EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2015/249/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7685 — Perrigo/GSK Divestment Businesses) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 249, 30.7.2015, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 249/14


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7685 — Perrigo/GSK Divestment Businesses)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 249/13)

1.

Fit-22 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Perrigo Company Plc (“Perrigo”, l-Irlanda) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-assi li jikkostitwixxu f'ċerti negozji tal-kura tas-saħħa tal-konsumaturi (id-“Divestment Businesses”) ta' GlaxoSmithKline Consumer Healthcare Holdings Limited (“GSK”, ir-Renju Unit), permezz ta' xiri ta' assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Perrigo: l-iżvilupp, il-manifattura, u l-kummerċjalizzazzjoni globalment ta' kura tas-saħħa tal-konsumaturi u l-farmaċewtiċi bi preskirzzjoni, prodotti ta' nutrizzjoni, u ingredjenti farmaċewtiċi attivi;

—   għal GSK Divestment Businesses: (i) terapiji għat-tnaqqis tan-nikotina (NiQuitin); (ii) kura għall-irjiħat u l-influwenza (Coldrex, Nasin u Nezeril); (iii) kura li jikkontrollaw l-uġigħ (Panodil); u (iv) kura li jikkontrollow effetti tal-irjiħat (fosthom Fenivir, Pencivir, Vectavir, u Vectatone).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7685 — Perrigo/GSK Divestment Businesses, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top