

Kondizzjonaturi tal-arja, pakki li jkessħu l-likwidi u pompi tas-sħana b'kompressuri li jaħdmu bl-elettriku għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji – Parti 2: Kondizzjonijiet ta' ttestjar

11.4.2014

 

 

Dan l-istandard ma jkoprix il-fannijiet għall-użu personali. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 172/01 għadha tapplika għal fannijiet għall-użu personali.

CEN

EN 14511-3:2013

Kondizzjonaturi tal-arja, pakki li jkessħu l-likwidi u pompi tas-sħana b'kompressuri li jaħdmu bl-elettriku għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji – Parti 3: Metodi ta' ttestjar

11.4.2014

 

 

Dan l-istandard ma jkoprix il-fannijiet għall-użu personali. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 172/01 għadha tapplika għal fannijiet għall-użu personali.

CEN

EN 14825:2016

Kondizzjonaturi tal-arja, pakki li jkessħu l-likwidi u pompi tas-sħana b'kompressuri li jaħdmu bl-elettriku għat-tisħin u tkessiħ ta' spazji – Ittestjar u ggradar ta' kondizzjonijiet ta' parti mit-tagħbija u kalkolu tal-operat staġjonali

Din hi l-ewwel pubblikazzjoni

EN 14825:2013

Nota 2.1

1.9.2018

Dan l-istandard ma jkoprix il-fannijiet għall-użu personali. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 172/01 għadha tapplika għal fannijiet għall-użu personali.

CEN

EN 15218:2013

Kondizzjonaturi tal-arja, pakki li jkessħu l-likwidi b'kondenser li jitkessaħ bl-evaporazzjoni u b'kompressuri li jitħaddmu bl-elettriku biex ikessħu l-ispazji – Termini, definizzjonijiet, kondizzjonijiet għall-ittestjar, metodi u rekwiżiti għat-testijiet

11.4.2014

 

 

Dan l-istandard ma jkoprix il-fannijiet għall-użu personali. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 172/01 għadha tapplika għal fannijiet għall-użu personali.

Nota 1:

Ġeneralment id-data li fiha tintemm il-preżunzjoni ta’ konformità tkun id-data tar-revoka (“dow”), stabbilita mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, iżda l-utenti għandhom jinnotaw li f’ċerti każijiet eċċezzjonali dan jista’ jkun mod ieħor.

Nota 2.1:

L-istandard il-ġdid (jew emendat) għandu l-istess għan bħall-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mal-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.2:

L-istandard il-ġdid għandu għan usa’ mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit, jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

Nota 2.3:

L-istandard il-ġdid għandu għan aktar speċifiku mill-istandard li ġie sostitwit. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit (parzjalment) jieqaf milli jagħti preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għal dawk il-prodotti jew dawk is-servizzi li jaqgħu fl-ambitu tal-istandard ġdid. Ma tiġix effettwata preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni għall-prodotti jew is-servizzi li xorta jaqgħu fil-ambitu tal-istandard li ġie sostitwit (parzjalment), iżda li ma jaqgħux fl-ambitu tal-istandard il-ġdid.

Nota 3:

F’każ ta’ emendi, l-istandard ta’ referenza huwa EN CCCCC:YYYY, l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, u l-emenda l-ġdida kkwotata. Għalhekk l-istandard li ġie sostitwit jikkonsisti f’EN CCCCC:YYYY u l-emendi preċedenti tiegħu, jekk kien hemm, iżda mingħajr l-emenda l-ġdida kkwotata. Fid-data speċifikata, l-istandard li ġie sostitwit jieqaf milli jagħti l-preżużjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew oħrajn fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

NOTA:

Kwalunkwe informazzjoni dwar id-disponibbiltà tal-istandards tista’ tinkiseb jew mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni jew mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 (2).

L-istandards jiġu adottati mill-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni bl-Ingliż (is-CEN u s-CENELEC jippubblikaw ukoll bil-Franċiż u l-Ġermaniż). Sussegwentement, it-titli tal-istandards jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali meħtieġa l-oħrajn kollha tal-Unjoni Ewropea mill-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli mill-korrettezza tat-titli li tressqu għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali.

Ir-referenzi għall-Corrigenda “…/AC:YYYY” jiġu ppubblikati biss għall-informazzjoni. Corrigendum ineħħi l-iżbalji tal-istampar, dawk lingwistiċi jew żbalji simili mit-test ta' standard u jista' jkun jirreferi għal verżjoni ta' lingwa waħda jew iktar (bl-Ingliż, bil-Franċiż u/jew bil-Ġermaniż) ta' standard kif adottat minn xi organizzazzjoni Ewropea għall-istandardizzazzjoni.

Il-pubblikazzjoni tar-referenzi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma timplikax li l-istandards huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea.

Din il-lista tieħu post il-listi kollha preċedenti pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea tiżgura l-aġġornament ta’ din il-lista.

Aktar informazzjoni dwar standards armonizzati u standards oħra Ewropej tinsab fl-Internet fuq

http://ec.europa.eu/growth/single-market/european-standards/harmonised-standards/index_en.htm


(1)  ESO: Organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni:

CEN: Avenue Marnix 17, 1000, Brussels, Belgique, Tel. +32 2 5500811; faks + 32 2 5500819 (http://www.cen.eu)

CENELEC: Avenue Marnix 17, 1000, Brussels, Belgique, Tel. +32 2 5196871; faks + 32 2 5196919 (http://www.cenelec.eu)

ETSI: 650, route des Lucioles, 06921 Sophia Antipolis, Tel. +33 492 944200; faks +33 493 654716, (http://www.etsi.eu)

(2)  ĠU C 338, 27.9.2014, p. 31.


Top