EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0590

Regolament (UE) 2024/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2024 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009

PE/61/2023/REV/1

ĠU L, 2024/590, 20.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/590/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/590/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/590

20.2.2024

REGOLAMENT (UE) 2024/590 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Frar 2024

dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019, nieda strateġija ġdida għat-tkabbir għall-Unjoni bl-għan li jittrasforma lill-Unjoni f’soċjetà ġusta u għanja, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva. Din tafferma mill-ġdid l-ambizzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel lill-Ewropa l-ewwel kontinent newtrali għall-klima u bi tniġġis żero sal-2050 u għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent, filwaqt li tiżgura tranżizzjoni inklużiva, ġusta u ekwa, li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. Barra minn hekk, l-Unjoni hija impenjata li tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u tat-Tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali, stabbilit bid-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u ħadet impenn favur l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tagħha.

(2)

Is-saff tal-ożonu jipproteġi lill-bnedmin u lil kreaturi ħajjin oħrajn minn radjazzjoni ultravjola (UV) dannuża mix-xemx. Huwa xjentifikament stabbilit li l-emissjonijiet kontinwi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jikkawżaw ħsara sinifikanti lis-saff tal-ożonu, li twassal għal effetti avversi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ekosistemi u fuq il-bijosfera kif ukoll għal implikazzjonijiet ekonomiċi negattivi kbar jekk ma jiġux indirizzati.

(3)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/540/KEE (5), l-Unjoni saret Parti għall-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-Ħarsien tas-Saff tal-Ożonu (6) u għall-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (7) (“il-Protokoll”). Il-Protokoll u d-deċiżjonijiet sussegwenti tal-Partijiet tiegħu jikkostitwixxu sett ta’ miżuri ta’ kontroll globalment vinkolanti għall-indirizzar tat-tnaqqis tas-saff tal-ożonu.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jiżgura, fost l-oħrajn, li l-Unjoni tikkonforma mal-Protokoll. Fl-evalwazzjoni tagħha ta’ dak ir-Regolament (KE), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri ta’ kontroll stabbiliti skont dak ir-Regolament jibqgħu, b’mod ġenerali, adegwati għall-użu, huma effiċjenti u kkontribwew b’mod sinifikanti għall-irkupru stratosferiku tal-ożonu u għat-tnaqqis tat-tisħin tal-klima.

(5)

Hemm evidenza ċara ta’ tnaqqis fil-piż atmosferiku tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u tal-irkupru stratosferiku tal-ożonu. Madankollu, valutazzjonijiet reċenti juru li dan l-irkupru tas-saff tal-ożonu għadu fraġli, u r-ritorn lejn il-livelli tal-konċentrazzjonijiet li kienu jeżistu qabel l-1980 ma huwiex previst li se jseħħ qabel in-nofs tas-seklu 21. Għalhekk, iż-żieda fir-radjazzjoni UV tippersisti bħala theddida sinifikanti għas-saħħa u għall-ambjent. L-evitar tar-riskju ta’ dewmien ulterjuri fl-irkupru tas-saff tal-ożonu jibqa’ dipendenti fuq l-iżgurar li l-obbligi eżistenti jiġu implimentati bis-sħiħ, li tittieħed aktar azzjoni dwar sorsi tal-emissjonijiet li jifdal biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, u li l-miżuri meħtieġa jkunu fis-seħħ sabiex jindirizzaw kwalunkwe sfida li ġejja malajr u b’mod effettiv.

(6)

Il-biċċa l-kbira tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom ukoll potenzjal għoli ta’ tisħin globali (GWP) u huma fatturi li jikkontribwixxu għaż-żieda fit-temperatura tal-pjaneta. Meta jitqiesu s-sejbiet sinifikanti tar-Rapport Speċjali tal-2021 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li jsiru l-isforzi kollha fattibbli sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. It-tnaqqis tal-emissjonijiet jikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”) (9) biex tinżamm żieda fit-temperatura globali f’dan is-seklu ferm anqas minn 2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitwettqu sforzi sabiex iż-żieda fit-temperatura saħansitra tiġi limitata aktar minn 1,5 °C.

(7)

Sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-GWP tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, minbarra l-potenzjal li jnaqqas is-saff tal-ożonu (ODP) tas-sustanzi, jenħtieġ li anki l-GWP rispettiv tagħhom jiġi elenkat f’dan ir-Regolament.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 u l-atti legali preċedenti tal-Unjoni, stabbilew miżuri ta’ kontroll aktar stretti minn dawk meħtieġa skont il-Protokoll, u jipprevedu regoli aktar restrittivi dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni.

(9)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009, il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu tneħħew gradwalment għal kważi l-użi kollha. It-tqegħid fis-suq ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi ġie pprojbit ukoll ħlief għal ċerti każijiet li fihom l-użu ta’ tali sustanzi għadu permess. Anke wara t-tneħħija gradwali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, f’ċerti kundizzjonijiet, huwa neċessarju li jkomplu jiġu permessi eżenzjonijiet għal ċerti użi fejn għad ma hemmx alternattivi disponibbli.

(10)

Fl-2021, il-produzzjoni tal-Unjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu kienet ogħla milli kienet matul l-għaxar snin preċedenti, u, meta mqabbla mal-2020, fl-2021 kienet żdiedet b’27 %. Skont ir-rapport tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent bit-titolu “Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu tal-2022”, 90 % taż-żieda hija dovuta għall-użu tal-materja prima. L-użu tal-materja prima żdied fl-2021 bi 11 % meta mqabbel mal-2020. Filwaqt li deroga għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu użati bħala materja prima fil-produzzjoni kimika ta’ ċerta merkanzija, inklużi l-farmaċewtiċi, hija ġġustifikata fid-dawl ta’ rati baxxi ta’ emissjonijiet u n-nuqqas ta’ għażliet alternattivi fattibbli, huwa importanti li tiġi vvalutata regolarment id-disponibbiltà ta’ alternattivi kif ukoll il-livelli attwali ta’ emissjonijiet tal-użi tal-materja prima eżistenti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li, jekk ikun xieraq, tadotta atti delegati biex tistabbilixxi lista ta’ proċessi ta’ produzzjoni kimiċi li għalihom huwa pprojbit l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I bħala materja prima. L-atti delegati jenħtieġ li jqisu d-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli, abbażi tal-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa skont il-Protokoll, b’mod partikolari rapporti ta’ kull erba’ snin u rapporti tekniċi oħra mħejjija mill-bords ta’ valutazzjoni skont il-Protokoll, li jinkludu valutazzjonijiet ta’ alternattivi disponibbli għal użi tal-materja prima eżistenti u ta’ livelli ta’ emissjonijiet ta’ użi tal-materja prima eżistenti, u li jipprovdu bażi suffiċjenti biex tittieħed deċiżjoni dwar jekk għandhomx jiġu pprojbiti użi speċifiċi tal-materja prima. Fejn ma jkunux disponibbli valutazzjonijiet bħal dawn imwettqa skont il-Protokoll, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess abbażi ta’ data teknika dwar l-użi tal-materja prima eżistenti, l-emissjonijiet relatati tagħhom u l-impatt tagħhom fuq is-saff tal-ożonu u fuq il-klima u dwar id-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament u ekonomikament fattibbli, u jenħtieġ li tadotta, fejn xieraq u abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, att delegat li jistabbilixxi l-lista ta’ proċessi ta’ produzzjoni kimika li għalihom huwa pprojbit l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I bħala materja prima. Il-lista tista’ tiġi aġġornata, fid-dawl tas-sejbiet tar-rapporti ta’ kull erba’ snin imħejjija mill-bords ta’ valutazzjoni skont il-Protokoll jew tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni stess.

(11)

Filwaqt li jitqiesu l-kwantitajiet żgħar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li fil-fatt jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi, f’dak ir-rigward hemm bżonn li tiġi stabbilita miżura ta’ kontroll proporzjonata. Jenħtieġ li l-obbligu ta’ reġistrazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 jiġi ssostitwit bir-rekwiżit li jinżammu rekords sabiex ikun jista’ jiġi evitat l-użu illegali u jiġi mmonitorjat l-iżvilupp ta’ alternattivi.

(12)

Jenħtieġ li t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-aloni jkunu permessi biss għal użi kritiċi, li jenħtieġ li jiġu ddeterminati filwaqt li jitqiesu d-disponibbiltà ta’ sustanzi jew ta’ teknoloġiji alternattivi u l-iżviluppi fi standards internazzjonali.

(13)

Il-Kumitat dwar l-Għażliet Tekniċi tal-Aloni, stabbilit skont il-Protokoll, indika li l-istokkijiet tal-aloni mhux verġni għall-użi kritiċi jistgħu ma jkunux biżżejjed sabiex jissodisfaw fil-livell globali l-ħtiġijiet mill-2030 ’il quddiem. Sabiex tiġi evitata l-ħtieġa li jiġu prodotti aloni ġodda sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet futuri, huwa importanti li jittieħdu miżuri sabiex tiżdied id-disponibbiltà, u jiġi previst immonitorjar adegwat, tal-istokkijiet tal-alon irkuprat mit-tagħmir.

(14)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009, l-eżenzjoni għall-użi kritiċi kollha tal-bromur tal-metil, inkluż għal skopijiet ta’ kwarantina u ta’ qabel it-trasport, waqfet fit-18 ta’ Marzu 2011. Il-Protokoll fih dispożizzjonijiet li jirregolaw l-użu ta’ emerġenza. Dawk id-dispożizzjonijiet s’issa għadhom ma ġewx applikati fl-Unjoni. Għalhekk huwa improbabbli li kwalunkwe attur fl-Unjoni jkollu bżonn jagħmel użu minn dawk id-dispożizzjonijiet. Madankollu, peress li sitwazzjonijiet ta’ emerġenza futuri ma jistgħux jiġu esklużi, u sabiex dan ir-Regolament jiġi allinjat mal-Protokoll, il-possibbiltà li tingħata deroga f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, jiġifieri fil-każ ta’ tifqigħat għall-għarrieda ta’ pesti jew ta’ mard partikolari, jenħtieġ li tibqa’ disponibbli fejn tali użu ta’ emerġenza jkun permess skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1107/2009 (10) u (UE) Nru 528/2012 (11) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’każijiet bħal dawn jenħtieġ li jkunu speċifikati miżuri adottati biex jimminimizzaw l-emissjonijiet, bħal pereżempju l-użu ta’ films kważi impermeabbli għat-trattament tal-ħamrija.

(15)

Hemm tħassib dejjem akbar dwar l-impatt fuq l-emissjonijiet globali ta’ xi wħud mis-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mhux ikkontrollati mill-Protokoll, elenkati fl-Anness II, inkluża ż-żieda fil-konċentrazzjoni atmosferika tad-diklorometan li tista’ ddewwem l-irkupru tas-saff stratosferiku tal-ożonu. Fl-2021, il-produzzjoni tal-Unjoni, f’tunnellati metriċi, ta’ dawk is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu kienet madwar erba’ darbiet ogħla mill-produzzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu kkontrollati mill-Protokoll. Madankollu, meta meqjusa f’tunnellati ta’ ODP, il-produzzjoni kienet madwar erba’ darbiet aktar baxxa meta mqabbla mas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I. Huma meħtieġa aktar miżuri ta’ konteniment u huwa importanti l-immonitorjar miżjud, inkluż permezz ta’ dispożizzjonijiet dwar l-irkupru jew il-qerda, it-tiswija tat-tixrid u l-prevenzjoni ta’ rilaxx mhux intenzjonat għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mhux ikkontrollati skont il-Protokoll.

(16)

Ir-restrizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jenħtieġ li jkopru wkoll prodotti u tagħmir li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi sabiex jiġu evitati modi ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dawk ir-restrizzjonijiet.

(17)

Huwa importanti li jiġi żgurat li s-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jitħallew jitqiegħdu fis-suq għall-finijiet ta’ reklamazzjoni fl-Unjoni. Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u l-prodotti u t-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi jenħtieġ li jitħallew jitqiegħdu fis-suq ukoll għall-finijiet tal-qerda minn teknoloġija li tkun ġiet approvata mill-Partijiet għall-Protokoll jew minn teknoloġija li għadha mhijiex approvata mill-Partijiet għall-Protokoll iżda li tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali.

(18)

Jenħtieġ li kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jiġu pprojbiti peress li, meta dawk il-kontenituri jitbattlu, inevitabbilment jifdal ammont ta’ refriġerant, li mbagħad jiġi rilaxxat fl-atmosfera. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jipprojbixxi l-esportazzjoni, l-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti jew id-disponibbiltà fis-suq, u l-użu tagħhom, ħlief għall-fini tal-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi. Sabiex jiżguraw li kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jimtlew mill-ġdid u ma jintremewx, jenħtieġ li l-impriżi jkunu meħtieġa jipproduċu dikjarazzjoni ta’ konformità li tkun tinkludi evidenza tal-arranġamenti għar-ritorn tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għall-fini li jimtlew mill-ġdid, meta jitqiegħdu fis-suq.

(19)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) jipprevedi t-tikkettar ta’ sustanzi kklassifikati bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u t-tikkettar ta’ taħlitiet li fihom sustanzi bħal dawn. Peress li huwa permess ir-rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti għal użi bħala materja prima, għal użi bħala aġenti ta’ proċess, għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi għaċ-ċirkolazzjoni libera, jenħtieġ li dawk is-sustanzi jiġu distinti minn sustanzi li jiġu prodotti għal użi oħrajn.

(20)

Jenħtieġ li jkun possibbli, f’każijiet eċċezzjonali, li tiġi permessa l-esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarburi fejn jista’ jkun ta’ benefiċċju akbar li dawk il-prodotti u t-tagħmir jitħallew itemmu ċ-ċiklu tal-ħajja naturali tagħhom f’pajjiż terz milli jiġu dekummissjonati u jintremew fl-Unjoni.

(21)

Minħabba li l-proċess tal-produzzjoni għal xi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jista’ jirriżulta fl-emissjonijiet tal-gass fluworurat b’effett ta’ serra, it-trifluworometan, bħala prodott sekondarju, jenħtieġ li tali emissjonijiet ta’ prodotti sekondarji jinqerdu jew jiġu rkuprati għall-użu sussegwenti bħala kundizzjoni għat-tqegħid fis-suq tas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu. Jenħtieġ li l-produtturi u l-importaturi jkunu meħtieġa jiddokumentaw il-miżuri ta’ mitigazzjoni adottati sabiex jipprevjenu l-emissjonijiet tat-trifluworometan matul il-proċess tal-produzzjoni u jipprovdu evidenza tal-qerda jew l-irkupru għall-użu sussegwenti ta’ dawk l-emissjonijiet ta’ prodotti sekondarji, f’konformità mal-aħjar tekniki disponibbli. Jenħtieġ li tiġi pprovduta dikjarazzjoni ta’ konformità fil-mument li s-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu titqiegħed fis-suq.

(22)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli doganali, huwa importanti li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri (“l-awtoritajiet doganali”) fejn is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, l-prodotti u t-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament jiġu importati jew esportati, kif ukoll jiġu speċifikati l-kompiti tal-awtoritajiet doganali u, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq meta jimplimentaw il-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi, tal-prodotti u tat-tagħmir. Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, japplika għas-sustanzi, għall-prodotti u għat-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw b’mod aktar speċifiku aspetti partikolari tas-sorveljanza tas-suq u tal-infurzar. Fejn dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, pereżempju dwar il-kontrolli doganali, jipprevalu dawk id-dispożizzjonijiet aktar speċifiċi, u b’hekk jikkomplementaw ir-regoli stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2019/1020. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ambjent, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għall-forom kollha ta’ provvista ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma soġġetti għal dan ir-Regolament, inkluż il-bejgħ mill-bogħod kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

(23)

Sabiex jiġi evitat il-kummerċ illegali ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir ipprojbiti koperti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-projbizzjonijiet stabbiliti fih kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ liċenzjar għall-kummerċ ikopru mhux biss id-dħul ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, iżda wkoll il-ħażna temporanja u l-proċeduri doganali l-oħrajn kollha stabbiliti skont il-liġi doganali tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-faċilitazzjonijiet tal-liċenzjar ikunu permessi għall-merkanzija taħt ħażna temporanja, sabiex jiġi evitat piż bla bżonn fuq l-operaturi u fuq l-awtoritajiet doganali.

