EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D1803

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1803 tas-27 ta’ Novembru 2020 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-karta stampata, tal-karta tal-kartolerija, u tal-boroż tal-karta għall-ġarr (notifikata bid-dokument C(2020) 8155) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/8155

ĠU L 402, 1.12.2020, p. 53–72 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1803/oj

1.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 402/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1803

tas-27 ta’ Novembru 2020

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-karta stampata, tal-karta tal-kartolerija, u tal-boroż tal-karta għall-ġarr

(notifikata bid-dokument C(2020) 8155)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista' tingħata lil dawk il-prodotti b'impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta' ħajjithom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi ta' prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE (2) stabbilixxiet il-kriterji u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati għall-grupp ta' prodotti “karta għall-istampar”. Il-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sat-31 ta’ Diċembru 2020 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1590 (3).

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE (4) stabbilixxiet kriterji u rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati għall-grupp ta' prodotti “prodotti tal-karta ttrasformata”. Il-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sat-31 ta’ Diċembru 2020 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1525 (5).

(5)

Sabiex tiġi riflessa aħjar l-aqwa prattika fis-suq għal dawn il-gruppi ta' prodotti u sabiex jiġu kkunsidrati innovazzjonijiet li jiġu introdotti fil-perjodu ta' intervent, huwa xieraq li jiġi stabbilit sett ġdid ta' kriterji għall-prodotti tal-karta stampata, tal-karta tal-kartolerija, u tal-boroż tal-karta għall-ġarr

(6)

Ir-Rapport tal-kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (6) tat-30 ta' Ġunju 2017, li eżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, wassal għall-konklużjoni dwar il-bżonn li jiġi żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-Ekotikketta tal-UE, inkluż l-aggruppament ta' gruppi ta' prodotti li huma marbutin mill-qrib, fejn dan ikun xieraq.

(7)

F’konformità ma’ dawk il-konklużjonijiet u wara li ġie kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li jiġu riveduti l-kriterji għall-gruppi ta’ prodotti “karta stampata” u “prodotti tal-karta ttrasformata”, filwaqt li jitqies is-suċċess attwali, l-interess tal-partijiet ikkonċernati fil-prodott u l-opportunitajiet futuri potenzjali għal żieda fl-adozzjoni u fid-domanda tas-suq għall-prodotti sostenibbli.

(8)

Peress li ż-żewġ gruppi ta’ prodotti “karta stampata” u “prodotti tal-karta ttrasformata” huma relatati mill-qrib u l-kriterji tagħhom se jikkoinċidu, huwa xieraq li tiġi adottata deċiżjoni waħda b’Anness wieħed għaż-żewġ gruppi ta’ prodotti.

(9)

L-isem tal-grupp ta’ prodotti jenħtieġ li jiġi modifikat għal “karta stampata, karti tal-kartolerija, u prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta” biex tkun riflessa aħjar il-funzjonalità tal-prodott u tiġi żgurata ċ-ċarezza tal-prodotti inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni. Dan għandu jżid ukoll il-viżibbiltà tal-iskemi għall-parteċipanti tas-suq u jnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali.

(10)

Barra minn hekk, f’konformità mar-rieżami, jenħtieġ li jsiru ċerti modifiki għad-definizzjoni tal-grupp ta’ prodotti “karta stampata, karta tal-kartolerija, u prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta”, b’mod partikolari biex issir distinzjoni aktar ċara bejn tipi differenti ta’ prodotti.

(11)

Il-Pjan ta’ Azzjoni l-Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa (7) aktar nadifa u kompetittiva adottat fil-11 ta’ Marzu 2020 jistipula li r-rekwiżiti tad-durabbiltà, tar-riċiklabbiltà u tal-kontenut riċiklat iridu jiġu inklużi b’mod aktar sistematiku fil-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE.

