EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2014/262/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7316 — Det Norske Oljeselskap/Marathon Oil Norge) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 262, 12.8.2014, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7316 — Det Norske Oljeselskap/Marathon Oil Norge)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 262/09)

1.

Fil-5 ta’ Awwissu 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Det Norske Oljeselskap ASA (“Det Norske”, in-Norveġja), finalment ikkontrollata minn Aker ASA (“Aker”, in-Norveġja) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża Marathon Oil Norge AS kollha kemm hi (“Marathon”, in-Norveġja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Det Norske: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni (“E&P”) taż-żejt u l-gass fil-blata kontinentali Norveġiża. Det Norske hija finalment ikkontrollata minn Aker, li hija attiva, permezz tas-sussidjarji tagħha Aker Solutions ASA, Kvaerner ASA u Align AS, fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ tagħmir speċjalizzat għal kumpaniji E&P fuq livell globali kif ukoll fil-forniment tas-servizzi ta’ operazzjoni u manutenzjoni għal kumpaniji E&P b’enfasi fuq il-Baħar tat-Tramuntana,

—   għal Marathon: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ żejt u gass fil-blata kontinentali Norveġiża.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) jew bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7316 — Det Norske Oljeselskap/Marathon Oil Norge, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top