(24)

Is-sistema ta’ liċenzjar dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu hija rekwiżit essenzjali skont il-Protokoll għall-monitoraġġ tal-kummerċ u għall-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali f’dan ir-rigward. Il-liċenzji jenħtieġ li jkunu limitati biż-żmien biex jiġi żgurat li l-impriżi jirrevedu l-użu ta’ alternattivi f’intervalli regolari. Sabiex jiġu żgurati kontrolli doganali awtomatiċi, f’ħin reali, fil-livell tal-vjeġġ, kif ukoll l-iskambju elettroniku u l-ħżin ta’ informazzjoni dwar il-vjeġġi kollha ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li huma ppreżentati lill-awtoritajiet doganali, huwa neċessarju li s-sistema ta’ liċenzjar elettroniku għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu tiġi interkonnessa mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana (“Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana”) stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14). Minħabba dik l-interkonnessjoni mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana, ikun sproporzjonat li tiġi prevista sistema ta’ liċenzjar tal-vjeġġi fl-Unjoni.

(25)

Sabiex jiġi żgurat li s-sustanzi, il-prodotti u t-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament li jkunu ġew importati illegalment fis-suq tal-Unjoni ma jerġgħux jidħlu fis-suq, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkonfiskaw jew jissekwestraw dawk is-sustanzi, il-prodotti u t-tagħmir għar-rimi. Ir-riesportazzjoni ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament jenħtieġ li f’kwalunkwe każ tkun ipprojbita.

(26)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-persunal tal-awtoritajiet doganali jew persuni oħra awtorizzati f’konformita’ mar-regoli nazzjonali li jwettqu kontrolli skont dan ir-Regolament ikollhom ir-riżorsi u l-għarfien xierqa, pereżempju permezz ta’ taħriġ magħmul disponibbli għalih, u jkunu mgħammrin biżżejjed biex jindirizzaw każijiet ta’ kummerċ illegali tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, tal-prodotti u tat-tagħmir koperti minn dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeżinjaw l-uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet u, għalhekk, ikollhom il-mandat li jwettqu kontrolli doganali fuq l-importazzjonijiet, fuq l-esportazzjonijiet u f’każijiet ta’ tranżitu.

(27)

Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni neċessarja bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha involuti fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet ambjentali u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra b’funzjonijiet ta’ spezzjoni, fost l-Istati Membri u mal-Kummissjoni, huma importanti ħafna sabiex jiġi indirizzat il-ksur ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-kummerċ illegali. Minħabba n-natura kunfidenzjali tal-iskambju ta’ informazzjoni doganali relatata mar-riskju, jenħtieġ li għal dak l-għan tintuża is-Sistema ta’ Ġestjoni tar-Riskji Doganali.

(28)

Fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, u bil-ħsieb li jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-iskambju adegwat ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni fil-każ ta’ kontrolli ta’ konformità u ta’ kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel użu mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom (15). Jenħtieġ li l-OLAF ikollu aċċess għall-informazzjoni neċessarja kollha sabiex tiffaċilita t-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(29)

Sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Protokoll, jenħtieġ li l-importazzjoni minn, u l-esportazzjoni lejn, Stat li mhuwiex parti għall-Protokoll ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi jkunu pprojbiti.

(30)

Ir-rilaxx intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-atmosfera, fejn tali rilaxx ikun illegali, huwa ksur serju ta’ dan ir-Regolament u jenħtieġ li jkun ipprojbit b’mod espliċitu. Jenħtieġ li l-impriżi jieħdu l-miżuri fattibbli kollha sabiex inaqqsu r-rilaxx mhux intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-atmosfera filwaqt li jqisu wkoll il-GWP. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar l-irkupru ta’ sustanzi użati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu minn prodotti u minn tagħmir u l-prevenzjoni ta’ tnixxijiet ta’ tali sustanzi. L-obbligi ta’ rkupru jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll għas-sidien u għall-kuntratturi tal-bini meta jitneħħew ċerti fowms mill-bini sabiex jiġi mmassimizzat it-tnaqqis fl-emissjonijiet.

(31)

Ir-rekwiżit li jiġu rkuprati sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mill-fowms f’materjal tal-bini jista’ jwassal għall-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp dwar it-teknoloġiji tat-twaqqigħ, tar-reklamazzjoni u tar-riċiklaġġ u jista’ jkollu effetti pożittivi fuq l-impjiegi minħabba l-intensità tax-xogħol tal-proċess tad-dekummissjonar u l-ħtieġa ta’ aktar kapaċità ta’ trattament għal dawk it-tipi ta’ skart. Għalhekk huwa importanti li jsiru disponibbli programmi ta’ taħriġ xierqa li jikkorrispondu għall-ħtieġa għal persuni fiżiċi kwalifikati kif xieraq biex iwettqu l-irkupru ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jinsabu fil-fowms.

(32)

Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li ma humiex ikkontrollati skont il-Protokoll, elenkati fl-Anness II, filwaqt li jitqiesu l-kwantitajiet prodotti u użati fl-Unjoni kif ukoll l-effett fuq l-ożonu stratosferiku mill-emissjonijiet ta’ dawk is-sustanzi. Hemm kwistjonijiet oħra rikonoxxuti li jaffettwaw l-irkupru tas-saff tal-ożonu f’setturi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-ossidu nitruż li, abbażi tal-emissjonijiet ponderati skont l-ODP, huwa wieħed mill-aktar sustanzi sinifikanti li jifdal li jnaqqsu l-ożonu. L-ossidu nitruż jikkostitwixxi l-parti l-kbira tal-emissjonijiet antropoġeniċi li jirriżultaw minn attivitajiet agrikoli, żona li l-Kummissjoni impenjat ruħha li timmira għaliha wara l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”. Kwistjoni oħra hija n-nirien intensi, li huwa importanti li jiġu evitati, peress li jistgħu jżidu b’mod sostanzjali l-aerosol stratosferiku u għalhekk għandhom il-potenzjal li jħarbtu l-ożonu stratosferiku.

(33)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu rapport lill-Kummissjoni dwar każijiet ta’ kummerċ illegali identifikati mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż dwar il-penali imposti.

(34)

L-użu tal-aloni jenħtieġ li jitħalla biss għal użi kritiċi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrapportaw dwar il-kwantitajiet ta’ aloni installati, użati jew maħżuna għal użi kritiċi, kif ukoll dwar miżuri ta’ konteniment sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ dawk is-sustanzi u dwar il-progress li jkun sar fl-identifikazzjoni ta’ alternattivi. Dik l-informazzjoni hija meħtieġa sabiex ikunu magħrufin il-kwantitajiet tal-aloni li għadhom disponibbli fl-Unjoni għal użi kritiċi, kif ukoll għall-monitoraġġ tal-progress teknoloġiku f’dak il-qasam biex jiġi ddeterminat meta alon ma jibqax neċessarju għal ċerti użi.

(35)

Il-Protokoll jeħtieġ ir-rapportar dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Għalhekk, jenħtieġ li l-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jirrapportaw kull sena dwar il-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Jenħtieġ li l-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li mhux ikkontrollati skont il-Protokoll, elenkati fl-Anness II, jiġi rrapportat ukoll sabiex tkun tista’ tiġi vvalutata jekk hemmx il-ħtieġa li jiġu estiżi xi wħud mill-miżuri ta’ kontroll jew il-miżuri ta’ kontroll kollha applikabbli għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I sabiex ikopru wkoll dawn is-sustanzi.

(36)

F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni tirrapporta kull sena lis-Segretarjat tal-Ożonu dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu kkontrollati skont il-Protokoll. Għalkemm l-Istati Membri huma responsabbli għar-rapportar dwar il-produzzjoni u l-qerda ta’ tali sustanzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi abbozz ta’ data dwar dawk l-attivitajiet sabiex tiffaċilita l-kalkolu bikri tal-konsum tal-Unjoni min-naħa tas-Segretarjat tal-Ożonu. Fin-nuqqas ta’ notifiki li jestendu l-klawżola tal-organizzazzjoni għall-integrazzjoni ekonomika reġjonali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli dik il-prattika ta’ rapporti annwali filwaqt li tiżgura li l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jagħmlu rieżami tal-abbozz tad-data pprovdut mill-Kummissjoni sabiex jevitaw l-inkonsistenzi.

(37)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet ambjentali, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq u dawk doganali, iwettqu kontrolli, dwar approċċ ibbażat fuq ir-riskju, sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament. Tali approċċ huwa neċessarju sabiex jiġu mmirati dawk l-attivitajiet li jirrappreżentaw l-ogħla riskju ta’ kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew rilaxx illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu koperti minn dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu kontrolli meta jkollhom evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra dwar każijiet potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità. Fejn rilevanti u, sa fejn ikun possibbli, jenħtieġ li tali informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet doganali sabiex iwettqu analiżi tar-riskju qabel il-kontrolli, f’konformità mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Huwa importanti li jiġi żgurat li meta każijiet ta’ ksur ta’ dan ir-Regolament ġew stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-segwitu tal-għoti ta’ penali jiġu informati sabiex ikunu jistgħu jimponu l-penali xierqa, fejn ikun meħtieġ.

(38)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ksur ta’ dan ir-Regolament mill-impriżi jkun soġġett għal penali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(39)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jistabbilixxu regoli għal penali kriminali jew penali amministrattivi jew it-tnejn għall-istess ksur. Fejn l-Istati Membri jimponu kemm penali kriminali kif ukoll penali amministrattivi għall-istess ksur, jenħtieġ li dawk il-penali ma jwasslux għal ksur tad-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew ikkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat kriminali (ne bis in idem), kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(40)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni rigward:

l-istabbiliment ta’ lista ta’ impriżi li jistgħu jużaw sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu bħala aġenti ta’ proċess kif ukoll il-kwantitajiet massimi li għandhom jintużaw għall-kompożizzjoni jew għall-konsum, u l-livelli massimi ta’ emissjonijiet għal kull impriża;

id-determinazzjoni ta’ użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi li għalihom il-produzzjoni u l-importazzjoni huma permessi f’ċertu perjodu u l-ispeċifikazzjoni tal-utenti awtorizzati;

l-għoti ta’ derogi mid-dati tat-tmiem u d-dati limitu stabbiliti fir-rigward tal-użi kritiċi tal-aloni;

l-awtorizzazzjoni tal-produzzjoni temporanja, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti u l-użu tal-bromur tal-metil f’każijiet ta’ emerġenza;

l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom l-idroklorofluworokarburi;

l-arranġamenti dettaljati għad-dikjarazzjoni ta’ konformità għat-tagħmir iċċarġjat minn qabel u għall-verifika;

l-evidenza li għandha tiġi pprovduta dwar il-qerda jew l-irkupru għall-użu sussegwenti tat-trifluworometan manifatturat bħala prodott sekondarju matul il-produzzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

il-forma u l-kontenut tar-rekwiżiti tat-tikkettar;

l-awtorizzazzjoni ta’ kummerċ ma’ entitajiet mhux koperti mill-Protokoll;

il-format għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-użi kritiċi tal-aloni u l-kummerċ illegali; u

il-format u l-mezzi tal-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata mill-impriżi b’mod partikolari dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użi tal-materja prima u l-qerda.

Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17).

(41)

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’:

il-proċessi li għalihom jistgħu jintużaw sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu bħala aġenti ta’ proċess, u l-ammont massimu permess għal tali użi inklużi l-emissjonijiet tagħhom fl-Unjoni;

il-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u għad-distribuzzjoni ulterjuri ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għal użi essenzjali fil-laboratorji u użi analitiċi;

il-perjodi ta’ żmien stipulati fl-Anness V għal użi kritiċi tal-aloni;

il-funzjonament tas-sistema ta’ liċenzjar għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

miżuri addizzjonali li jispeċifikaw x’għandhom iqisu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jwettqu l-kontrolli, u miżuri addizzjonali għall-monitoraġġ ta’ sustanzi, ta’ prodotti u ta’ tagħmir koperti minn dan ir-Regolament imqegħdin taħt proċeduri ta’ ħażna temporanja u proċeduri doganali oħrajn;

ir-regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta’ prodotti u ta’ tagħmir importati minn jew esportati lejn kwalunkwe entità mhux koperta mill-Protokoll;

l-istabbiliment ta’ lista ta’ prodotti u ta’ tagħmir li għalihom l-irkupru ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u l-qerda tagħhom ikunu teknikament u ekonomikament fattibbli, u l-ispeċifikazzjoni tat-teknoloġija li għandha tiġi applikata;

l-emendi għall-Annessi I u II;

l-aġġornament tal-GWP u tal-ODP tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

ir-rekwiżiti ta’ rapportar għall-Istati Membri dwar l-użi kritiċi tal-aloni u l-kummerċ illegali; u

r-rekwiżiti ta’ rapportar għall-impriżi b’mod partikolari dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użi tal-materja prima u l-qerda.

Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (18). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(42)

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Istati Membri hija rregolata bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u l-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Kummissjoni hija rregolata bir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità u tas-sigurtà tal-ipproċessar, tat-trasferiment tad-data personali mill-Kummissjoni għall-Istati Membri, tal-legalità tal-ipproċessar u tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għal u r-rettifika tad-data personali tagħhom.

(43)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta l-kummenti formali tiegħu fl-20 ta’ Mejju 2022.

(44)

F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huma l-qrati tal-Istati Membri li għandhom jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet ta’ persuna skont il-liġi tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jirrikjedi lill-Istati Membri jipprovdu rimedji li jkunu suffiċjenti biex jiżguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mil-liġi tal-Unjoni. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-pubbliku, inklużi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, ikollu aċċess għall-ġustizzja f’konformità mal-obbligi li l-Istati Membri jkunu qablu magħhom skont il-Konvenzjoni għall-Ewropa dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-25 ta’ Ġunju 1998 (21) (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”).