(12)

Il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata, il-karta tal-kartolerija, u l-prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta jenħtieġ li jkollhom l-għan, b’mod partikolari, li jużaw prodotti bbażati fuq il-karta manifatturati b’mod aktar sostenibbli u li jiġu minn foresti ġestiti b’mod sostenibbli jew minn materjali riċiklati. Il-kriterji l-ġodda jenħtieġikunu bbażati fuq approċċ ta’ analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja u jenħtieġ l-għan li jippromwovu proċessi ta’ manifattura effiċjenti fl-enerġija u li jnaqqsu l-emissjoni ta’ komposti organiċi volatili (VOCs) li jikkontribwixxu għall-ossidazzjoni fotokimika, it-tossiċità umana, it-tnaqqis abijotiku, ewtrofikazzjoni, l-aċidifikazzjoni, u t-tibdil fil-klima. Il-kriterji riveduti għandhom jillimitaw l-użu ta’ sustanzi perikolużi, jindirizzaw l-emissjonijiet iġġenerati waqt il-proċess tal-istampar, inaqqsu l-kwantità ta’ skart tal-karti ġġenerat fil-proċess u jżidu r-riċiklabbiltà tal-prodotti li tikkontribwixxi biex tiffaċilita t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari.

(13)

Il-kriterji l-ġodda u r-rekwiżiti relatati ta' valutazzjoni u verifika għal kull grupp ta' prodotti għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2028, b'kunsiderazzjoni taċ-ċiklu ta' innovazzjoni għaż-żewġ gruppi ta' prodotti.

(14)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, jenħtieġ li jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2012/481/UE u 2014/256/UE.

(15)

Lill-produtturi li l-prodotti tagħhom tkun ingħatatilhom l-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-karta stampati jew prodotti tal-karta ttrasformata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/481/UE jew id-Deċiżjoni 2014/256/UE rispettivament, għandu jingħatalhom perjodu ta' tranżizzjoni ħalli jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw il-prodotti tagħhom u jġibuhom konformi mal-kriterji u r-rekwiżiti l-ġodda. Għal perjodu limitat wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-produtturi għandhom jitħallew ukoll jissottomettu applikazzjonijiet skont il-kriterji stabbiliti b'dawk id-Deċiżjonijiet jew skont il-kriterji l-ġodda stabbiliti b'din id-Deċiżjoni. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjonijiet l-antiki jeħtieġ li jitħallew jintużaw għal 18-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(16)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-grupp ta’ prodotti “karta stampata, karta tal-kartolerija, u prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta” għandhom jinkludu l-prodotti li ġejjin:

(a)

prodotti tal-karta stampata li jikkonsistu f’mill-inqas 90 % skont il-piż ta’ karta, kartun jew sottostrati bbażati fuq il-karta, ħlief kotba, katalgi, kotba żgħar jew forom li għandhom jikkonsistu f’mill-inqas 80 % skont il-piż ta’ karta jew kartun jew sottostrati bbażati fuq il-karta. Inserzjonijiet, qxur u kull biċċa karta stampata tal-prodott finali għandhom jitqiesu bħala parti mill-prodott ħlief għal inserzjonijiet mhux fissi (bħal volantini, stikers li jistgħu jitneħħew) li jinbiegħu jew jiġu pprovduti mal-prodotti tal-karta stampata. Jekk l-Ekotikketta tal-UE tkun maħsuba biex titqiegħed fuq inserzjonijiet mhux fissi, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. L-inserzjonijiet iffissati fuq il-prodott tal-karta stampata (u li mhux maħsuba li jinqalgħu) għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

enveloppi li jikkonsistu minn tal-inqas 90 % skont il-piż ta’ karta, kartun jew sottostrati bbażati fuq il-karta;

(c)

boroż tal-ġarr tal-karta, inkluż karta għat-tgeżwir, li jikkonsistu f’100 % skont il-piż ta’ karta, kartun jew sottostrati bbażati fuq il-karta;

(d)

prodotti tal-karti tal-kartolerija, inklużi prodotti ta’ fajling, li jikkonsistu f’mill-inqas 70 % skont il-piż ta’ karta, kartun jew sottostrati bbażati fuq karta, ħlief fajls ta’ sospensjoni u fowlders b’qafla tal-metall li l-limitu massimu ma japplikax għalihom.

2.   Għall-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 li għandhom jikkonsistu minn tal-inqas 80 % skont il-piż ta’ karta jew kartun jew sottostrati bbażati fuq il-karta u għall-prodotti msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1, il-komponent tal-plastik ma jistax jaqbeż 10 % skont il-piż, ħlief għar-ring binders, għall-pitazzi, għall-kotba tan-noti, għad-djarji u għall-fajls b’lieva forma ta' arkata fejn il-piż tal-plastik ma jistax jaqbeż it-13 %.

