EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0106

Kawża C-106/08: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

ĠU C 128, 24.5.2008, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/23


Rikors ippreżentat fis-6 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-106/08)

(2008/C 128/41)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Zavvós u N. Yerrell)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara illi, peress li ma addottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiggarantixxi li l-vetturi li jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni għall-ewwel darba mill-1 ta' Mejju 2006 għandu jitwaħħlilhom apparat ta' reġistrazzjoni skond il-ħtiġiet ta' l-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 3821/85 u peress li ma pprovdietx għall-ħruġ tal-karti tas-sewwieq korrispondenti, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikoli 2(1)(a) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2135/98, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 561 tal-15 ta' Marzu 2006;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament jipprovdi li “L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li huma qegħdin f'pożizzjoni li joħorġu karti tas-sewqan [sewwieq] mhux aktar tard mill-għoxrin jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 561/2006”.

Ir-Regolament 561/2006 ġie ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fil-11 ta' April 2006 u jipprovdi li r-rekwiżit obbligatorju ta' l-installazzjoni tat-takografu diġitali fuq il-vetturi kollha li jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni għall-ewwel darba fl-Unjoni Ewropea jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2006.

Ir-Repubblika Ellenika wieġbet l-opinjoni motivata tal-Kummissjoni fit-30 ta' Mejju 2006 u ddikjarat lill-Kummissjoni li, wara li kkunsidrat id-dewmien kollu eventwali, fil-finalizzazzjoni tal-proċedura, l-għoti tal-karti tat-takografu diġitali lis-sewwieqa kellu jiġi ffinalizzat fi tmiem l-2007.

Il-Kummissjoni kkonkludiet li r-Repubblika Ellenika għadha ma addottatx dawn il-miżuri jew li fi kwalunkwe każ għadha ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jogħġobha tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.


Top