(45)

Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jindirizza t-tnaqqis tas-saff tal-ożonu, u b’hekk jikkontribwixxi għall-irkupru tas-saff stratosferiku tal-ożonu, għat-tnaqqis tat-tisħin tal-klima u għall-iżgurar tal-konformità mal-Protokoll, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba n-natura transfruntiera tal-problema ambjentali indirizzata u l-effetti ta’ dan ir-Regolament fuq il-kummerċ fl-Unjoni u dak estern, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(46)

Għandhom isiru numru ta’ emendi għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009. Fl-interess taċ- ċarezza, jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar u jiġi sostitwit b’dan ir-Regolament,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-ħżin u l-provvista sussegwenti ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, kif ukoll dwar l-użu, l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda tagħhom, u dwar ir-rapportar ta’ informazzjoni relatata ma’ dawk is-sustanzi u dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista sussegwenti u l-użu ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika:

(a)

għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati f’Annessi I u II u l-isomeri tagħhom, kemm jekk waħidhom jew li jinstabu f’taħlitiet; u

(b)

għal prodotti u tagħmir, u u l-partijiet tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“materja prima” tfisser kwalunkwe sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu li tgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih tkun kompletament mibdula mill-kompożizzjoni oriġinali tagħha u li l-emissjonijiet tagħha ma jkunux sinifikanti;

(2)

“aġenti ta’ proċess” tfisser kwalunkwe sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu użata bħala aġent kimiku ta’ proċess fl-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness III;

(3)

“importazzjoni” tfisser id-dħul ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fit-territorju doganali tal-Unjoni, sa fejn it-territorju huwa kopert minn ratifika tal-Protokoll ta’ Montreal tal-1987 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (il-“Protokoll”), u tinkludi l-ħażna temporanja u l-proċeduri doganali msemmijin fl-Artikoli 201 u 210 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(4)

“esportazzjoni” tfisser il-ħruġ ta’ sustanzi, prodotti u tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mit-territorju doganali tal-Unjoni, sa fejn it-territorju jkun kopert minn ratifika tal-Protokoll;

(5)

“tqegħid fis-suq” tfisser ir-rilaxx doganali għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jew il-forniment jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni, għall-ewwel darba, bi ħlas jew mingħajr ħlas, jew l-użu ta’ sustanzi prodotti, jew ta’ prodotti jew ta’ tagħmir manifatturati, għall-użu proprju;

(6)

“użu” tfisser, fir-rigward ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, l-utilizzazzjoni fil-produzzjoni, fil-manutenzjoni jew fis-servizzjar, inkluż il-mili mill-ġdid tal-prodotti u tat-tagħmir, jew f’attivitajiet u proċessi oħrajn imsemmijin f’dan ir-Regolament;

(7)

“produttur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tipproduċi sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-Unjoni;

(8)

“irkupru” tfisser il-ġbir u l-ħżin ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu minn kontenituri, prodotti u tagħmir waqt il-manutenzjoni jew is-servizzjar jew qabel ir-rimi tal-kontenituri, prodotti jew tat-tagħmir;

(9)

“riċiklaġġ” tfisser l-użu mill-ġdid ta’ sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu rkuprata wara proċess bażiku ta’ tindif, inklużi l-filtrazzjoni u t-tnixxif;

(10)

“reklamazzjoni” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid ta’ sustanza rkuprata li tnaqqas is-saff tal-ożonu għall-prestazzjoni ekwivalenti ta’ sustanza verġni, filwaqt li jitqies l-użu intenzjonat tagħha, f’faċilitajiet ta’ reklamazzjoni awtorizzati li għandhom it-tagħmir u l-proċeduri xierqa fis-seħħ biex jippermettu r-reklamazzjoni ta’ tali sustanzi u li jistgħu jivvalutaw u jaffermaw il-livell tal-kwalità meħtieġa;

(11)

“impriża” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq attività msemmija f’dan ir-Regolament;

(12)

“kontenitur” tfisser reċipjent li hu ddisinjat primarjament għat-trasport jew għall-ħżin ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

(13)

“prodotti u tagħmir” tfisser il-prodotti u t-tagħmir kollha, inklużi partijiet tagħhom, minbarra l-kontenituri, użati biex jiġu ttrasportati jew jinħażnu sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

(14)

“sustanza verġni” tfisser sustanza li ma ntużatx preċedentement;

(15)

“dekummissjonar” tfisser it-tneħħija permanenti mit-tħaddim jew mill-użu ta’ prodott jew ta’ tagħmir, li jkun fih sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, inkluż it-tifi finali ta’ faċilità;

(16)

“qerda” tfisser il-proċess ta’ trasformazzjoni jew ta’ dekompożizzjoni, permanenti u kemm jista’ jkun kompletament, ta’ sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu f’sustanza stabbli waħda jew aktar li ma jkunux sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu;

(17)

“stabbiliment fl-Unjoni” tfisser, fir-rigward ta’ persuna fiżika, li dik il-persuna jkollha r-residenza abitwali tagħha fl-Unjoni u, fir-rigward ta’ persuna ġuridika, li dik il-persuna jkollha stabbiliment permanenti tan-negozju kif imsemmi fl-Artikolu 5, il-punt (32) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 fl-Unjoni;

(18)

“pannell tal-fowm” tfisser struttura magħmula minn saffi li jkun fihom fowm u materjal riġidu, bħall-injam jew il-metall, marbuta fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat;

(19)

“bord laminat” tfisser bord tal-fowm li huwa miksi b’saff irqiq ta’ materjal mhux riġidu, bħall-plastik.

KAPITOLU II

Projbizzjonijiet

Artikolu 4

Projbizzjonijiet relatati ma’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

1.   Il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, kwalunkwe provvista sussegwenti jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas, u l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, għandhom jiġu pprojbiti.

2.   L-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I għandha tiġi pprojbita.

Artikolu 5

Projbizzjonijiet relatati ma’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi

1.   It-tqegħid fis-suq, u kwalunkwe provvista sussegwenti jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni għal ħlas jew mingħajr ħlas, ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi, għandhom jiġu pprojbiti.

2.   L-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi, għandha tiġi pprojbita. Dik il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għal oġġetti personali.

KAPITOLU III

Eżenzjonijiet għall-projbizzjonijiet

Artikolu 6

Materja prima

1.   B’deroga mill-Artikolu 4, is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sabiex jintużaw bħala materja prima.

2.   Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ proċessi ta’ produzzjoni kimika li għalihom l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I bħala materja prima għandu jiġi pprojbit abbażi tal-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa skont il-Protokoll, b’mod partikolari r-rapporti ta’ kull erba’ snin imħejjija mill-bords ta’ valutazzjoni skont il-Protokoll, li jinkludu valutazzjonijiet ta’ alternattivi disponibbli għall-użi ta’ materja prima eżistenti u ta’ livelli ta’ emissjonijiet ta’ użi ta’ materja prima eżistenti.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, fejn ma tkun disponibbli l-ebda valutazzjoni teknika ta’ alternattivi disponibbli għal użi ta’ materja prima eżistenti u ta’ livelli ta’ emissjonijiet ta’ użi ta’ materja prima eżistenti mwettqa skont il-Protokoll li jipprovdu bażi suffiċjenti għat-teħid ta’ deċiżjoni dwar jekk jiġix ipprojbit użu ta’ materja prima, il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2027, tagħmel il-valutazzjoni tagħha stess abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet xjentifiċi dwar l-użi eżistenti tal-materja prima, l-impatti f’termini ta’ potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP) u d-disponibbiltà ta’ data aktar preċiża dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-materja prima, l-iżviluppi teknoloġiċi li jirriżultaw fid-disponibbiltà ta’ alternattivi teknikament fattibbli, u l-użu tal-enerġija, l-effiċjenza, il-fattibbiltà ekonomika u l-kost ta’ dawk l-alternattivi, u għandhom jadottaw, fejn xieraq, abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, l-atti delegati msemmijin fil-paragrafu 2.

4.   Il-lista stabbilita skont il-paragrafu 2 tista’ tiġi aġġornata, fejn xieraq, fid-dawl tas-sejbiet tar-rapporti ta’ kull erba’ snin imħejjija mill-bords ta’ valutazzjoni skont il-Protokoll jew tal-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni stess.

Artikolu 7

Aġenti ta’ proċess

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(1), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, jitqiegħdu fis-suq, u sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sabiex jintużaw bħala aġenti ta’ proċess fil-proċessi msemmijin fl-Anness III. Dawk is-sustanzi għandhom jintużaw biss bħala aġenti ta’ proċess soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jintużaw biss bħala aġenti ta’ proċess f’installazzjonijiet eżistenti fl-1 ta’ Settembru 1997, dment li l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu minn dawk l-installazzjonijiet ma jkunux sinifikanti, u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-paragrafu 3.

3.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi lista ta’ impriżi li għalihom huwa permess l-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, bħala aġenti ta’ proċess fil-proċessi msemmijin fl-Anness III fl-installazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, li jistabbilixxu l-kwantitajiet massimi li jistgħu jintużaw għall-kompożizzjoni jew għall-konsum bħala aġenti ta’ proċess u l-livelli massimi ta’ emissjonijiet għal kull waħda mill-impriżi kkonċernati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness III fejn ikun neċessarju minħabba żviluppi tekniċi jew deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet għall-Protokoll.

Artikolu 8

Użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(1), is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jiġu prodotti, imqegħdin fis-suq u sussegwentement forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sabiex jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi, u soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina kwalunkwe użu essenzjali fil-laboratorji u analitiku li għalih il-produzzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jkunu permessi fl-Unjoni, il-perjodu li għalih hija valida l-eżenzjoni u dawk l-utenti li jistgħu jieħdu vantaġġ minn dawk l-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

3.   Impriża li tqiegħed fis-suq u sussegwentement tforni jew tagħmel disponibbli lil persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandha żżomm rekords tal-informazzjoni li ġejja għal kull sustanza:

(a)

l-isem;

(b)

il-kwantità mqiegħda fis-suq jew fornita;

(c)

l-iskop tal-użu;

(d)

il-lista tax-xerrejja u tal-fornituri.

4.   Impriża li tuża sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandha żżomm rekords tal-informazzjoni li ġejja għal kull sustanza:

(a)

l-isem;

(b)

il-kwantità fornita jew użata;

(c)

l-iskop tal-użu;

(d)

lista ta’ fornituri.

5.   Ir-rekords imsemmijin fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jinżammu għal mill-inqas 5 snin u għandhom isiru disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

6.   Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitqiegħdu fis-suq u sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness IV.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness IV fejn dan ikun neċessarju minħabba żviluppi tekniċi jew deċiżjonijiet meħudin mill-Partijiet għall-Protokoll.

Artikolu 9

Użi kritiċi tal-aloni

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-aloni jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għal użi kritiċi f’konformità mal-Anness V. L-aloni jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss u sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas minn impriżi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex jaħżnu aloni għal użi kritiċi.

2.   Is-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u l-apparat għat-tifi tan-nar li fihom aloni applikati għall-użi kritiċi msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk l-aloni għandhom jiġu ddekummissjonati sad-dati finali stipulati fl-Anness V. L-aloni li jinsabu f’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u l-apparat għat-tifi tan-nar għandhom jiġu rkuprati f’konformità mal-Artikolu 20(5).

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness V fejn alternattivi jew teknoloġija teknikament u ekonomikament fattibbli ma jkunux disponibbli għall-użi kritiċi elenkati f’dak l-Anness fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti fih jew ma jkunux aċċettabbli minħabba l-effett tagħhom fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa, jew fejn ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni dwar użi kritiċi tal-aloni, stabbiliti b’mod partikolari taħt il-Protokoll, mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali jew skont il-Konvenzjoni għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Bastimenti.

4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara talba sostanzjata mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tagħti derogi limitati biż-żmien mid-dati tat-tmiem jew mid-dati limitu stipulati fl-Anness V għal każ speċifiku fejn jintwera fit-talba għal deroga li ma hemm l-ebda alternattiva teknikament u ekonomikament fattibbli disponibbli għal dik l-applikazzjoni partikolari. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinkludi rekwiżiti ta’ rapportar u għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn meħtieġa għall-monitoraġġ tal-użu tad-deroga, inkluż evidenza dwar il-kwantitajiet tal-aloni rkuprati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, ir-riżultati tal-kontrolli ta’ tnixxijiet u l-kwantitajiet ta’ ħażniet ta’ aloni mhux użati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 10

L-użu ta’ emerġenza tal-bromur tal-metil

1.   Fil-każ ta’ emerġenza, fejn minħabba tifqigħat għall-għarrieda ta’ pesti jew ta’ mard partikolari jkun meħtieġ hekk, il-Kummissjoni, fuq talba tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tista’ tawtorizza, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u wara notifika lis-Segretarjat tal-Ożonu f’konformità mad-Deċiżjoni IX/7 tal-Partijiet għall-Protokoll, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu temporanju tal-bromur tal-metil, dment li t-tqegħid fis-suq u l-użu tal-bromur tal-metil ikunu permessi, rispettivament, skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1107/2009 u (UE) Nru 528/2012. Kwalunkwe kwantità mhux użata ta’ bromur tal-metil għandha tinqered.

2.   L-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ bromur tal-metil waqt l-użu u japplikaw għal perjodu li ma jaqbiżx il-120 jum u għal kwantità li ma taqbiżx l-20 tunnellata metrika ta’ bromur tal-metil. F’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinkludi rekwiżiti ta’ rapportar u għandha teħtieġ is-sottomissjoni ta’ evidenza ta’ sostenn neċessarja għall-monitoraġġ tal-użu tal-bromur tal-metil, inkluż evidenza dwar il-qerda tas-sustanza wara t-tmiem tad-deroga. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Artikolu 11

Eżenzjonijiet relatati ma’ prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi

1.   B’deroga mill-Artikolu 5(1), il-prodotti u t-tagħmir li għalihom huwa awtorizzat l-użu tas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu rispettiva f’konformità mal-Artikolu 8 jew 9 jistgħu jitqiegħdu fis-suq, sussegwentement forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas.

2.   Għajr għall-użi kritiċi msemmijin fl-Artikolu 9(1), is-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u t-tagħmir għat-tifi tan-nar li jkun fihom aloni għandhom jiġu pprojbiti u għandhom jiġu ddekummissjonati.

3.   Il-prodotti u t-tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawk is-sustanzi, għandhom jiġu ddekummissjonati meta jilħqu t-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

Artikolu 12

Il-qerda u r-reklamazzjoni

B’deroga mill-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(1), sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, elenkati fl-Anness I, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawn is-sustanzi, jistgħu jitqiegħdu fis-suq, sussegwentement jiġu forniti jew imqegħdin għad-dispożizzjoni ta’ persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas, għall-qerda fl-Unjoni skont l-Artikolu 20(6). Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jistgħu jitqiegħdu wkoll fis-suq għar-reklamazzjoni fl-Unjoni.

Artikolu 13

Importazzjonijiet

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(2) u mill-Artikolu 5(2), huma permessi l-importazzjonijiet li ġejjin:

(a)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw bħala materja prima f’konformità mal-Artikolu 6;

(b)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw bħala aġenti ta’ proċess f’konformità mal-Artikolu 7;

(c)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi f’konformità mal-Artikolu 8;

(d)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għall-qerda permezz ta’ teknoloġija kif imsemmija fl-Artikolu 20(6);

(e)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għar-reklamazzjoni kif imsemmijin fl-Artikolu 12;

(f)

bromur tal-metil għal użu ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikolu 10;

(g)

aloni rkuprati, irriċiklati jew irreklamati, bil-kundizzjoni li jiġu importati biss għall-użi kritiċi msemmijin fl-Artikolu 9(1) minn impriżi awtorizzati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat sabiex jaħżnu l-aloni għal użi kritiċi;

(h)

prodotti u tagħmir li fihom l-aloni jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi mill-aloni, għall-finijiet tal-użi kritiċi msemmijin fl-Artikolu 9(1);

(i)

prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawn is-sustanzi, għall-qerda, fejn applikabbli mit-teknoloġija kif imsemmija fl-Artikolu 20(6);

(j)

prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawn is-sustanzi, għall-finijiet tal-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 8.

2.   L-importazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja valida lill-awtoritajiet doganali, maħruġin mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16, ħlief fil-każ ta’ ħażna temporanja.

Artikolu 14

Esportazzjonijiet

1.   B’deroga mill-Artikolu 4(2) u mill-Artikolu 5(2), huma permessi l-esportazzjonijiet li ġejjin:

(a)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 8;

(b)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw bħala materja prima f’konformità mal-Artikolu 6;

(c)

sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jintużaw bħala aġenti ta’ proċess f’konformità mal-Artikolu 7;

(d)

idroklorofluworokarburi verġni jew reklamati, għal użi għajr dawk imsemmijin fil-punti (a) u (b), ħlief għall-qerda;

(e)

aloni rkuprati, irriċiklati jew irreklamati maħżunin għal użi kritiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 9(1) minn impriżi awtorizzati mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat biex jaħżnu l-aloni għal użi kritiċi;

(f)

prodotti u tagħmir li fihom l-aloni jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi mill-aloni, għall-finijiet tal-użi kritiċi kif imsemmijin fl-Artikolu 9(1);

(g)

prodotti u tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu importati skont l-Artikolu 13(1), il-punt (j), jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi minn dawn is-sustanzi.

2.   B’deroga mill-Artikolu 5(2), il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, wara talba minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, tawtorizza l-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom idroklorofluworokarburi fejn jintwera li fid-dawl tal-valur ekonomiku u tat-tul tal-ħajja li jifdal mistenni tal-merkanzija speċifika, il-projbizzjoni tal-esportazzjoni tkun timponi piż sproporzjonat fuq l-esportatur, u tali esportazzjoni tkun f’konformità mal-leġiżlazzjoni domestika tal-pajjiż tad-destinazzjoni. Qabel ma tawtorizza t-talba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-leġiżlazzjoni domestika tal-pajjiż tad-destinazzjoni tiżgura li tali prodotti u tagħmir għandhom, wara t-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jiġu ttrattati b’mod xieraq bil-ħsieb li jiġu minimizzati r-rilaxxi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

Qabel din l-esportazzjoni, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-pajjiż tad-destinazzjoni dwar dan.