3.   Il-piż tal-metall ma jistax jaqbeż it-30 g għal kull prodott, ħlief għal fajls ta’ sospensjoni, fowlders bil-qafliet tal-metall, ring binders u fajls b’lieva forma ta' arkata li għandhom kapaċità ta’ filing sa 225 folja li jistgħu jkunu sa 75 g u ħlief għal fajls b’lever arch li għandhom kapaċità ta’ filing ta’ aktar minn 225 folja, li jistgħu jkunu sa 170 g.

4.   Il-grupp ta’ prodotti “karta stampata, karti tal-kartolerija, u prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta” ma għandhomx jinkludu l-prodotti jew il-materjali li ġejjin:

(a)

l-imballaġġ u l-elementi mwaħħlin mal-imballaġġ bħat-tikketti (bl-eċċezzjoni ta’ boroż tal-ġarr tal-karta u karti għat-tgeżwir);

(b)

kartun korrugat;

(c)

materjali li jiġu f’kuntatt mal-ikel u oġġetti maħsuba biex tjiġu f’kuntatt mal-ikel li jikkostitwixxu s-suġġett tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(d)

prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “karta tixju u prodotti tat-tixju” kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/70 (9);

(e)

prodotti tal-karta stampata bil-fragranza, prodotti tal-karti tal-kartolerija bil-fragranza, u boroż għall-ġarr bil-fragranza;

(f)

il-klorur tal-polivinil (PVC).

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“binders” tfisser prodotti bbażati fuq il-karta użati għall-ħżin ta’ dokumenti jew rivisti u li jikkonsistu minn qoxra, normalment tal-kartun, b’anelli li jżommu karti sfużi flimkien, inklużi r-ring binders u fajls b’leverarch;

(2)

“kotba” tfisser prodotti tal-karta stampata marbutin bi spaga jew bil-kolla b’qoxra iebsa jew ratba, li ma jinkludux ir-rapporti annwali, il-ġurnali, il-fuljetti, ir-rivisti u l-katalgi ppubblikati fuq bażi regolari;

(3)

“prodotti tal-fajling” tfisser prodott użat għall-organizzazzjoni, il-ħażna u l-protezzjoni ta’ dokumenti tal-karta, inklużi fajls ta’ sospensjoni u fajls b’lieva forma ta’ arkata;

(4)

“fowlder” tfisser kaxxa jew qoxra li tintlewa u li tintuża għall-ħażna ta’ karti sfużi inklużi prodotti li jinkludu indiċi u paġni diviżorji, kartieri tad-dokumenti, fowlders maqtugħin kwadri, fajls ta’ sospensjoni, kaxxi tal-kartun u fowlders bi tliet liwjiet;

(5)

“inserzjoni” tfisser folja jew sezzjoni żejda, stampata b’mod indipendenti mill-prodott tal-karta stampata li jew titqiegħed bejn il-paġni ta’ prodott tal-karta stampata u tkun tista’ titneħħa (inserzjoni mhux fissa) jew tkun marbuta fil-paġni tal-prodott tal-karta stampata u b’hekk tifforma parti integrali minnu (inserzjoni fissa) li tinkludi reklami b’għadd ta’ paġni, ktejba, fuljetti, kartolini ta’ tweġiba, jew materjal promozzjonali ieħor;

(6)

“ippakkjar” ifisser il-prodotti kollha magħmulin minn kwalunkwe materjal tkun xi tkun in-natura tiegħu, sabiex jintuża għaż-żamma, il-protezzjoni, l-immaniġġjar, it-twassil jew il-preżentazzjoni ta' oġġetti, minn materja prima sa oġġetti pproċessati, mill-produttur sal-utent jew il-konsumatur;

(7)

“boroż tal-karta għall-ġarr” tfisser prodotti bbażati fuq il-karta li jintużaw għall-immaniġġjar jew it-trasport ta' oġġetti.

