EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006CA0522

Kawża C-522/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat- 3 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju (Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 2037/2000 — Sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu — Irkupru, riċiklaġġ, reklamazzjoni u distruzzjoni ta' dawn is-sustanzi)

ĠU C 128, 24.5.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta' April 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-522/06) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 2037/2000 - Sustanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu - Irkupru, riċiklaġġ, reklamazzjoni u distruzzjoni ta' dawn is-sustanzi)

(2008/C 128/19)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro u B. Stromsky, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentant: A. Hubert, aġent)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu (ĠU L 244, p. 1) — Artikoli 16(5) u 17(1) — Nuqqas milli jiġu adottati l-miżuri li jiddefinixxu l-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni mitluba mill-ħaddiema inkarigati mill-irkupru, mir-riċiklaġġ, mir-reklamazzjoni u mid-distruzzjoni tas-sustanzi kontrollati msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament u li jinsabu fit-tagħmir ta' refriġerazzjoni u ta' arja kundizzjonata, fil-pompi tas-sħana, fis-sistemi ta' protezzjoni kontra n-nar u fl-estinturi tan-nar — Nuqqas milli jiġu adottati miżuri ta' prekawzjoni sabiex ma jħallux u jnaqqsu t-tnixxijiet ta' sostanzi kkontrollati u nuqqas ta' kontrolli relatati mal-preżenza eventwali ta' tnixxijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-Renju tal-Belġju

billi naqas milli jiddefinixxi l-ħtiġiet minimi ta' kwalifikazzjoni għal ċerti membri tal-ħaddiema li jaħdmu fl-irkupru, fir-riċiklaġġ, fir-reklamazzjoni u fid-distruzzjoni ta' sustanzi kkontrollati skond l-Artikolu 16(5) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000 tad-29 ta' Ġunju 2000, dwar sostanzi li jnaqqsu s-saff ta' l-ożonu, u

billi, f'dak li jikkonċerna r-reġjun tal-Wallonja, ma adottax il-miżuri ta' prekawzjoni kollha sabiex sabiex ma jħallix u jnaqqas it-tnixxijiet ta' sostanzi kontrollati kif ukoll billi m'għamlix kontrolli annwali sabiex jistabbilixxi l-preżenza jew le ta' tnixxijiet, skond l-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 2037/2000,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-imsemmija dispożizzjonijiet ta' dan ir-regolament.

2)

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.


Top