3.   L-esportazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja valida lill-awtoritajiet doganali maħruġa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16, ħlief fil-każ ta’ riesportazzjoni sussegwenti għal ħażna temporanja.

Artikolu 15

Kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet

1.   L-importazzjoni, it-tqegħid fis-suq, kwalunkwe provvista sussegwenti jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal persuna oħra fl-Unjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas, l-użu, jew l-esportazzjoni ta’ kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, vojta, jew kompletament jew parzjalment mimlijin, għandhom jiġu pprojbiti, ħlief għall-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi kif imsemmi fl-Artikolu 8. Kontenituri bħal dawn jistgħu jinħażnu jew jiġu ttrasportati biss għar-rimi sussegwenti.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, jiġifieri:

(a)

kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew mingħajr ma jiġu adattati għal dak l-għan; u

(b)

kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew iżda li huma importati jew li jitqiegħdu fis-suq mingħajr ma jkun sar provvediment għar-ritorn tagħhom għall-mili mill-ġdid.

2.   Kwalunkwe kontenitur li ma jistax jerġa’ jimtela kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandu jiġi issekwestrat, ikkonfiskat, irtirat jew jissejjaħ lura mis-suq mill-awtoritajiet doganali jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jintrema billi jinqered. Għandha tkun ipprojbita l-esportazzjoni mill-ġdid ta’kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew li huma pprojbiti f’konformità mal-paragrafu 1.

3.   Impriżi li jqiegħdu fis-suq kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jipproduċu dikjarazzjoni ta’ konformità, li tinkludi evidenza li tikkonferma li hemm arranġamenti vinkolanti stabbiliti biex dawk il-kontenituri jiġu rritornati għall-fini li jimtlew mill-ġdid, u li b’mod partikolari tidentifika l-atturi rilevanti, l-impenji obbligatorji tagħhom u l-arranġamenti loġistiċi rilevanti. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu vinkolanti fuq id-distributuri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jiddistribwixxuhom lill-utent aħħari.

L-impriżi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq ta’ kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u għandhom jagħmlu dik id-dikjarazzjoni disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni. Il-fornituri tal-kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jfornuhom lill-utenti finali għandhom iżommu evidenza tal-konformità ma’ dawk l-arranġamenti msemmijin fl-ewwel subparagrafu għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mill-forniment lill-utent aħħari u għandhom jagħmlu dik l-evidenza disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina r-rekwiżiti biex jiġu inklużi l-elementi li huma essenzjali għall-arranġamenti vinkolanti msemmijin fl-ewwel subparagrafu fid-dikjarazzjoni ta’ konformità. Atti ta’ implimentazzjoni bħal dawk għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

4.   It-tqegħid fis-suq ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jiġu pprojbiti, sakemm il-produtturi jew l-importaturi ma jipprovdux evidenza lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru fiż-żmien ta’ tali tqegħid fis-suq, li kwalunkwe trifluworometan, prodott bħala prodott sekondarju matul il-proċess tal-produzzjoni tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, inkluż matul il-produzzjoni tal-materja prima għall-produzzjoni ta’ dawk is-sustanzi, ikun inqered jew ġie rkuprat għall-użu sussegwenti, bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli.

Għall-finijiet li tiġi pprovduta dik l-evidenza, il-produtturi u l-importaturi għandhom ifasslu dikjarazzjoni ta’ konformità, akkumpanjata minn dokumentazzjoni ta’ sostenn li:

(a)

tistabbilixxi l-oriġini tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq;

(b)

tidentifika l-faċilità tal-produzzjoni tal-oriġini tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq, inkluża identifikazzjoni ta’ dawk il-faċilitajiet ta’ oriġini ta’ kwalunkwe sustanza prekursur li tinvolvi l-ġenerazzjoni ta’ klorodifluworometan (R-22) bħala parti mill-proċess ta’ produzzjoni li jipproduċi s-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għandhom jitqiegħdu fis-suq;

(c)

tagħti prova tad-disponibbiltà u t-tħaddim tat-teknoloġija tat-tnaqqis fil-faċilitajiet tal-oriġini ekwivalenti għall-metodoloġija tal-linja bażi AM0001 approvata mill-UNFCCC għall-inċinerazzjoni ta’ flussi ta’ skart tat-trifluworometan jew li tagħti prova tal-metodoloġija ta’ qbid u qerda li tiżgura li l-emissjonijiet tat-trifluworometan jinqerdu f’konformità mar-rekwiżiti skont il-Protokoll;

(d)

tiffaċilita, dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, it-traċċar tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu qabel l-importazzjoni.

Il-produtturi u l-importaturi għandhom iżommu d-dikjarazzjoni ta’ konformità u d-dokumentazzjoni ta’ sostenn għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin mit-tqegħid fis-suq u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-arranġamenti dettaljati relatati mad-dikjarazzjoni ta’ konformità u mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn imsemmijin fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

5.   Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I prodotti jew imqegħdin fis-suq bħala materja prima, bħala aġenti ta’ proċess, għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi, jew għall-qerda jew għar-reklamazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli, 7, 8 u 12 rispettivament, jistgħu jintużaw biss għal dawk l-għanijiet.

Kontenituri li fihom is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu maħsubin għall-użi msemmijin fl-Artikoli 6, 7, 8 u 12 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu ttikkettati b’indikazzjoni ċara li s-sustanza tista’ tintuża biss għall-iskop applikabbli. Fejn tali sustanzi jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ tikkettar previsti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, tali indikazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tikketti msemmijin f’dak ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-format u l-indikazzjoni li trid tintuża fuq it-tikketti msemmijin fit-tieni subparagrafu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

6.   L-impriżi li jipproduċu, inkluż bi produzzjoni sekondarja jew inċidentali, iqiegħdu fis-suq, ifornu lil persuna oħra fl-Unjoni jew jirċievu mingħand persuna oħra fl-Unjoni, sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, maħsuba għall-użu bħala materja prima, bħala aġenti ta’ proċess, jew maħsuba biex jinqerdu jew jiġu reklamati, kif ukoll impriżi li jeqirdu jew jirreklamaw dawk is-sustanzi jew jużaw dawk is-sustanzi bħala materja prima jew bħala aġenti ta’ proċess, għandhom iżommu rekords li jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja għal kull sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu, kif xieraq:

(a)

l-isem tas-sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu jew tat-taħlita li jkun fiha sustanza bħal din;

(b)

il-kwantità prodotta, importata, esportata, reklamata jew meqruda matul is-sena kalendarja partikolari;

(c)

il-kwantità fornita u riċevuta matul is-sena kalendarja partikolari, għal kull fornitur jew riċevitur individwali;

(d)

l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri jew tar-riċevituri;

(e)

il-kwantità użata matul is-sena kalendarja partikolari u l-ispeċifikazzjoni tal-użu attwali; u

(f)

il-kwantità maħżuna fl-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja partikolari.

L-impriżi għandhom iżommu r-rekords imsemmija fl-ewwel subparagrafu għal mill-inqas 5 snin wara l-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq, il-provvista jew ir-riċeviment, u għandhom jagħmluhom disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni. Dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mniżżla f’dawk ir-rekords.

KAPITOLU IV

Kummerċ

Artikolu 16

Sistema ta’ liċenzjar

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura t-tħaddim tas-sistema elettronika ta’ liċenzjar għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u għall-prodotti u t-tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi (“is-sistema ta’ liċenzjar”).

2.   L-impriżi li jixtiequ jiksbu l-liċenzji meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 13(2) jew mal-Artikolu 14(3) għandhom jissottomettu applikazzjoni bl-użu tas-sistema ta’ liċenzjar. Qabel ma jissottomettu applikazzjoni bħal din, l-impriżi għandu jkollhom reġistrazzjoni valida fis-sistema ta’ liċenzjar. L-impriżi għandhom jiżguraw ukoll li jkollhom reġistrazzjoni valida fis-sistema ta’ liċenzjar qabel ma jirrapportaw skont l-Artikolu 24.

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji għandhom jiġu pproċessati fi żmien 30 jum. Il-liċenzji għandhom jinħarġu f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness VII.

3.   Jistgħu jinħarġu liċenzji lil impriżi bi stabbiliment fl-Unjoni u lil impriżi bi stabbiliment barra mill-Unjoni.

L-impriżi bi stabbiliment barra mill-Unjoni għandhom jaħtru rappreżentant uniku bi stabbiliment fl-Unjoni li jassumi r-responsabbiltà sħiħa għall-konformità ma’ dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant uniku jista’ jkun l-istess wieħed maħtur skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

4.   Il-liċenzji għandhom ikunu limitati biż-żmien. Dawn għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu, jiġu sospiżi jew revokati mill-Kummissjoni skont dan l-Artikolu, jew sakemm jiġu rtirati mill-impriża. Fil-każ ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet ta’ aloni rkuprati, riċiklati jew reklamati maħżuna għall-użi kritiċi msemmija fl-Artikolu 9(1), il-limitu ta’ żmien ma għandux jaqbeż id-data tat-tmiem għall-użu kritiku stabbilita fl-Anness V.

5.   Kull impriża li jkollha liċenzja għandha, matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja, tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed bi kwalunkwe bidla li tista’ sseħħ matul il-perjodu ta’ validità tal-liċenzja fir-rigward tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Anness VII.

6.   Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni addizzjonali fejn meħtieġ sabiex tikkonferma l-preċiżjoni u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta mill-impriżi f’konformità mal-Anness VII.

7.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet doganali, jew il-Kummissjoni jistgħu jeħtieġu ċertifikat li jafferma n-natura jew il-kompożizzjoni tas-sustanzi li se jiġu importati jew esportati u jistgħu jitolbu kopja tal-liċenzja maħruġa mill-pajjiż li minnu ssir l-importazzjoni jew li lejh issir l-esportazzjoni.

8.   Il-Kummissjoni tista’ tikkondividi d-data ppreżentata fis-sistema ta’ liċenzjar sa fejn ikun meħtieġ f’każijiet speċifiċi mal-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għall-Protokoll ikkonċernati.

9.   Liċenzja għandha tiġi sospiża meta jkun hemm suspett raġonevoli li ma jkunx hemm konformità ma’ kwalunkwe obbligu stabbilit f’dan ir-Regolament. Liċenzja għandha tiġi revokata meta jkun hemm evidenza li ma jkunx hemm konformità ma’ kwalunkwe obbligu stabbilit f’dan ir-Regolament. L-applikazzjoni għal-liċenzja għandha tiġi miċħuda wkoll jew il-liċenzja għandha tiġi rrevokata meta jkun hemm evidenza ta’ ksur serju jew ripetut tal-liġi doganali tal-Unjoni jew tal-liġi ambjentali tal-Unjoni mill-impriża relatata mal-attivitajiet tagħha skont dan ir-Regolament.

L-impriżi għandhom, mill-aktar fis possibbli, jiġu informati bi kwalunkwe applikazzjoni għal liċenzja li tkun qed tiġi miċħuda jew bi kwalunkwe liċenzja li tkun qiegħda tiġi sospiża jew irrevokata, filwaqt li jispeċifikaw ir-raġunijiet għar-rifjut, għas-sospensjoni jew għar-revoka. L-Istati Membri għandhom jiġu informati wkoll b’każijiet bħal dawn.

10.   L-impriżi għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw li esportazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu ma:

(a)

tkunx tikkostitwixxi każ ta’ kummerċ illegali;

(b)

jkollhiex impatt avvers fuq l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll meħudin mill-pajjiż tad-destinazzjoni sabiex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-Protokoll;

(c)

twassalx għal eċċess tal-limiti kwantitattivi skont il-Protokoll għall-pajjiż li hemm referenza għalih fil-punt (b).

11.   L-awtoritajiet kompetentital-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet doganali, għandu jkollhom aċċess għas-sistema ta’ liċenzjar bl-iskop li jinfurzaw dan ir-Regolament. L-aċċess għas-sistema ta’ liċenzjar mill-awtoritajiet doganali għandu jiġi żgurat permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana (“Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana”) msemmi fil-paragrafi 14 u 15.

12.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni inkluża fis-sistema ta’ liċenzjar.

13.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness VII fejn ikun neċessarju li jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-sistema ta’ liċenzjar, sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar tal-kontrolli doganali, jew fejn ikun neċessarju li jkun hemm konformità mal-Protokoll.

14.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-interkonnessjoni tas-sistema ta’ liċenzjar mal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana permezz tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana - Sistema ta’ Skambju taċ-Ċertifikati stabbilita bir-Regolament (UE) 2022/2399.

15.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-interkonnessjoni tal-ambjenti nazzjonali tagħhom ta’ tieqa unika għad-dwana mas-Sistema ta’ Skambju taċ-Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana għall-fini tal-iskambju ta’ informazzjoni mas-sistema ta’ liċenzjar.

Article 17

Kontrolli tal-kummerċ

1.   L-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinfurzaw il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet oħrajn stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-importazzjonijiet u tal-esportazzjonijiet.

2.   Għall-finijiet tal-importazzjoni, l-impriża li jkollha l-liċenzja skont l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-Regolament għandha tkun l-importatur. Meta l-importatur ma jkunx disponibbli, l-impriża li jkollha dik il-liċenzja għandha tkun id-dikjarant indikat fid-dikjarazzjoni doganali li jkun id-detentur tal-awtorizzazzjoni għal proċedura speċjali għajr it-tranżitu, sakemm ma jkunx hemm trasferiment ta’ drittijiet u obbligi skont l-Artikolu 218 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex persuna oħra titħalla tkun id-dikjarant. Fil-każ ta’ proċedura ta’ tranżitu, l-impriża li jkollha l-liċenzja għandha tkun id-detentur tal-proċedura.

Għall-finijiet tal-esportazzjoni, l-impriża li jkollha l-liċenzja skont l-Artikolu 14(3) għandha tkun l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali.

3.   F’każijiet ta’ importazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-importatur jew, fejn ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew fid-dikjarazzjoni għall-ħażna temporanja, u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, għandu jipprovdi lill-awtoritajiet doganali l-informazzjoni li ġejja, fejn rilevanti, fid-dikjarazzjoni doganali:

(a)

in-numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistrazzjoni fis-sistema ta’ liċenzjar u n-numru tal-liċenzja skont l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(3);

(b)

in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI);

(c)

il-massa netta tas-sustanza/i li tnaqqas/inaqqsu s-saff tal-ożonu, anki meta tkun/ikunu inkluża/i fi prodotti u f’tagħmir;

(d)

il-massa netta mmoltiplikata bl-ODP tas-sustanza/i li tnaqqas/jnaqqsu l-ożonu, anki meta tkun inkluża fi prodotti u f’tagħmir;

(e)

il-kodiċi tal-komodità li taħtu tiġi kklassifikata l-merkanzija.

4.   L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw, b’mod partikolari, jekk f’każijiet ta’ importazzjonijiet l-importatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali jew, fejn ma jkunx disponibbli, id-dikjarant, u f’każijiet ta’ esportazzjonijiet l-esportatur indikat fid-dikjarazzjoni doganali, ikollu liċenzja valida skont l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(3).

5.   Fejn rilevanti, l-awtoritajiet doganali għandhom jikkomunikaw informazzjoni dwar l-iżdoganar tal-merkanzija lis-sistema ta’ liċenzjar permezz tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana.

6.   L-importaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I f’kontenituri li jistgħu jerġgħu jimtlew għandhom, fil-mument meta tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali dikjarazzjoni ta’ konformità kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), inkluża evidenza li tikkonferma l-arranġamenti fis-seħħ għar-ritorn tal-kontenitur għall-fini ta’ mili mill-ġdid.

7.   Importaturi tal-aloni f’konformità mal-Artikolu 13(1), il-punt (g), u esportaturi tal-aloni f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punt (e), għandhom, fil-mument li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew mal-esportazzjoni, jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali ċertifikat li jikkonferma n-natura tas-sustanza kif elenkata fl-Artikolu 13(1), il-punt (g), u fl-Artikolu 14(1), il-punt (e).

8.   L-importaturi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jagħmlu disponibbli għall-awtoritajiet doganali fil-mument li tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni doganali relatata mar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, l-evidenza msemmija fl-Artikolu 15(4).