(8)

“prodott tal-karta stampata” tfisser prodott li jkollu l-immaġini stampata li tirriżulta mill-ipproċessar ta’ materjal ta’ stampar stampat fuq karta u li jinkludi finitura.

(9)

“prodotti tal-karta tal-kartolerija” tfisser materjali tal-kitba u tal-fajling magħmula mill-karta, inklużi enveloppi u materjali tal-uffiċċju;

(10)

“karta tat-tgeżwir” tfisser folja jew romblu tal-karta użat għat-tgeżwir ta’ oġġetti bħal rigali u pakketti.

Artikolu 3

Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 għall-grupp ta' prodotti “karta stampata, karta tal-kartolerija, u prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta”, dan għandu jaqa' taħt id-definizzjoni ta' dak il-grupp ta' prodotti kif jispeċifika l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni, u għandu jkun konformi mal-kriterji kif ukoll mal-kriterji u mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “karta stampata, karta tal-kartolerija, u prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2028.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp ta' prodotti “karta stampata, karta tal-kartolerija, u prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta” għandu jkun “053”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjonijiet 2012/481/UE u 2014/256/UE jitħassru.

Artikolu 7

1.   Minkejja l-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “karta stampata”, kif definit fid-Deċiżjoni 2012/481/UE, għandhom jiġi evalwati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/481/UE.

2.   Minkejja l-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet imressqa qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tal-karta ttrasformata”, kif definit fid-Deċiżjoni 2014/256/UE, għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2014/256/UE.

3.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu taħt il-grupp ta’ prodotti “karta stampata, karta tal-kartolerija, u prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karta” mibgħuta fi żmien xahrejn mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/481/UE għall-grupp ta’ prodotti “karta stampata”, jew fid-Deċiżjoni 2014/256/UE għall-grupp ta’ prodotti “prodotti tal-karta ttrasformata”, kif applikabbli. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati f'konformità mal-kriterji li fuqhom jissejsu.

4.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija abbażi ta’ applikazzjoni evalwata f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2012/481/UE jew id-Deċiżjoni 2014/256/UE jistgħu jintużaw għal 18-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta' Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1590 tad-19 ta' Ottubru 2018 li temenda d-Deċiżjonijiet 2012/481/UE, 2014/391/UE, 2014/763/UE u 2014/893/UE fir-rigward tal-perjodu ta' validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti u tar-rekwiżiti ta' valutazzjoni u ta' verifika relatati magħhom (ĠU L 264, 23.10.2018, p. 24).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE tat-2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata (ĠU L 135, 8.5.2014, p. 24).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1525 tal-4 ta' Settembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/256/UE, sabiex ittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-karta ttrasformata (ĠU L 230, 6.9.2017, p. 28).

(6)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355).

(7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropea aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f’kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

(9)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/70 tal-11 ta' Jannar 2019 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta grafika u l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tixju u tixju (ĠU L 15, 17.1.2019, p. 27)


ANNESS

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija u tal-boroż tal-karta għall-ġarr

QAFAS

Għanijiet tal-kriterji

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma mmirati lejn l-aqwa prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija u tal-boroż tal-karta għall-ġarr magħmulin mill-karta fis-suq, f’termini ta’ prestazzjoni ambjentali. Il-kriterji jiffukaw fuq l-impatti ambjentali ewlenin assoċjati maċ-ċiklu tal-ħajja ta’ dawn il-prodotti u jippromwovu l-aspetti tal-ekonomija ċirkolari.

B’mod partikolari, il-kriterji għandhom l-għan li jippromwovu prodotti li jużaw kontenut għoli ta’ fibri sostenibbli jew riċiklati, li huma riċiklabbli, li huma assoċjati ma’ emissjonijiet baxxi u li jista’ jkun fihom biss ammont limitat ta’ sustanzi perikolużi.

