EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/231/03

Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 231, 2.8.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

2.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 231/3


Wiċċ nazzjonali ġdid tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2012/C 231/03

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta' 2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni huma valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni qed tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti ġodda kollha bil-ħsieb li tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li laħqu ftehim monetarju mal-Komunità li jipprovdi għall-ħruġ ta' muniti tal-euro, għandhom il-permess joħorġu muniti tal-euro kommemorattivi intenzjonati għaċ-ċirkulazzjoni, sakemm jiġu rrispettati ċerti kundizzjonijiet, partikolarment dik li tintuża biss id-denominazzjoni taż-EUR 2. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż emittenti: Il-Finlandja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-150 anniversarju mit-twelid tal-artista Helene SCHJERFBECK.

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri awtokwadru stilizzat tal-artista bit-test Helene SCHJERFBECK fuq in-naħa tax-xellug u s-snin 1862-1946 fuq il-lemin. Fuq in-naħa tax-xellug fil-parti ta’ isfel tal-munita hemm il-marka tas-sena 2012 u r-referenza tal-pajjiż FI.

Iċ-ċirku estern tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Volum tal-ħruġ: 2 miljuni

Data tal-ħruġ: Settembru 2012


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 dwar l-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top