9.   L-awtoritajiet doganali għandhom jivverifikaw il-konformità mar-regoli dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, meta jwettqu l-kontrolli bbażati fuq analiżi tar-riskju fil-kuntest tas-Sistema Doganali ta’ Ġestjoni tar-Riskji u f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Dik l-analiżi tar-riskju għandha tqis, b’mod partikolari, kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar il-probabbiltà ta’ kummerċ illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u l-istorja tal-konformità tal-impriża kkonċernata.

10.   Fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju, meta twettaq kontrolli doganali fiżiċi fuq is-sustanzi, prodotti u tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma koperti minn dan ir-Regolament, l-awtorità doganali għandha, b’mod partikolari, tivverifika dan li ġej fuq l-importazzjonijiet u fuq l-esportazzjonijiet:

(a)

li l-merkanzija ppreżentata tikkorrispondi għal dik deskritta fil-liċenzja u fid-dikjarazzjoni doganali;

(b)

li l-merkanzija tkun ittikkettata f’konformità mal-Artikolu 15(5) qabel ma dik il-merkanzija tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

L-importatur jew l-esportatur għandu jagħmelil-liċenzja tagħhom disponibbli għall-awtoritajiet doganali matul il-kontrolli f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

11.   L-awtoritajiet doganali għandhom jikkonfiskaw jew jissekwestraw is-sustanzi, il-prodotti u t-tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma pprojbiti minn dan ir-Regolament għar-rimi f’konformità mal-Artikoli 197 u 198 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 jew għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw il-konfiska u l-qbid ta’ tali sustanzi, prodotti u tagħmir għar-rimi tagħhome. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirtiraw jew isejħu lura mis-suq tali sustanzi u prodotti u tagħmir f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2019/1020.

Ir-riesportazzjoni ta’ sustanzi u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma koperti minn dan ir-Regolament li ma jikkonformax ma’ dan ir-Regolament għandha tkun ipprojbita.

12.   L-awtoritajiet doganali jew l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jipprevjenu tentattivi għall-importazzjoni jew għall-esportazzjoni tas-sustanzi, tal-prodotti u tat-tagħmir li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li huma koperti minn dan ir-Regolament li diġà ma kinux permessi jidħlu jew joħorġu mit-territorju.

13.   L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw jew japprovaw uffiċċji doganali jew postijiet oħrajn u għandhom jispeċifikaw ir-rotta lejn dawk l-uffiċċji u l-postijiet, f’konformità mal-Artikoli 135 u 267 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Unjoni jew mal-ħruġ tagħhom minnu. Il-kontrolli għandhom jitwettqu mill-persunal tal-uffiċċju doganali jew minn persuni awtorizzati oħra f’konformità mar-regoli nazzjonali, li jkollhom għarfien dwar kwistjonijiet relatati mal-prevenzjoni ta’ attivitajiet illegali koperti minn dan ir-Regolament u jkollhom aċċess għal tagħmir xieraq biex iwettqu l-kontrolli fiżiċi rilevanti abbażi ta’ analiżi tar-riskju.

L-uffiċċji doganali ddeżinjati jew approvati jew postijiet oħrajn imsemmijin fl-ewwel subparagrafu biss għandhom ikunu awtorizzati jiftħu jew itemmu proċedura ta’ tranżitu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, jew ta’ prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi, jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi.

Artikolu 18

Miżuri għall-monitoraġġ tal-kummerċ illegali

1.   Abbażi ta’ monitoraġġ regolari tal-kummerċ ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u valutazzjoni tar-riskji potenzjali ta’ kummerċ illegali marbuta mal-movimenti ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex:

(a)

tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-kriterji li għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri meta jwettqu l-verifiki, f’konformità mal-Artikolu 26, biex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament;

(b)

tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika r-rekwiżiti li għandhom jiġu vverifikati fil-monitoraġġ, f’konformità mal-Artikolu 17, ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, imqiegħda taħt ħażna temporanja, jew taħt proċedura doganali, inkluża proċedura ta’ ħażna doganali jew taż-żona libera, jew fi tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(c)

temenda dan ir-Regolament billi żżid metodoloġiji ta’ traċċar għal sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu mqiegħda fis-suq għall-monitoraġġ, f’konformità mal-Artikoli 13 u 14, tal-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, u prodotti u tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, imqiegħda taħt ħażna temporanja jew taħt proċedura doganali.

2.   Meta tadotta att delegat skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tqis il-benefiċċji ambjentali u l-impatti soċjoekonomiċi tal-metodoloġija li għandha tiġi stabbilita skont il-punti (a), (b) u (c) ta’ dak il-paragrafu.

Article 19

Il-kummerċ ma’ Stati jew ma’ organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali u ma’ territorji mhux koperti mill-Protokoll

1.   L-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, minn u lejn kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika li ma tkunx qablet li tkun marbuta bid-dispożizzjonijiet tal-Protokoll applikabbli għal sustanza partikolari kkontrollata skont il-Protokoll, għandhom ikunu pprojbiti.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi r-regoli applikabbli għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera u għall-esportazzjoni ta’ prodotti u ta’ tagħmir importati minn u esportati lejn kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali fis-sens tal-paragrafu 1, li ġew prodotti bl-użu ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I iżda li ma fihomx sustanzi li jistgħu jiġu identifikati b’mod pożittiv bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati f’dak l-Anness, kif ukoll regoli dwar l-identifikazzjoni ta’ tali prodotti u tagħmir. Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis id-deċiżjonijiet rilevanti meħuda mill-Partijiet għall-Protokoll u, fir-rigward tar-regoli dwar l-identifikazzjoni ta’ tali prodotti u tagħmir, kwalunkwe parir tekniku perjodiku mogħti lill-Partijiet għall-Protokoll.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-kummerċ ma’ kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika fis-sens tal-paragrafu 1 f’sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u fi prodotti u f’tagħmir li fih dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tiegħu jiddependi fuq dawk is-sustanzi jew li huwa prodott permezz ta’ xi waħda jew aktar minn dawk is-sustanzi, jista’ jkun awtorizzat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, sal-limitu li l-Istat jew l-organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika hija determinata minn laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 4(8) tal-Protokoll sabiex tkun f’konformità sħiħa mal-Protokoll u tkun ippreżentat data għal dak l-għan kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

4.   Soġġett għal kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Partijiet għall-Protokoll, kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-paragrafu 1 għandu japplika għal kwalunkwe territorju mhux kopert mill-Protokoll bl-istess mod kif tali deċiżjonijiet japplikaw għal kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali ta’ integrazzjoni ekonomika fis-sens tal-paragrafu 1.

5.   Meta l-awtoritajiet ta’ territorju li ma jkunx kopert mill-Protokoll ikunu konformi mal-Protokoll u jkunu ppreżentaw data għal dak l-iskop kif speċifikat fl-Artikolu 7 tal-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li wħud mid-dispożizzjonijiet jew id-dispożizzjonijiet kollha tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal dak it-territorju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

KAPITOLU V

Kontroll tal-emissjonijiet

Artikolu 20

Irkupru u qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jkunu użati

1.   Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jkunu jinsabu f’tagħmir ta’ refriġerazzjoni u tagħmir ta’ arja kundizzjonata u pompi tas-sħana, f’tagħmir li jkun fih solventi jew sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’tagħmir għat-tifi tan-nar, għandhom, waqt manutenzjoni jew servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, ikunu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, sakemm tali rkupru ma jkunx regolat skont atti legali oħrajn tal-Unjoni.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2025, is-sidien u l-kuntratturi tal-bini għandhom jiżguraw li, matul l-attivitajiet ta’ rinnovazzjoni, rikondizzjonar jew ta’ demolizzjoni li jimplikaw it-tneħħija ta’ pannelli tal-fowm li fihom fowms b’sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, l-emissjonijiet jiġu evitati sa fejn ikun possibbli permezz tat-trattament tal-fowms jew tas-sustanzi li jinsabu fihom b’mod li jiżgura l-qerda ta’ dawk is-sustanzi. Fil-każ tal-irkupru ta’ dawk is-sustanzi, l-irkupru għandu jitwettaq biss minn persuni fiżiċi kkwalifikati kif xieraq.

3.   Mill-1 ta’ Jannar 2025, is-sidien tal-bini u l-kuntratturi għandhom jiżguraw li, matul l-attivitajiet ta’ rinnovazzjoni, rikondizzjonar jew ta’ demolizzjoni li jimplikaw it-tneħħija ta’ fowms f’bordijiet laminati installati f’kavitajiet jew fi strutturi mibnijin li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, l-emissjonijiet jiġu evitati sa fejn ikun possibbli permezz tat-trattament tal-fowms jew tas-sustanzi li jinsabu fihom b’mod li jiżgura l-qerda ta’ dawk is-sustanzi. Fil-każ tal-irkupru ta’ dawk is-sustanzi, l-irkupru għandu jitwettaq biss minn persuni fiżiċi kkwalifikati kif xieraq.

Meta t-tneħħija tal-fowms imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma jkunx teknikament fattibbli, is-sid jew il-kuntrattur tal-bini għandu jfassal dokumentazzjoni li tipprovdi evidenza dwar l-infattibbiltà tat-tneħħija fil-każ speċifiku. Tali dokumentazzjoni għandha tinżamm għal 5 snin u għandha ssir disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

4.   Matul il-manutenzjoni jew is-servizzjar tat-tagħmir jew qabel iż-żarmar jew ir-rimi tat-tagħmir, l-aloni li jinsabu fis-sistemi ta’ protezzjoni min-nar u fl-apparat għat-tifi tan-nar għandhom jiġu rkuprati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni.

Il-qerda tal-aloni hija għandha tiġi pprojbita sakemm ma jkunx hemm evidenza dokumentata li l-purità tas-sustanza rkuprata jew riċiklata ma tippermettix teknikament ir-reklamazzjoni u l-użu mill-ġdid sussegwenti tagħha. L-impriżi li jeqirdu l-aloni f’każijiet bħal dawn għandhom iżommu din id-dokumentazzjoni għal tal-anqas 5 snin. Tali dokumentazzjoni għandha ssir disponibbli, fuq talba, lill-awtorita’ kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

5.   Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jinsabu fi prodotti u f’tagħmir għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom, jekk teknikament u ekonomikament fattibbli, jiġu rkuprati għall-qerda, għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni, jew għandhom jinqerdu mingħajr irkupru minn qabel, sakemm tali rkupru ma jkunx regolat skont atti legali oħrajn tal-Unjoni.

6.   Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I, u prodotti u tagħmir li fihom tali sustanzi, għandhom jinqerdu biss minn teknoloġija ta’ qerda li tkun ġiet approvata mill-Partijiet għall-Protokoll.

Sustanzi oħrajn li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li għalihom it-teknoloġija ta’ qerda ma tkunux ġiet approvata għandhom jinqerdu biss minn teknoloġija ta’ qerda li tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u dik nazzjonali dwar l-iskart u meta rekwiżiti addizzjonali skont tali leġiżlazzjoni jkunu ssodisfati.

7.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta’ prodotti u ta’ tagħmir li għalihom l-irkupru ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew il-qerda ta’ prodotti u ta’ tagħmir mingħajr irkupru minn qabel ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għandhom jitqiesu teknikament u ekonomikament fattibbli, filwaqt li jiġu speċifikati, jekk ikun xieraq, it-teknoloġija li għandha tiġi applikata.

8.   L-Istati Membri għandhom jippromwovu l-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni u l-qerda ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I u għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal involut.

Artikolu 21

Rilaxx ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u kontrolli ta’ tnixxijiet

1.   Ir-rilaxx intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu fl-atmosfera, inkluż meta jkunu jinsabu fi prodotti u tagħmir, għandu jkun ipprojbit meta r-rilaxx ma jkunx teknikament meħtieġ għall-użi maħsubin permessi skont dan ir-Regolament.

2.   L-impriżi għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha neċessarji sabiex jipprevjenu u jimminimizzaw kwalunkwe rilaxx mhux intenzjonat ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu matul il-produzzjoni, inkluż meta rilaxx huwa prodott b’mod mhux intenzjonat matul il-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi oħra, il-proċess tal-manifattura tat-tagħmir, l-użu, il-ħażna u t-trasferiment minn kontenitur jew minn sistema għal oħra jew għat-trasport.

3.   L-operaturi ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni u arja kundizzjonata jew pompi tas-sħana, jew sistemi ta’ protezzjoni min-nar, inklużi ċ-ċirkwiti tagħhom, li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I għandhom jiżguraw li tagħmir jew sistemi stazzjonarji:

(a)

b’kontenut fluidu ta’ 3 kg jew aktar iżda ta’ anqas minn 30 kg ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jiġu eżaminati għal xi tnixxija tal-anqas darba kull 12-il xahar, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament li jkunu tikkettati bħala tali u li fihom inqas minn 6 kg ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I;

(b)

b’kontenut fluidu ta’ 30 kg jew aktar iżda ta’ anqas minn 300 kg ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jiġu eżaminati għal xi tnixxija tal-anqas darba kull sitt xhur;

(c)

b’kontenut fluidu ta’ 300 kg jew aktar ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jiġu eżaminati għal xi tnixxija tal-anqas darba kull tliet xhur.

4.   L-operaturi ta’ tagħmir jew sistemi li jkun fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għandhom jiżguraw li kwalunkwe tnixxija individwata tissewwa mingħajr dewmien żejjed, mingħajr preġudizzju għall-projbizzjoni li jintużaw dawk is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, sakemm tali rkupru ma jkunx regolat skont atti legali oħrajn tal-Unjoni.

5.   L-operaturi msemmija fil-paragrafu 4 għandhom iżommu rekords tal-kwantità u t-tipi ta’ aloni miżjuda u ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I rkuprati waqt il-manutenzjoni jew is-servizzjar u r-rimi finali tat-tagħmir jew tas-sistemi msemmija f’dak il-paragrafu. Huma għandhom iżommu wkoll rekords ta’ informazzjoni rilevanti oħra, inkluża l-identifikazzjoni tal-impriża li tkun wettqet kontrolli ta’ tnixxjiet, il-manutenzjoni jew is-servizzjar, kif ukoll id-dati u r-riżultati tal-kontrolli ta’ tnixxijiet li jkunu twettqu. Dawk ir-rekords għandhom jinżammu għal tal-anqas 5 snin u għandhom ikunu disponibbli, fuq talba, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew lill-Kummissjoni.

6.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi ta’ kwalifika għall-persunal li jwettaq l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafi 3 u 4.

KAPITOLU VI

Listi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u rapportar

Artikolu 22

Emendi għal-listi ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness II sabiex tinkludi f’dak l-Anness kwalunkwe sustanza li ma hijiex koperta minn dan ir-Regolament iżda li nstabet mill-Bord tal-Valutazzjoni Xjentifika (“SAP”), stabbilit skont il-Protokoll, jew minn awtorità rikonoxxuta oħra ta’ statura ekwivalenti li għandha ODP sinifikanti.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness I sabiex tinkludi f’dak l-Anness kwalunkwe sustanza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li tiġi esportata, importata, prodotta jew imqiegħda fis-suq fi kwantitajiet sinifikanti u, jekk ikun xieraq, li jiġu ddeterminati eżenzjonijiet possibbli mir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II, jew IV.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Annessi I u II fir-rigward tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) u l-ODP ta’ dawk is-sustanzi, fejn ikun meħtieġ fid-dawl ta’ rapporti ġodda ta’ valutazzjonijiet mill-Bord Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima jew rapporti ġodda mill-SAP, u biex iżżid, fejn disponibbli, il-GWP ta’ dawk is-sustanzi fuq perjodu ta’ żmien ta’ 20 sena, ma’ dawk l-Annessi.

Artikolu 23

Rappurtar mill-Istati Membri

1.   Sat-30 ta’ Ġunju 2024 u kull sena wara dan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja f’format elettroniku lill-Kummissjoni, għas-sena kalendarja preċedenti:

(a)

il-kwantitajiet ta’ aloni installati, użati jew maħżuna għal użi kritiċi, imsemmija fl-Artikolu 9(1), il-miżuri meħudin sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom u stima ta’ dawn l-emissjonijiet, u l-progress sabiex jiġu evalwati u jintużaw alternattivi adegwati;

(b)

każijiet ta’ kummerċ illegali, b’mod partikolari dawk individwati matul il-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 26, inkluża, fejn applikabbli, l-impożizzjoni ta’ penali msemmija fl-Artikolu 27.