Għal dan il-għan il-kriterji:

jeħtieġu li s-substrat tal-karta, inkluż il-bord tal-karta, ikun ċertifikat bl-Ekotikketta tal-UE;

jistabbilixxu limiti stretti fuq l-użu ta’ sustanzi perikolużi;

jistabbilixxu rekwiżiti biex jiggarantixxu r-riċiklabbiltà tal-prodott u sistema xierqa ta’ ġestjoni tal-iskart inkluż limiti fuq l-ammont massimu ta’ skart tal-karta prodott;

jistabbilixxu rekwiżiti dwar l-emissjonijiet, b’mod partikolari dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-VOCs biex jgħinu fil-garanzija tal-benefiċċji assoċjati għas-saħħa tal-ħaddiema u għat-tnaqqis fit-tniġġis atmosferiku lokali u reġjonali;

jistabbilixxu rekwiżiti dwar il-konsum tal-enerġija fis-sit tal-produzzjoni.

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-“prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija u tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta” huma kif ġej:

1.

Substrat;

2.

Sustanzi ristretti:

2.1.

Restrizzjonijiet fuq Sustanzi ta’ Tħassib Serju Ħafna (SVHCs);

2.2.

Restrizzjonijiet fuq sustanzi kklassifikati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

2.3.

Prodotti bijoċidali u sustanzi attivi bijoċidali;

2.4.

Aġenti tat-tindif;

2.5.

L-alkilfenoletossilati, is-solventi aloġenati u l-ftalati;

2.6.

Restrizzjonijiet ulterjuri li japplikaw għal-linek tal-istampar, it-toners u l-verniċ;

2.7.

Irkupru tat-toluwen mill-istampar bir-rotogravura;

3.

Riċiklabbiltà:

3.1.

Il-kapaċità li jitneħħew il-partijiet li mhumiex fuq il-karta;

3.2.

Ir-repulpabbiltà;

3.3.

Il-kapaċità li jitneħħew l-adeżivi;

3.4.

Il-kapaċità li titneħħa l-linka;

4.

Emissjonijiet:

4.1.

Emissjonijiet fl-ilma mill-istampar bir-rotogravura;

4.2.

Emissjoni minn installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew installazzjonijiet ekwivalenti;

4.3.

Emissjoni ta’ VOCs minn proċessi ta’ stampar mhux koperti bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

5.

Skart:

5.1.

Is-sistema tal-ġestjoni tal-iskart;

5.2.

Karta għar-riċiklaġġ minn faċilitajiet tal-istampar;

5.3.

Karta għar-riċiklaġġ minn siti tal-produzzjoni tal-prodotti tal-kartollerija u tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta;

6.

L-użu tal-enerġija;

7.

Taħriġ

8.

Kemm hu tajjeb għall-użu;

9.

Informazzjoni dwar il-prodott;

10.

L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE.

Il-kriterji ekoloġiċi jkopru l-manifattura tal-prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija, u tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta, inklużi s-sottoproċessi kostitwenti mill-produzzjoni tal-karta għas-sit(i) u l-linji ta’ produzzjoni ddedikati fejn il-prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija u tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta jiġu stampati u/jew ikkonvertiti. Il-kriterji ekoloġiċi ma jkoprux it-trasport u l-ippakkjar.

L-operazzjonijiet kollha tal-istampar jew tal-konverżjoni applikati għall-karta stampata, għall-kartollerija u għall-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti rispettivi. Il-partijiet tal-prodott finali li huma stampati jew ikkonvertiti minn sottokuntrattur għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti relatati. L-applikazzjoni għandha tinkludi lista tal-istamperiji u tas-sottokuntratturi kollha involuti fil-produzzjoni tal-prodott, u l-postijiet ġeografiċi tagħhom.

Tista’ titressaq applikazzjoni għal linja ta’ prodotti ta’ tip speċifiku, pereżempju, il-fuljett inkullat ta’ 2 paġni sa 30 paġna. F’dan il-każ, il-prodott kampjun li jirrappreżenta l-linja tal-prodott jeħtieġ li jissodisfa l-kriterji. Il-prodott kampjun għandu jiġi analizzat b’referenza għall-materjali u l-kimiċi kollha użati, it-tipi ta’ karta, l-għadd massimu ta’ paġni, il-format massimu u t-tipi kollha possibbli ta’ twaħħil. L-Ekotikketta tal-UE tista’ tintuża għall-prodotti sussegwenti kollha li jikkonformaw mal-kriterji definiti għall-prodott kampjun.

