Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Għajnuna finanzjarja lill-Greċja

Għajnuna finanzjarja lill-Greċja

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) Nru 472/2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-pajjiżi fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet finanzjarji gravi

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/338 dwar l-estensjoni tas-sorveljanza msaħħa għall-Greċja

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1192 dwar l-attivazzjoni ta’ sorveljanza msaħħa għall-Greċja

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT U MINN XIEX TIKKONSISTI L-GĦAJNUNA FINANZJARJA LILL-GREĊJA?

  • Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 huwa maħsub biex isaħħaħ is-sorveljanza ekonomika u baġitarja għall-pajjiżi taż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew li jkunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbilta finanzjarja tagħhom.
  • Il-Greċja rċeviet appoġġ finanzjarju mill-pajjiżi taż-żona tal-euro u mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) biex tiffaċċja d-diffikultajiet finanzjarji u l-isfidi ekonomiċi tagħha minn Mejju 2010 sa Awwissu 2018. Wara l-konklużjoni b’suċċess tal-programm ta’ appoġġ għall-istabbiltà fl-20 ta’ Awwissu 2018, il-Greċja ġiet integrata bis-sħiħ fil-qafas tas-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika u soċjali. Fl-istess ħin, il-qafas tas-sorveljanza msaħħa * kien attivat għal Greċja kif ipprovdut mir-Regolament 472 tal-2013.

PUNTI EWLENIN

  • L-ewwel programm ta’ aġġustament:
    • tħabbar mill-Grupp tal-Euro fit-2 ta’ Mejju 2010;
    • ipprovda EUR 52.9 biljun f’self bilaterali minn pajjiżi membri fiż-żona tal-euro lill-Greċja taħt il-Faċilità ta’ Self Griega;
    • il-FMI sellef ammont addizzjonali ta’ madwar EUR 20 biljun.
  • It-tieni programm ta’ aġġustament:
    • ġie approvat mill-Grupp tal-Euro fid-9 ta’ Marzu 2012 u baqa’ għaddej sa ma skada f’Ġunju 2015;
    • ipprova self ta’ EUR 141.8 biljun mill-pajjiżi tal-membri taż-żona tal-euro permezz tal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF);
    • il-FMI sellef ammont addizzjonali ta’ madwar EUR 12-il biljun.
  • It-tielet programm ta’ aġġustament:
    • beda fid-19 ta’ Awwissu 2015 u tlesta b’suċċess fl-20 ta’ Awwissu 2018 kif skedat;
    • ipprovda self sa EUR 86 biljun mill-MES.
  • Qabel setgħu jinbdew in-negozjati mal-UE dwar it-termini tat-tielet programm ta’ aġġustament, il-Greċja kellha taqbel:
  • Barra minn hekk, il-Greċja qablet li:
    • terġa’ tikseb is-sostenibbiltà fiskali billi tirriforma s-sistemi tal-VAT u tal-pensjoni u tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa;
    • tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja permezz tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek (jiġifieri tirristruttura d-dejn u l-ekwità tagħhom) u ssaħħaħ il-governanza tagħhom;
    • timplimenta riformi li jippromwovu t-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività u l-investiment;
    • timmodernizza l-amministrazzjoni statali u pubblika, b’mod partikolari billi ttejjeb l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja u ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
  • Mal-konklużjoni b’suċċess tal-programm ta’ aġġustament, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE)2018/1192 li attivat sorveljanza ekonomika u baġitarja msaħħa għall-Greċja, li daħlet fis-seħħ fil-21 ta’ Awwissu 2018. L-ewwel rapport dwar is-sorveljanza msaħħa dwar il-Ġreċja ġie ppubblikat f’Novembru 2018 u t-tieni wieħed fi Frar 2019. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/338 estendiet il-perjodu ta’ sorveljanza msaħħa għal perjodu ulterjuri ta’ 6 xhur mill-21 ta’ Frar 2019.

    Fil-5 ta’ Ġunju 2019, ġie ppubblikat it-tielet rapport ta’ sorveljanza msaħħa għall-Greċja.

MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mit-30 ta’ Mejju 2013.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Sorveljanza msaħħa: qafas ta’ wara l-programm adattat għall-Greċja fid-dawl tal-kriżi li ilha teżisti u l-isfidi ffaċċjati. Se jappoġġja l-kontinwazzjoni, it-tlestija, u t-twassil ta’ riformi maqbula taħt il-programm, f’konformità mal-impenji magħmula mill-awtoritajiet Griegi permezz ta’ monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja u l-evoluzzjoni tagħha.

DOKUMENTI EWLENIN

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, pp. 1-10)

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/338 tal-20 ta’ Frar 2019 dwar l-estensjoni tas-sorveljanza msaħħa għall-Greċja (ĠU L 60, 28.2.2019, pp. 17-19)

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1192 tal-11 ta’ Lulju 2018 dwar l-attivazzjoni ta’ sorveljanza msaħħa għall-Greċja (ĠU L 211, 22.8.2018, pp. 1-4)

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1411 tal-19 ta’ Awwissu 2015 li tapprova l-programm ta’ aġġustament makroekonomiku tal-Greċja (ĠU L, 20.8.2015, pp. 12-16)

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1181 tal-19 ta’ Lulju 2015 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja għal żmien qasir mill-Unjoni lill-Greċja (ĠU L 192, 18.7.2015, pp. 15-18)

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1182 tal-19 ta’ Lulju 2015 li tapprova l-programm ta’ aġġustament tal-Greċja (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 19)

l-aħħar aġġornament 24.07.2019

Top