2.   Il-Kummissjoni tista’, jekk ikun xieraq, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-format għas-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu meta jkun neċessarju fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Partijiet għall-Protokoll.

Artikolu 24

Rapportar minn impriżi

1.   Sal-31 ta’ Marzu 2025 u kull sena wara dan, kull impriża għandha tirrapporta, permezz ta’ għodda elettronika ta’ rapportar, lill-Kummissjoni d-data elenkata fl-Anness VI għal kull sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu għas-sena kalendarja preċedenti.

L-Istati Membri għandu jkollhom ukoll aċċess għall-għodda ta’ rapportar elettroniku tal-impriżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom.

Qabel ir-rapportar, l-impriżi għandhom jirreġistraw fis-sistema ta’ liċenzjar.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni sottomessa lilhom f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

3.   Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-format u l-mezzi tar-rapportar imsemmijin fl-Anness VI. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 28(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 sabiex temenda l-Anness VI, fejn dan ikun meħtieġ fid-dawl tad-deċiżjonijiet tal-Partijiet għall-Protokoll.

KAPITOLU VII

Infurzar

Artikolu 25

Kooperazzjoni u skambju tal-informazzjoni

1.   Meta jkun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru, inklużi l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet ambjentali u kwalunkwe awtorità kompetenti oħra b’funzjonijiet ta’ spezzjoni, għandhom jikkooperaw ma’ xulxin, mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, mal-Kummissjoni, u, jekk ikun neċessarju, ma’ awtoritajiet amministrattivi ta’ pajjiżi terzi.

Meta tkun meħtieġa kooperazzjoni mal-awtoritajiet doganali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa tas-Sistema tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha lill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

2.   Meta l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru jindividwaw ksur ta’ dan ir-Regolament, dik l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità ambjentali jew, jekk ma tkunx rilevanti, lil kwalunkwe awtorità oħra responsabbli għall-infurzar tal-penali f’konformità mal-Artikolu 27.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikun jista’ jkollhom aċċess u jiskambjaw b’mod effiċjenti bejniethom kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Tali informazzjoni għandha tinkludi data relatata mad-dwana, informazzjoni dwar is-sjieda u l-istatus finanzjarju, kwalunkwe ksur tal-liġi ambjentali, kif ukoll data rreġistrata fis-sistema ta’ liċenzjar.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli wkoll għall-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħrajn u għall-Kummissjoni meta jkun meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-infurzar ta’ dan ir-Regolament.

4.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwissu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta jindividwaw ksur ta’ dan ir-Regolament li jista’ jaffettwa aktar minn Stat Membru wieħed. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra meta jindividwaw prodott rilevanti fis-suq li ma jkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, sabiex ikunu jista’ jiġi ssekwestrat, ikkonfiskat, irtirat jew jinġabar lura mis-suq għar-rimi.

Is-Sistema tal-Ġestjoni tar-Riskji Doganali għandu jintuża għall-iskambju ta’ informazzjoni relatata mar-riskji doganali.

L-awtoritajiet doganali għandhom jiskambjaw ukoll kwalunkwe informazzjoni rilevanti relatata ma’ ksur ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 (23) u għandhom jitolbu assistenza mill-Istati Membri l-oħrajn u mill-Kummissjoni fejn neċessarju.

Artikolu 26

Obbligu li jitwettqu kontrolli

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli sabiex jistabbilixxu jekk l-impriżi jikkonformawx mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.   Il-kontrolli għandhom jitwettqu skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju, li jqis, b’mod partikolari, l-istorja tal-konformità ta’ impriżi, ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ prodott speċifiku ma’ dan ir-Regolament, u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra riċevuta mill-Kummissjoni, mill-awtoritajiet doganali, mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, mill-awtoritajiet ambjentali u minn awtoritajiet oħrajn b’funzjonijiet ta’ spezzjoni tal-Istati Membri jew mill-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu wkoll kontrolli meta jkollhom evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra, inkluż fuq il-bażi ta’ tħassib sostanzjat ipprovdut minn partijiet terzi jew mill-Kummissjoni, dwar nuqqas potenzjali ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament.

3.   Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom jinkludu:

(a)

żjarat fuq il-post ta’ stabbilimenti bil-frekwenza xierqa u l-verifika tad-dokumentazzjoni u tat-tagħmir rilevanti; u

(b)

kontrolli tal-pjattaformi online skont dan il-paragrafu.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), meta pjattaforma online, li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III, it-Taqsima 4, ta’ dak ir-Regolament, tippermetti kuntratti mill-bogħod biex jiġu konklużi ma’ impriżi li joffru sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew prodotti u tagħmir li fihom tali sustanzi, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk l-impriża, is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, il-prodotti jew it-tagħmir offrut jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw u jikkooperaw mal-Kummissjoni u mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2022/2065 għall-fini li jiżguraw il-konformità ma’ dak ir-Regolament.

Il-kontrolli għandhom jitwettqu mingħajr ma tingħata twissija minn qabel lill-impriża, ħlief meta tkun neċessarja notifika minn qabel sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-kontrolli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-assistenza neċessarja kollha sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli previsti f’dan l-Artikolu.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-kontrolli, li jindikaw partikolarment in-natura u r-riżultati tagħhom, u tal-miżuri meħuda f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità. Għandhom jinżammu rekords tal-kontrolli kollha għal tal-anqas 5 snin.

5.   Fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, Stat Membru jista’ jwettaq kontrolli jew investigazzjonijiet formali ta’ impriżi li jkunu suspettati li jkunu involuti fil-moviment illegali ta’ sustanzi, ta’ prodotti jew ta’ tagħmir koperti minn dan ir-Regolament u li jkunu qegħdin joperaw fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. L-Istat Membru rikjedenti għandu jiġi informat dwar ir-riżultat tal-kontroll jew tal-investigazzjoni.

6.   Fit-twettiq tal-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni neċessarja kollha mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membriu mill-impriżi. Meta titlob informazjoni minn impriża, il-Kummissjoni għandha fl-istess waqt tgħaddi kopja tat-talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinsab is-sede tal-impriża.

7.   Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa sabiex tippromwovi skambju adegwat ta’ informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membriu bejn dawk l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi xierqa sabiex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba skont dan l-Artikolu.

KAPITOLU VIII

Penali, proċedura ta’ kumitat u eżerċizzju tad-delega

Artikolu 27

Penali

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament mill-operaturi u n-negozjanti u għandhom jieħdu kull miżura neċessarja sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu implimentati. Qabel l-1 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.   Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, u għandhom jiġu ddeterminati filwaqt li jqisu kif xieraq dan li ġej, kif applikabbli:

(a)

in-natura u l-gravità tal-ksur;

(b)

il-popolazzjoni umana jew l-ambjent affettwat mill-ksur, b’kont meħud tal-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

(c)

kwalunkwe ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-impriża miżmuma responsabbli;

(d)

is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża miżmuma responsabbli.

3.   Dawn il-penali għandhom jinkludu:

(a)

penali finanzjarji amministrattivi f’konformita’ mal-paragrafu 4; madankollu, l-Istati Membri jistgħu wkoll, jew alternattivament, jużaw pieni kriminali, dment li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi b’mod ekwivalenti bħall-penali finanzjarji amministrattivi;

(b)

il-konfiska jew il-qbid, jew l-irtirar jew it-tneħħija mis-suq, jew it-teħid tal-pussess mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-oġġetti miksuba illegalment;

(c)

il-projbizzjoni temporanja mill-użu, il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, jew it-tqegħid fis-suq, is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew il-prodotti u t-tagħmir li fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuqhom, fil-każ ta’ ksur serju jew ta’ ksur ripetut.

4.   Il-penali finanzjarji amministrattivi msemmija fil-paragrafu 3, punt (a), għandhom ikunu proporzjonati mal-ħsara ambjentali, fejn applikabbli, u effettivament iċaħħdu lil dawk responsabbli mill-benefiċċji ekonomiċi derivati mill-ksur tagħhom. Il-livell ta’ penali finanzjarji amministrattivi għandu jiżdied b’mod gradwali għal ksur ripetut.

F’każ ta’ produzzjoni, importazzjoni, esportazzjoni, tqegħid fis-suq jew użu illegali ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, jew ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom dawk is-sustanzi jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawk is-sustanzi, l-ammont massimu tal-penali finanzjarju amministrattiv għandu jkun tal-anqas ħames darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati. Fejn tali ksur huwa ripetut f’perjodu ta’ ħames snin, l-ammont massimu tal-penali finanzjarju amministrattiv għandu jkun tal-anqas tmien darbiet il-valur tas-suq tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew tal-prodotti u tat-tagħmir ikkonċernati.

Artikolu 28

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 29

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 18(1), fl-Artikolu 19(2), fl-Artikolu 20(7), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 23(3) u fl-Artikolu 24(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mill-11 ta’ Marzu 2024.

Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(13) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mit-3 ta’ Marzu 2025.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 6(2), fl-Artikolu 7(4), fl-Artikolu 8(7), fl-Artikolu 9(3), fl-Artikolu 16(13), fl-Artikolu 18(1), fl-Artikolu 19(2), fl-Artikolu 20(7), fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 23(3) u fl-Artikolu 24(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(4), l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 16(13), l-Artikolu 18(1), l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 20(7), l-Artikolu 22, l-Artikolu 23(3) u l-Artikolu 24(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali

Artikolu 30

Rieżami

1.   Sal-1 ta’ Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tad-disponibbiltà ta’ alternattivi għas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għall-użi regolati skont l-Artikoli 6 sa 9.

2.   Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jipprovdi parir xjentifiku jew joħroġ rapporti dwar il-koerenza ta’ dan ir-Regolament mal-objettivi tar-Regolament (UE) 2021/1119 u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont il-Ftehim ta’ Pariġi.

Artikolu 31

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 huwa mħassar.

2.   L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 kif applikabbli fl-10 ta’ Marzu 2024 għandu jibqa’ japplika sat-2 ta’ Marzu 2025.

3.   L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 kif applikabbli fl-10 ta’ Marzu 2024 għandu jibqa’ japplika fir-rigward tal-perjodu ta’ rapportar mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023.

4.   Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 16(1), (2) u (4) sa (15), l-Artikolu 17(5) u l-Anness VII, il-punt 2, ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mit-3 ta’ Marzu 2025 għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera kif imsemmi fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 u għall-proċeduri l-oħra kollha tal-importazzjoni u għall-esportazzjoni.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-7 ta’ Frar 2024.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU C 365, 23.9.2022, p. 50.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Jannar 2024.

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)(ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030 (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 88/540/KEE tal-14 ta’ Ottubru 1988 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-ħarsien tas-saff tal-ożonu u l-Protokoll ta’ Montreal dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 297, 31.10.1988, p. 8).

(6)   ĠU L 297, 31.10.1988, p. 10.

(7)   ĠU L 297, 31.10.1988, p. 21.

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1).

(9)   ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2022/2399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 (ĠU L 317, 9.12.2022, p. 1).

(15)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom tat-28 ta’ April 1999 li Twaqqaf l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 136, 31.5.1999, p. 20).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jis tabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(18)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(19)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(20)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(21)   ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).

(25)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

(26)  Ir-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta’ April 2009 dwar l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Network Ewropew ta’ Informazzjoni u Osservazzjoni tal-Ambjent (ĠU L 126, 21.5.2009, p. 13).


ANNESS I

SUSTANZI LI JNAQQSU S-SAFF TAL-OŻONU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2, IL-PUNT(A)  (1)

Grupp

Sustanza

Potenzjal li tnaqqas l-ożonu (ODP) (2)

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) (3)

Grupp I

CFCl3

CFC-11

Triklorofluworometan

1,0

5 560

CF2Cl2

CFC-12

Diklorodifluworometan

1,0

11 200

C2F3Cl3

CFC-113

Triklorofluworoetan

0,8

6 520

C2F4Cl2

CFC-114

Diklorodifluworoetan

1,0

9 430

C2F5Cl

CFC-115

Kloropentafluworoetan

0,6

9 600

Grupp II

CF3Cl

CFC-13

Klorotrifluworometan

1,0

16 200

C2FCl5

CFC-111

Pentaklorofluworoetan

1,0

 (*1)

C2F2Cl4

CFC-112

Tetraklorodifluworoetan

1,0

4 620

C3FCl7

CFC-211

Ettaklorofluworopropan

1,0

 (*1)

C3F2Cl6

CFC-212

Eżaklorodifluworopropan

1,0

 (*1)

C3F3Cl5

CFC-213

Pentaklorotrifluworopropan

1,0

 (*1)

C3F4Cl4

CFC-214

Tetraklorotetrafluworopropan

1,0

 (*1)

C3F5Cl3

CFC-215

Trikloropentafluworopropan

1,0

 (*1)

C3F6Cl2

CFC-216

Dikloroeżafluworopropan

1,0

 (*1)

C3F7Cl

CFC-217

Kloroeptafluworopropan

1,0

 (*1)

Grupp III

CF2BrCl

halon-1211

Bromoklorodifluworometan

3,0

1 930

CF3Br

halon-1301

Bromotrifluworometan

10,0

7 200

C2F4Br2

halon-2402

Dibromotetrafluworoetan

6,0

2 170

 

CBr2 F2

halon- 1202

Dibromodifluworometan

1,25

216

Grupp IV

CCl4

CTC

Tetraklorometan (tetraklorur tal-karbonju)

1,1

2 200

Grupp V

C2H3Cl3  (4)

1,1,1-TCA

1,1,1-Trikloroetan (metilkloroform)

0,1

161

Grupp VI

CH3Br

bromur tal-metil

Bromometan

0,6

2,43

Grupp VII

CHFBr2

HBFC-21 B2

Dibromofluworometan

1,00

 (*1)

CHF2Br

HBFC-22 B1

Bromodifluworometan

0,74

380

CH2FBr

HBFC-31 B1

Bromofluworometan

0,73

 (*1)

C2HFBr4

HBFC-121 B4

Tetrabromofluworoetan

0,8

 (*1)

C2HF2Br3

HBFC-122 B3

Tribromodifluworoetan

1,8

 (*1)

C2HF3Br2

HBFC-123 B2

Dibromotrifluworoetan

1,6

 (*1)

C2HF4Br

HBFC-124 B1

Bromotetrafluworoetan

1,2

201

C2H2FBr3

HBFC-131 B3

Tribromofluworoetan

1,1

 (*1)

C2H2F2Br2

HBFC-132 B2

Dibromodifluworoetan

1,5

 (*1)

C2H2F3Br

HBFC-133 B1

Bromotrifluworoetan

1,6

177

C2H3FBr2

HBFC-141 B2

Dibromofluworoetan

1,7

 (*1)

C2H3F2Br

HBFC-142 B1

Bromodifluworoetan

1,1

 (*1)

C2H4FBr

HBFC-151 B1

Bromofluworoetan

0,1

 (*1)

C3HFBr6

HBFC-221 B6

Eżabromofluworopropan

1,5

 (*1)

C3HF2Br5

HBFC-222 B5

Pentabromodifluworopropan

1,9

 (*1)

C3HF3Br4

HBFC-223 B4

Tetrabromotrifluworopropan

1,8

 (*1)

C3HF4Br3

HBFC-224 B3

Tribromotetrafluworopropan

2,2

 (*1)

C3HF5Br2

HBFC-225 B2

Dibromopentafluworopropan

2,0

 (*1)

C3HF6Br

HBFC-226 B1

Bromoeżafluworopropan

3,3

 (*1)

C3H2FBr5

HBFC-231 B5

Pentabromofluworopropan

1,9

 (*1)

C3H2F2Br4

HBFC-232 B4

Tetrabromodifluworopropan

2,1

 (*1)

C3H2F3Br3

HBFC-233 B3

Tribromotrifluworopropan

5,6

 (*1)

C3H2F4Br2

HBFC-234 B2

Dibromotetrafluworopropan

7,5

 (*1)