Bidliet fil-fornituri, fis-siti tal-produzzjoni u fil-proċess tal-produzzjoni, li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti li għalihom tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ta’ sostenn li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji. Għal tip ta’ prodott manifatturat fuq bażi rikorrenti jew tip ta’ prodott li jiġi manifatturat darba biss, l-applikazzjoni għandha tindirizza l-prodott speċifiku.

Valutazzjoni u verifika: Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.

Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżi, rapporti tat-testijiet jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur(i) tiegħu u/jew mill-fornitur(i) tagħhom, eċċ. kif xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, u l-verifiki minn korpi li huma akkreditati skont l-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

Fejn xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar minbarra dawk indikati għal kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti jew spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw il-konformità ma’ dawn il-kriterji.

Bidliet fil-fornituri u s-siti tal-produzzjoni li jappartjenu għall-prodotti li għalihom tkun ingħatat l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ta’ sostenn li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji.

Bħala prerekwiżit, il-prodott(i) tal-karta stampata, tal-kartollerija u tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti legali applikabbli kollha tal-pajjiż jew pajjiżi fejn il-prodott jitqiegħed fis-suq. L-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.

Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“applikazzjoni ta’ adeżivi” tirreferi għal adeżivi pproċessati użati fi prodotti lesti tal-karta (tipikament applikati bħala pellikoli);

(2)

“aġenti tat-tindif” tfisser dawn li ġejjin: (a) kimiċi likwidi użati biex jaħslu l-formoli tal-istampar, kemm separati (mhux fl-istampa) kif ukoll integrati (fl-istampa), u stampaturi biex ineħħu l-inka tal-istampar, it-trab tal-karta u prodotti simili; (b) deterġenti tat-tindif għall-magni tat-tlestija u l-magni tal-istampar, bħal deterġenti tat-tindif biex jitneħħew ir-residwi tal-adeżivi u tal-verniċ; (c) prodotti li jneħħu l-linek għall-istampar użati fil-ħasil tal-linek għall-istampar niexfa; ma jinkludux aġenti tat-tindif għat-tindif ta’ partijiet oħra tal-magna tal-istampar jew għat-tindif ta’ magni oħra minbarra magni tal-istampar u magni tat-tlestija;

(3)

“proċess tal-ittrasformar” tfisser proċess fejn materjal jiġi pproċessat fi prodott tal-karta ttrasformata, inkluż xi kultant proċess tal-istampar (proċessi ta’ qabel l-istampar, l-istampar u wara l-istampar);

(4)

“prodott tal-karta ttrasformata” huwa karta, paperboard jew sottostrati bbażati fuq il-karta, kemm stampata kif ukoll mhux stampata, ġeneralment użata biex tipproteġi, tittratta jew taħżen oġġetti u/jew noti, li għaliha l-proċess tal-ittrasformar huwa parti essenzjali mill-proċess tal-produzzjoni, li fih tliet kategoriji prinċipali ta’ prodotti: envelops, boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta u prodotti tal-kartollerija;

(5)

“fleksografija” tfisser attività ta’ stampar li tuża ġarr ta’ immaġni ta’ fotopolimeri tal-lastku jew elastiċi li fuqhom iż-żoni ta’ stampar huma ’l fuq miż-żoni mhux ta’ stampar, bl-użu ta’ linek likwidi li jinxfu permezz ta’ evaporazzjoni;

(6)

“emissjonijiet li jaħarbu” tfisser kwalunkwe emissjonijiet mhux f’gassijiet ta’ skart ta’ komposti organiċi volatili fl-arja, fil-ħamrija u fl-ilma kif ukoll solventi li jinsabu fi kwalunkwe prodott, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fil-Parti 2 tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE;

(7)

“solvent aloġenat organiku”' tfisser solvent organiku li fih mill-inqas atoma waħda ta’ bromin, klorin, fluworin jew jodju għal kull molekula;

(8)

“heatset web offset” tfisser attività ta’ stampar web-fed bl-użu ta’ trasportatur tal-immaġni li fiha ż-żona tal-istampar u mhux tal-istampar huma fl-istess pjan, fejn web-fed ifisser li l-materjal li jrid jiġi stampat jingħata lil magna minn rukkell kif distint minn karti separati;

(9)