C3H2F5Br

HBFC-235 B1

Bromopentafluworopropan

1,4

 (*1)

C3H3FBr4

HBFC-241 B4

Tetrabromofluworopropan

1,9

 (*1)

C3H3F2Br3

HBFC-242 B3

Tribromodifluworopropan

3,1

 (*1)

C3H3F3Br2

HBFC-243 B2

Dibromotrifluworopropan

2,5

 (*1)

C3H3F4Br

HBFC-244 B1

Bromotetrafluworopropan

4,4

 (*1)

C3H4FBr3

HBFC-251 B1

Tribromofluworopropan

0,3

 (*1)

C3H4F2Br2

HBFC-252 B2

Dibromodifluworopropan

1,0

 (*1)

C3H4F3Br

HBFC-253 B1

Bromotrifluworopropan

0,8

 (*1)

C3H5FBr2

HBFC-261 B2

Dibromofluworopropan

0,4

 (*1)

C3H5F2Br

HBFC-262 B1

Bromodifluworopropan

0,8

 (*1)

C3H6FBr

HBFC-271 B1

Bromofluworopropan

0,7

 (*1)

Grupp VIII

CHFCl2

HCFC-21 (5)

Diklorofluworometan

0,040

160

CHF2Cl

HCFC-22 (4)

Klorodifluworometan

0,055

1 960

CH2FCl

HCFC-31

Klorofluworometan

0,020

79,4

C2HFCl4

HCFC-121

Tetraklorofluworoetan

0,040

58,3

C2HF2Cl3

HCFC-122

Triklorodifluworoetan

0,080

56,4

C2HF3Cl2

HCFC-123 (4)

Diklorotrifluworoetan

0,020

90,4

C2HF4Cl

HCFC-124 (4)

Klorotetrafluworoetan

0,022

597

C2H2FCl3

HCFC-131

Triklorofluworoetan

0,050

30  (6)

C2H2F2Cl2

HCFC-132

Diklorodifluworoetan

0,050

122

C2H2F3Cl

HCFC-133

Klorotrifluworoetan

0,060

275  (5)

C2H3FCl2

HCFC-141

Diklorofluworoetan

0,070

46,6

CH3CFCl2

HCFC-141b (4)

1,1-Dikloro-1-fluworoetan

0,110

860

C2H3F2Cl

HCFC-142

Klorodifluworoetan

0,070

175  (5)

CH3CF2Cl

HCFC-142b (4)

1-Kloro–1,1 -difluworoetan

0,065

2 300

C2H4FCl

HCFC-151

Klorofluworoetan

0,005

10  (5)

C3HFCl6

HCFC-221

Eżaklorofluworopropan

0,070

110  (5)

C3HF2Cl5

HCFC-222

Pentaklorodifluworopropan

0,090

500  (5)

C3HF3Cl4

HCFC-223

Tetraklorotrifluworopropan

0,080

695  (5)

C3HF4Cl3

HCFC-224

Triklorotetrafluworopropan

0,090

1 090  (5)

C3HF5Cl2

HCFC-225

Dikloropentafluworopropan

0,070

1 560  (5)

CF3CF2CHCl2

HCFC-225ca (4)

3,3-Dikloro-1,1,1,2,2-pentafluworopropan

0,025

137

CF2ClCF2CHClF

HCFC-225cb (4)

1,3-Dikloro-1,1,2,2,3-pentafluworopropan

0,033

568

C3HF6Cl

HCFC-226

Kloroeżafluworopropan

0,100

2 455  (5)

C3H2FCl5

HCFC-231

Pentaklorofluworopropan

0,090

350  (5)

C3H2F2Cl4

HCFC-232

Tetraklorodifluworopropan

0,100

690  (5)

C3H2F3Cl3

HCFC-233

Triklorotrifluworopropan

0,230

1 495  (5)

C3H2F4Cl2

HCFC-234

Diklorotetrafluworopropan

0,280

3 490  (5)

C3H2F5Cl

HCFC-235

Kloropentafluworopropan

0,520

5 320  (5)

C3H3FCl4

HCFC-241

Tetraklorofluworopropan

0,090

450  (5)

C3H3F2Cl3

HCFC-242

Triklorodifluworopropan

0,130

1 025  (5)

C3H3F3Cl2

HCFC-243

Diklorotrifluworopropan

0,120

2 060  (5)

C3H3F4Cl

HCFC-244

Klorotetrafluworopropan

0,140

3 360  (5)

C3H4FCl3

HCFC-251

Triklorofluworopropan

0,010

70  (5)

C3H4F2Cl2

HCFC-252

Diklorodifluworopropan

0,040

275  (5)

C3H4F3Cl

HCFC-253

Klorotrifluworopropan

0,030

665  (5)

C3H5FCl2

HCFC-261

Diklorofluworopropan

0,020

84  (5)

C3H5F2Cl

HCFC-262

Klorodifluworopropan

0,020

227  (5)

C3H6FCl

HCFC-271

Klorofluworopropan

0,030

340  (5)

Grupp IX

CH2BrCl

BCM

Bromoklorometan

0,12

4,74


(1)  Dan l-Anness jinkludi s-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u l-isomeri tagħhom. Skont l-Artikolu 2, punt (a), taħlitiet li fihom is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu koperti minn dan ir-Regolament.

(2)  Valur prestabbilit, GWP għadu mhux disponibbli.

(3)  Iċ-ċifri relatati mal-ODP huma stimi bbażati fuq għarfien eżistenti u se jiġu rieżaminati u riveduti kull tant żmien fid-dawl ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet.

(*1)  Abbażi tas-Sixth Assessment Report, Kapitolu 7: The Earth’s energy budget, climate feedbacks, and climate sensitivity - Supplementary Material adottat mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

(4)  Din il-formula ma tirreferix għal 1,1,2-trikloroetan.

(5)  Tidentifika l-aktar sustanza kummerċjalment vijabbli kif stipulat fil-Protokoll.

(6)  Scientific Assessment of Ozone Depletion: 2018; Appendix A Summary of Abundances, Lifetimes, Ozone Depletion Potentials (ODPs), Radiative Efficiencies (REs), Global Warming Potentials (GWPs), and Global Temperature change Potentials (GTPs). (Valutazzjoni Xjentifika tat-Tnaqqis tas-Saff tal-Ożonu: 2018; Appendiċi A Sommarju tal-Abbundanzi, iż-Żmien tal-Ħajja, il-Potenzjal tat-Tnaqqis tas-Saff tal-Ożonu (ODPs), l-Effiċjenzi Radjattivi (REs), il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWPs), u l-Potenzjali Globali għall-Bidla fit-Temperatura (GTPs).


ANNESS II

SUSTANZI LI JNAQQSU S-SAFF TAL-OŻONU MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2, IL-PUNT(A), MHUX IKKONTROLLATI TAĦT IL-PROTOKOLL  (1)

Sustanza

Potenzjal li tnaqqas l-ożonu (ODP) (2)

Potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) (3)

C3H7Br

1-Bromopropan (bromur tal-n-propil)

0,02 –0,10

0,052

C2H5Br

Bromoethane (bromur tal-etil)

0,1 –0,2

0,487

CF3I

Trifluworojodometan (jodur tat-trifluworometil)

0,01 - 0,02

 (*1)

CH3Cl

Klorometan (klorur tal-metil)

0,02

5,54

C3H2BrF3

2-bromo-3,3,3-trifluworoprop-1-en (2-BTP)

< 0,05  (4)

 (*1)

CH2Cl2

Diklorometan (DCM)

mhux żero (5)

11,2

C2Cl4

Tetrakloroeten (Perkloroetilen (PCE))

0,006 –0,007  (4)

 (*1)


(1)  Dan l-Anness jinkludi s-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u l-isomeri tagħhom. Skont l-Artikolu 2, punt (a), taħlitiet li fihom is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati f’dan l-Anness jitqiesu bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu koperti minn dan ir-Regolament.

(2)  Valur prestabbilit, il-GWP għadu mhux disponibbli.

(3)  Iċ-ċifri relatati mal-ODP huma stimi bbażati fuq għarfien eżistenti u se jiġu rieżaminati u riveduti kull tant żmien fid-dawl ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Partijiet.

(*1)  Abbażi tas-Sixth Assessment Report, Kapitolu 7: The Earth’s energy budget, climate feedbacks, and climate sensitivitySupplementary Material adottat mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor.

(4)  Scientific Assessment of Ozone Depletion: 2018; Appendix A Summary of Abundances, Lifetimes, Ozone Depletion Potentials (ODPs), Radiative Efficiencies (REs), Global Warming Potentials (GWPs), and Global Temperature change Potentials (GTPs).

(5)  Sustanzi ġodda li jnaqqsu l-ożonu li ġew irrapportati mill-Partijiet:Id-Deċiżjonijiet XIII/5, X/8 u IX/24 (Aġġornati f’Mejju 2012). https://ozone.unep.org/resources?term_node_tid_depth%5B883%5D=883


ANNESS III

AĠENTI TA’ PROĊESS

Il-proċessi msemmija fl-Artikolu 7 għandhom ikunu kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju għall-eliminazzjoni tat-triklorur tan-nitroġenu fil-produzzjoni tal-kloru u s-soda kawstika;

(b)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-manifattura tal-gomma klorinata;

(c)

l-użu tat-tetraklorur tal-karbonju fil-manifattura tal-poli-fenilin-tereftalamid;

(d)

l-użu ta’ CFC-12 fis-sinteżi fotokimika tal-perfluworopolieterpoliperossidu, prekursuri ta’ Z-perfluworopolieteri u derivati difunzjonali;

(e)

l-użu ta’ tetraklorur tal-karbonju fil-produzzjoni taċ-ċiklodim.

Il-kwantità massima ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jistgħu jintużaw bħala aġenti ta’ proċess fi ħdan l-Unjoni ma għandux jeċċedi d-921 tunnellata metrika fis-sena. Il-kwantità massima ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu li jistgħu jiġu rilaxxati mill-użi tal-aġenti ta’ proċess fi ħdan l-Unjoni ma għandux jeċċedi 15-il tunnellata metrika fis-sena.


ANNESS IV

KONDIZZJONIJIET GĦAT-TQEGĦID FIS-SUQ U L-PROVVISTA SUSSEGWENTI JEW IT-TQEGĦID GĦAD-DISPONIBBILTÀ TA’ SUSTANZI LI JNAQQSU S-SAFF TAL-OŻONU GĦAL UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJI U ANALITIĊI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(6)

1.   

Sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għal użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi għandu jkollhom il-puritajiet li ġejjin:

Sustanza

%

CTC (kwalità tar-reaġent)

99,5

1,1,1 trikloroetan

99,0

CFC 11

99,5

CFC 13

99,5

CFC 12

99,5

CFC 113

99,5

CFC 114

99,5

Sustanzi oħra li jnaqqsu s-saff tal-ożonu b’punt tat-togħlija > 20 °C

99,5

Sustanzi oħra li jnaqqsu s-saff tal-ożonu b’punt tat-togħlija > 20 °C

99,0

Dawk is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jistgħu sussegwentement jitħalltu minn produtturi, aġenti, jew distributuri ma’ sustanzi kimiċi oħra kemm jekk soġġetti għal kontrolli skont il-Protokoll kif ukoll jekk le, kif isir normalment għall-użi essenzjali fil-laboratorji jew għal użi essenzjali analitiċi.

2.   

Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmija fil-punt 1 u t-taħlitiet li fihom dawk is-sustanzi għandhom jiġu fornuti biss f’kontenituri li jerġgħu jingħalqu jew f’ċilindri taħt pressjoni għolja iżgħar minn 3 dm3 jew f’ampolli tal-ħġieġ ta’ 10 cm3 jew iżgħar, immarkati b’mod ċar bħala sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, ristretti għall-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi u li jispeċifikaw li s-sustanzi użati jew li jibqgħu żejda jenħtieġ li jinġabru u jiġu rriċiklati, jekk dan ikun prattiku. Il-materjal għandu jinqered jekk ir-riċiklaġġ ma jkunx prattiku.

3.   

Is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmija fil-punt 1 li jkunu użati jew li jibqgħu żejda u taħlitiet li jkun fihom dawk is-sustanzi għandhom jinġabru u jiġu rriċiklati jekk dan ikun prattiku. Dawk is-sustanzi u t-taħlitiet li jkun fihom dawk is-sustanzi għandhom jinqerdu, jekk ir-riċiklaġġ ma jkunx prattiku.


ANNESS V

UŻI KRITIĊI TAL-ALONI IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1)

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“data limitu” tfisser id-data li warajha l-aloni ma għandhomx jintużaw f’apparat tat-tifi tan-nar jew f’sistemi tat-tifi tan-nar f’tagħmir ġdid u f’faċilitajiet ġodda għall-applikazzjoni kkonċernata;

2.

“tagħmir ġdid” tfisser tagħmir li għalih, sad-data limitu, ma jkun seħħ ebda avveniment minn dawn li ġejjin:

(a)

firma tal-kuntratt rilevanti ta’ akkwist jew ta’ żvilupp;

(b)

preżentazzjoni lill-awtorità regolatorja xierqa ta’ talba għall-approvazzjoni jew għaċ-ċertifikazzjoni ta’ tip; għall-inġenji tal-ajru, il-preżentazzjoni ta’ talba għal ċertifikazzjoni tat-tip tirreferi għal preżentazzjoni ta’ talba għal ċertifikazzjoni tat-tip ta’ inġenju tal-ajru ġdida;

3.

“faċilitajiet ġodda” tfisser faċilitajiet li għalihom, sad-data limitu, ma jkun seħħ ebda avveniment minn dawn li ġejjin:

(a)

firma tal-kuntratt rilevanti ta’ żvilupp;

(b)

preżentazzjoni ta’ talba għall-kunsens ta’ ppjanar lill-awtorità regolatorja xierqa;

4.

“id-data tat-tmiem” tfisser id-data minn meta l-aloni ma għandhomx jintużaw fl-applikazzjoni konċernata u minn meta għandhom jitneħħew l-apparati tat-tifi tan-nar jew is-sistemi tat-tifi tan-nar li fihom l-aloni;

5.

“inertjar” tfisser il-prevenzjoni tal-bidu ta’ kombustjoni ta’ atmosfera fjammabbli jew splussiva permezz taż-żieda ta’ sustanza ta’ inibizzjoni jew dilwizzjoni;

6.

“spazju normalment okkupat” tfisser spazju protett fejn jenħtieġ li persuni jkunu preżenti l-ħin kollu jew fil-biċċa l-kbira tal-ħin sabiex it-tagħmir jew il-faċilità jiffunzjonaw b’mod effikaċi; għal applikazzjonijiet militari, l-istatus ta’ okkupanza tal-ispazju protett ikun applikabbli matul sitwazzjoni ta’ ġlied;

7.

“spazju normalment mhux okkupat” tfisser spazju protett li jiġi okkupat għal perjodi limitati biss, b’mod partikolari għat-twettiq ta’ manutenzjoni, u meta l-preżenza kontinwa ta’ persuni ma tkunx meħtieġa għall-funzjonament effikaċi tat-tagħmir jew tal-faċilità.

UŻI KRITIĊI TAL-ALONI

Applikazzjoni

Data limitu

(il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata)

Data tat-tmiem

(il-31 ta’ Diċembru tas-sena dikjarata)

Kategorija ta’ tagħmir jew faċilità

Għan

Tip ta’ estintur

Tip ta’ alon

1.

F’vetturi tal-art militari

1.1.

Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-magna

Sistema fissa

1301

1211

2402

2010

2035

1.2

Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ

Sistema fissa

1301

2402

2011

2040

2.

Fuq vapuri militari tal-wiċċ

2.1.

Għall-protezzjoni tal-ispazji ta’ makkinarju normalment okkupati

Sistema fissa

1301

2402

2010

2040

2.2.

Għall-protezzjoni tal-ispazji ta’ magni normalment mhux okkupati

Sistema fissa

1301

1211

2402

2010

2035

2.3.

Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-elettriku normalment mhux okkupati

Sistema fissa

1301

1211

2010

2030

 

2.4.

Għall-protezzjoni taċ-ċentri tal-kmand

Sistema fissa

1301

2010

2030

2.5.

Għall-protezzjoni tal-kmamar tal-pompi tal-fjuwil

Sistema fissa

1301

2010

2030

2.6.

Għall-protezzjoni tal-kompartimenti għall-ħżin ta’ likwidu fjammabbli

Sistema fissa

1301

1211

2402

2010

2030

3.

Fuq sottomarini militari

3.1.

Għall-protezzjoni tal-ispazji tal-makkinarju

Sistema fissa

1301

2010

2040

3.2.

Għall-protezzjoni taċ-ċentri tal-kmand

Sistema fissa

1301

2010

2040

3.3.

Għall-protezzjoni tal-ispazji tal-ġeneraturi tad-diżil

Sistema fissa

1301

2010

2040

3.4.

Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-elettriku

Sistema fissa

1301

2010

2040

4.

Fuq inġenji tal-ajru

4.1.

Għall-protezzjoni tal-kompartimenti tal-merkanzija normalment mhux okkupati

Sistema fissa

1301

1211

2402

2024

2040

4.2.

Għall-protezzjoni tal-kabini kif ukoll tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ

Estinturi portabbli

1211

2402

2014

2025

4.3.

Għall-protezzjoni tal-kisi ta’ barra tal-magni u tal-unità ta’ potenza awżiljarja

Sistema fissa

1301

1211

2402

2014

2040

4.4.

Għall-inertjar tat-tankijiet tal-fjuwil

Sistema fissa

1301

2402

2011

2040

4.5.

Għall-protezzjoni tal-kompartimenti niexfa

Sistema fissa

1301

1211

2402

2011

2040

5.

F’faċilitajiet ta’ kmand u komunikazzjoni bbażati fuq l-art li huma essenzjali għas-sigurtà nazzjonali

Għall-protezzjoni tal-ispazji normalment okkupati

Sistema fissa

1301

2402

2010

2025


ANNESS VI

SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 24

1.   

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, il-produzzjoni tfisser il-kwantità ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu prodotti intenzjonalment jew mhux intenzjonalment, inkluż bħala prodott sekondarju sakemm dak il-prodott sekondarju ma jinqeridx bħala parti mill-proċess tal-produzzjoni jew wara proċedura dokumentata f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-iskart, iżda ma tinkludix il-kwantitajiet riċiklati jew reklamati.

2.   

Kull produttur għandu jikkomunika d-data li ġejja separatament għal kull sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu:

(a)

il-produzzjoni totali tagħha;

(b)

kwalunkwe produzzjoni mqiegħda fis-suq jew użata mill-produttur stess fl-Unjoni, waqt li separatament jidentifika l-produzzjoni ta’ sustanzi li jintużaw bħala materja prima, aġenti tal-proċess u użi oħra;

(c)

kwalunkwe produzzjoni għall-finijiet tal-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi fl-Unjoni;

(d)

kwalunkwe produzzjoni għall-finijiet tal-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi ta’ Parti oħra għall-Protokoll;

(e)

kwalunkwe kwantità riċiklata, reklamata jew meqruda, u t-teknoloġija użata għall-qerda, inklużi l-kwantitajiet prodotti u meqruda bħala prodotti sekondarji msemmija fil-punt 1;

(f)

kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu ta’ rapportar;

(g)

kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni;

(h)

kwalunkwe emissjoni, inklużi dawk relatati mal-produzzjoni, mal-produzzjoni sekondarja, mal-ħżin u mat-trasport, inkluż it-trasferiment minn kontejner għal ieħor.

3.   

Kull importatur għandu jikkomunika d-data li ġejja separatament għal kull sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu:

(a)

kwalunkwe kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera, filwaqt li jidentifika separatament l-importazzjonijiet għall-użi tal-materja prima u tal-aġent tal-ipproċessar, għall-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi u għall-qerda; l-importaturi li importaw sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu għall-qerda għandhom jikkomunikaw id-destinazzjoni jew id-destinazzjonijiet finali attwali ta’ kull sustanza, kif ukoll għandhom jipprovdu separatament għal kull destinazzjoni l-kwantità ta’ kull sustanza u l-isem u l-indirizz tal-faċilità tal-qerda fejn is-sustanza ġiet imwassla;

(b)

kwalunkwe kwantità importata skont proċeduri doganali oħra, li jidentifikaw separatament il-proċeduri doganali u l-użi speċifikati;

(c)

kwalunkwe kwantità ta’ sustanzi użati importati għar-riċiklaġġ jew għar-reklamazzjoni;

(d)

kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu ta’ rapportar;

(e)

kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni;

(f)

il-pajjiż tal-oriġini.

4.   

Kull esportatur għandu jikkomunika d-data li ġejja separatament għal kull sustanza li tnaqqas is-saff tal-ożonu:

(a)

kwalunkwe kwantità ta’ tali sustanzi esportati, waqt li separatament jidentifika l-kwantitajiet esportati lejn kull pajjiż destinatarju u l-kwantitajiet esportati għall-użu bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar, għall-użi essenzjali fil-laboratorji u analitiċi, u għall-użi kritiċi;

(b)

kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu ta’ rapportar;

(c)

kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni;

(d)

il-pajjiż tad-destinazzjoni.

5.   

Kull impriża li teqred sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu u mhux koperti mill-punt 2(e) ta’ dan l-Anness, għandha tikkomunika d-data li ġejja, separatament għal kull sustanza:

(a)

kwalunkwe kwantità meqruda, li tispeċifika separatament kwalunkwe kwantità li tinsab fi prodotti jew f’tagħmir, u kwalunkwe kwantità ġġenerata bħala prodott sekondarju u meqruda, abbażi ta’ informazzjoni, fejn disponibbli, ipprovduta mill-produtturi jew l-importaturi;

(b)

kwalunkwe ħażna, miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, li se tinqered, inkluż il-kwantitajiet fi prodotti jew f’tagħmir;

(c)

it-teknoloġija użata għall-qerda;

(d)

kwalunkwe emissjoni, inklużi dawk marbuta mal-qerda, it-trasport u l-ħżin, inkluż it-trasferiment minn kontejner għal ieħor.

Kull impriża li teqred is-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmija fl-Anness I u li mhux koperti mill-punt 2(e) ta’ dan l-Anness, għandha tikkomunika wkoll data dwar kwalunkwe xiri minn u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.

6.   

Kull impriża li tuża sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess, għandha tikkomunika d-data li ġejja, separatament għal kull sustanza:

(a)

kwalunkwe kwantità użata bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess;

(b)

kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodu ta’ rapportar;

(c)

it-tipi ta’ użi ta’ materja prima u l-proċessi u kwalunkwe emissjoni, inklużi dawk marbuta mat-trasport u mal-ħażna, inkluż it-trasferiment minn kontejner għal ieħor.

Kull impriża li tuża sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu msemmija fl-Anness I bħala materja prima jew aġenti ta’ proċess, għandha tikkomunika wkoll id-data dwar kwalunkwe xiri minn impriżi oħra u bejgħ lil impriżi oħra fl-Unjoni.


ANNESS VII

SISTEMA TA’ LIĊENZJAR

1.   

L-impriżi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni fis-sistema tal-liċenzjar imsemmija fl-Artikolu 16:

(a)

id-dettalji ta’ kuntatt tal-impriża, inkluż in-numru tat-telefown, l-isem kif jidher fid-dokumenti uffiċjali rilevanti u l-indirizz sħiħ tagħha inkluż, fejn applikabbli, tar-rappreżentant uniku msemmi fl-Artikolu 16(3), it-tieni subparagrafu;

(b)

in-numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI);

(c)

l-isem sħiħ u l-indirizz elettroniku ta’ persuna ta’ kuntatt tal-impriża inkluż, fejn applikabbli, tar-rappreżentant uniku msemmi fl-Artikolu 16(3), it-tieni subparagrafu;

(d)

deskrizzjoni tal-attivitajiet kummerċjali tal-impriża, inkluż jekk l-impriża hijiex importatur ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew esportatur ta’ dawn is-sustanzi;

(e)

konferma bil-miktub tal-intenzjoni tal-impriża li tirreġistra, li tikkonferma l-korrettezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni pprovduta fis-sistema ta’ liċenzjar, iffirmata minn sid benefiċjarju jew impjegat tal-impriża li huwa awtorizzat jagħmel dikjarazzjonijiet legalment vinkolanti f’isem l-impriża, u, fejn applikabbli, ukoll mir-rappreżentant uniku tal-impriża msemmi fl-Artikolu 16(3), it-tieni subparagrafu;

(f)

kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-format legali jew finanzjarju jew tal-ispeċifikazzjonijiet tan-negozju tal-impriża.

2.   

L-impriżi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni għall-fini tal-applikazzjoni għal liċenzja meħtieġa skont l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 14(3), permezz ta’ format elettroniku pprovdut mis-sistema tal-liċenzjar:

(a)

fil-każ tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, deskrizzjoni ta’ kull waħda minn dawn is-sustanzi, inkluż:

(i)

l-isem u l-użu maħsub tas-sustanza;

(ii)

in-numru ta’ klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija fit-Tariffa integrata tal-Unjoni Ewropea (TARIC);

(iii)

jekk is-sustanza hijiex f’taħlita;

(b)

fil-każ ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni ta’ prodotti u tagħmir li jkun fihom sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu jew li l-funzjonament tagħhom jiddependi fuq dawn is-sustanzi:

(i)

it-tip u l-użu maħsub tal- prodotti u t-tagħmir;

(ii)

l-isem tas-sustanza;

(iii)

in-numru ta’ klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija fit-TARIC;

(c)

fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu elenkati fl-Anness I jew ta’ prodotti u tagħmir għall-qerda, l-isem u l-indirizz tal-faċilità fejn dawn se jinqerdu;

(d)

kwalunkwe informazzjoni oħra meqjusa neċessarja biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni korretta tar-regoli dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni skont dan ir-Regolament u f’konformità mal-obbligi internazzjonali.


ANNESS VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1005/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3, il-punt (1)

Artikolu 3, il-punt (2)

Artikolu 3, il-punt (3)

Artikolu 3, il-punt (4)

Artikolu 3, il-punt (5)

Artikolu 3, il-punt (6)

Artikolu 3, il-punt (7)

Artikolu 3, il-punt (8)

Artikolu 3, il-punt (9)

Artikolu 3, il-punt (10)

Artikolu 3, il-punt (11)

Artikolu 3, il-punt (1)

Artikolu 3, il-punt (12)

Artikolu 3, il-punt (2)

Artikolu 3, il-punt (13)

Artikolu 3, il-punt (7)

Artikolu 3, il-punt (14)

Anness VI, il-punt (1)

Artikolu 3, il-punt (15)

Artikolu 3, il-punt (16)

Artikolu 3, il-punt (17)

Artikolu 3, il-punt (18)

Artikolu 3, il-punt (3)

Artikolu 3, il-punt (19)

Artikolu 3, il-punt (4)

Artikolu 3, il-punt (20)

Artikolu 3, il-punt (5)

Artikolu 3, il-punt (21)

Artikolu 3, il-punt (6)

Artikolu 3, il-punt (22)

Artikolu 3, il-punt (23)

Artikolu 3, il-punt (8)

Artikolu 3, il-punt (24)

Artikolu 3, il-punt (9)

Artikolu 3, il-punt (25)

Artikolu 3, il-punt (10)

Artikolu 3, il-punt (26)

Artikolu 3, il-punt (11)

Artikolu 3, il-punt (27)

Artikolu 3, il-punt (28)

Artikolu 3, il-punt (29)

Artikolu 3, il-punt (30)

Artikolu 3, il-punt (14)

Artikolu 3, il-punt (31)

Artikolu 3, il-punt (13)

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1) u 11(1)

Artikolu 6(2)

Artikolu 11(2)

Artikolu 7(1)

Artikolu 6

Artikolu 7(2)

Artikolu 15(5)

Artikolu 8(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 8(2)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 15(5)

Artikolu 8(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(3)

Artikolu 8(4), it-tieni u t-tielet subparagrafi

Anness III

Artikolu 8(5)

Artikolu 7(4)

Artikolu 9

Artikolu 12

Artikolu 10(1)

Artikolu 8(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 10(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

Artikolu 15(5)

Artikolu 10(3), it-tielet subparagrafu

Artikolu 8(6)

Artikolu 10(4) sa (8)

Artikolu 11

Artikolu 12(1)

Artikolu 12(2)

Artikolu 12(3)

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 13(3)

Artikolu 9(2)

Artikolu 13(4)

Artikolu 9(4)

Artikolu 14

Artikolu 15(1)

Artikolu 4(2) u Artikolu 5(2)

Artikolu 15(2), il-punti (a) sa (d)

Artikolu 13(1), il-punti (a) sa (d)

Artikolu 15(2), il-punt (e)

Artikolu 15(2), il-punt (f), l-ewwel frażi

Artikolu 13(f)

Artikolu 15(2), il-punt (f), it-tieni u t-tielet frażi

Artikolu 15(2), il-punt (g)

Artikolu 13(1), il-punt (g)

Artikolu 15(2), il-punt (h)

Artikolu 13(1), punt (i)

Artikolu 15(2), il-punt(i)

Artikolu 13(1), il-punt (j)

Artikolu 15(2), il-punt (j)

Artikolu 13(1), punt (h)

Artikolu 15(2), il-punt (k)

Artikolu 15(3)

Artikolu 13(2)

Artikolu 16

Artikolu 17(1)

Artikolu 4(2) u Artikolu 5(2)

Artikolu 17(2), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 14(1), il-punti (a), (b) u (c)

Artikolu 17(2), il-punt (d)

Artikolu 14(1), il-punt (g)

Artikolu 17(2), il-punt (e)

Artikolu 14(1), il-punt (e)

Artikolu 17(2), il-punt (f)

Artikolu 14(1), il-punt (d)

Artikolu 17(2), il-punti (g) u (h)

Artikolu 17(3)

Artikolu 14(2)

Artikolu 17(4)

Artikolu 14(3)

Artikolu 18(1)

Artikolu 16(1)

Artikolu 18(2)

Artikolu 16(2)

Artikolu 18(3)

Anness VII, il-punt 2

Artikolu 18(4)

Artikolu 16(5)

Artikolu 18(5)

Artikolu 16(7)

Artikolu 18(6), kliem introduttorji

Artikolu 16(8)

Artikolu 18(6), punti (a) u (b)

Artikolu 18(7)

Artikolu 18(8)

Artikolu 18(9)

Artikolu 16(13)

Artikolu 19

Artikolu 18

Artikolu 20

Artikolu 19

Artikolu 21

Artikolu 22(1)

Artikolu 20(1)

Artikolu 22(2)

Artikolu 20(6)

Artikolu 22(3)

Artikolu 22(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 20(5)

Artikolu 22(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 20(7)

Artikolu 22(5), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 20(8)

Artikolu 22(5), it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 23(1)

Artikolu 21(2)

Artikolu 23(2)

Artikolu 21(3)

Artikolu 23(3)

Artikolu 21(5)

Artikolu 23(4), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 21(6)

Artikolu 23(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, u t-tieni subparagrafu

Artikolu 23(5)

Artikolu 21(2)

Artikolu 23(6)

Artikolu 21(2)

Artikolu 23(7)

Artikolu 24(1)

Artikolu 24(2)

Artikolu 24(3)

Artikolu 22(1)

Artikolu 25

Artikolu 28

Artikolu 26

Artikolu 23

Artikolu 27(1)

Artikolu 24(1)

Artikolu 27(2) sa (6)

Anness VI

Artikolu 27(7)

Artikolu 27(8)

Artikolu 24(2)

Artikolu 27(9)

Artikolu 24(3)

Artikolu 27(10)

Artikolu 24(4)

Artikolu 28(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 26(1)

Artikolu 28(1), it-tieni sentenza

Artikolu 26(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 28(2)

Artikolu 28(3)

Artikolu 25(6)

Artikolu 28(4)

Artikolu 26(7)

Artikolu 28(5)

Artikolu 26(5)

Artikolu 29

Artikolu 27(1)

Artikolu 30

Artikolu 31

Artikolu 31

Artikolu 32

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness IV

Anness VI

Anness V

Anness VII

Anness VIII

Anness VIII


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/590/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top