“laminazzjoni” tfisser twaħħil flimkien ta’ żewġ materjali flessibbli jew aktar biex jipproduċu laminati;

(10)

“karta għar-riċiklaġġ” tfisser fluss ta’ skart mill-karta ġġenerat matul il-produzzjoni tal-prodott lest;

(11)

“kisjiet ta’ adeżivi sensittivi għall-pressjoni” (PSA): tfisser adeżivi b’molekuli mobbli li jkunu għadhom fuq l-uċuħ tagħhom li, anke wara l-issettjar, jistgħu jipproduċu adeżjoni suffiċjenti billi jagħfsu l-films koeżivi tagħhom (kisja) kontra l-wiċċ li jkun irid jiġi marbut;

(12)

“stampar bir-rotogravur” tfisser attività ta’ stampar bir-rotogravur użata għall-istampar ta’ karta għar-rivisti, fuljetti, katalgi jew prodotti simili, bl-użu ta’ linek ibbażati fuq it-toluwen;

(13)

“repulpjar” tfisser il-konverżjoni tal-karta lura f’polpa;

(14)

“stampar bl-iskrin li jdur” tfisser attività ta’ stampar web-fed li fiha l-linka tgħaddi fuq il-wiċċ li jrid jiġi stampat billi tisfurzah minn trasportatur tal-immaġni poruż, li fih iż-żona tal-istampar hija miftuħa u ż-żona li mhix stampata hija ssiġillata, bl-użu ta’ linka likwida li tinxef biss permezz ta’ evaporazzjoni.

(15)

“rotogravur” tfisser attività ta’ stampar li tuża trasportatur ta’ immaġni ċilindrika li fiha ż-żona tal-istampar hija taħt iż-żona li mhix stampata, permezz ta’ linek likwidi li jinxfu permezz ta’ evaporazzjoni.

(16)

“TVOC” tfisser il-karbonju organiku volatili totali, espress bħala C (fl-arja).

(17)

“web-fed” tfisser li l-materjal li għandu jiġi stampat jiddaħħal fil-magna minn rukkell kif distint minn karti separati;

(18)

“verniċjar” tfisser attività li fiha verniċ jew kisi li jwaħħal għall-iskop li tissiġilla aktar tard il-materjal tal-imballaġġ huwa applikat ma’ materjal flessibbli;

(19)

“komposti organiċi volatili” (VOC) tfisser kull kompost organiku kif ukoll il-frazzjoni tal-krijożot, li jkollu 293,15 K pressjoni ta' fwar ta' 0,01 kPa jew aktar, jew li għandu volatilità korrispondenti fil-kondizzjonijiet partikolari tal-użu;

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Kriterju 1 — Sottostrat

Is-sottostrat tal-karta, inkluż il-kartun użat fi prodott finali għandu jkollu fuqu l-Ekotikketta tal-UE għal “Karta grafika” skont l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/70 (3).

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopja ta’ ċertifikat validu tal-Ekotikketta tal-UE skont l-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/70 għal kull sottostrat tal-karta użat fi prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija jew tal-boroż tal-karta għall-ġarr tal-Ekotikketta tal-UE.

L-applikant għandu jipprovdi d-deskrizzjoni tas-substrat(i) tal-Ekotikketta tal-UE, inklużi l-ismijiet kummerċjali u l-ammonti tal-karta użati. Il-lista għandha tinkludi wkoll l-ismijiet tal-fornituri tal-karti użati.

Kriterju 2 — Sustanzi ristretti

Il-bażi biex tintwera l-konformità ma’ kull wieħed mis-sottokriterji taħt il-kriterju 2 għandha tkun li l-applikant jipprovdi lista tas-sustanzi kimiċi rilevanti kollha użati flimkien mad-dokumentazzjoni xierqa (skeda tad-data tas-sigurtà u/jew dikjarazzjoni mill-fornitur tal-kimika). Bħala minimu, is-sustanzi kimiċi kollha użati mill-applikant fi proċessi ta’ stampar jew ta’ konverżjoni rilevanti għandhom jiġu skrinjati.

2.1   Restrizzjonijiet fuq Sustanzi ta’' Tħassib Serju Ħafna (SVHCs)

Is-sustanzi kimiċi kollha miżjuda użati fil-proċess tal-produzzjoni mill-applikant u kull materjal fornut li jifforma parti mill-prodott finali għandhom ikunu koperti minn dikjarazzjonijiet mill-fornituri li jiddikjaraw li ma fihomx, f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (piż skont il-piż), sustanzi li jissodisfaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)li ġew identifikati skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament u inklużi fil-kandidat lista għal sustanzi ta’ tħassib serju ħafna għall-awtorizzazzjoni. L-ebda deroga minn dan ir-rekwiżit ma għandha tingħata.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodott ikun ġie prodott bl-użu ta’ kimiċi jew materjali fornuti li ma fihom l-ebda SVHC f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0.10 % (piż skont il-piż). Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn skedi ta’ data ta’ sikurezza tas-sustanzi kimiċi tal-proċess użati jew dikjarazzjonijiet xierqa minn fornituri kimiċi jew materjali.

Il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala SVHCs u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tinsab hawn:

http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp.

Għandha ssir referenza għal-lista fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-Ekotikketta tal-UE.

2.2   Restrizzjonijiet fuq sustanzi kklassifikati taħt ir-Regolament (KE) Noru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

Sakemm ma jkunx hemm deroga fit-Tabella 1, il-prodott, u kwalunkwe oġġetti komponenti fih, ma għandux ikun fihom sustanzi jew taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (piż skont il-piż) li huma assenjati xi waħda mill-klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

Perikli tal-Grupp 1: Kategorija 1A jew 1B karċinoġenika, mutaġenika u/jew tossika għar-riproduzzjoni (CMR): H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df.

Perikli tal-Grupp 2: CMR tal-Kategorija 2: H341, H351, H361, H361f, H361d, H361fd, H362; Tossiċità akkwatika tal-Kategorija 1: H400, H410; Tossiċità akuta tal-Kategorija 1 u 2: H300, H310, H330; Tossiċità man-nifs tal-Kategorija 1: H304; Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira tal-Kategorija 1 (STOT): H370, H372; Sensitizzatur tal-ġilda tal-Kategorija 1: H317 (6).

Perikli tal-Grupp 3: Tossiċità akkwatika tal-kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413; Tossiċità akuta tal-kategorija 3: H301, H311, H331; STOT tal-kategorija 2: H371, H373.

L-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li jkunu mmodifikati kimikament matul il-proċess tal-produzzjoni, sabiex kwalunkwe periklu rilevanti li għalih is-sustanza jew it-taħlita tkun ġiet klassifikata taħt ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ma jibqax japplika, għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Tabella 1

Derogi għar-restrizzjonijiet fuq sustanzi kklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 u l-kundizzjonijiet applikabbli

Tip ta’ sustanza/taħlita

L-applikabbiltà

Il-klassi tal-periklu derogat, il-kategorija u l-kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu

Deroga kundizzjonijiet

Żjut minerali u distillati

Prodotti tal-karta stampata ssettjati bis-sħana, issettjati mingħajr sħana jew stampati diġitalment

Periklu min-nifs, kategorija 1, H304

L-applikant għandu juri lill-Korp Kompetenti li l-istruzzjonijiet rilevanti kollha inklużi fl-iskeda tad-data tas-sigurtà dwar l-immaniġġjar u l-ħżin sikur u l-kontrolli xierqa tal-esponiment u l-protezzjoni personali huma fis-seħħ u jiddikjara li dawn qed jiġu mħarsa.

Nikil

Komponenti tal-metall

Sensitizzazzjoni tal-ġilda, kategorija 1, H317, Karċinoġeniċità, kategorija 2, H351, Tossiċità Speċifika għall-Organi fil-Mira, esponiment ripetut, kategorija 1, H372

L-applikant għandu jipprovdi informazzjoni lill-konsumatur dwar l-użu tan-nikil għall-elettroplejtjar, il-kisi jew l-illigar tal-metall.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lista tas-sustanzi kimiċi rilevanti kollha użati fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom, flimkien mal-iskeda rilevanti tad-data tas-sigurtà jew id-dikjarazzjoni tal-fornitur kimiku u kwalunkwe dikjarazzjoni rilevanti mill-fornituri tal-oġġetti komponenti.

Kwalunkwe sustanza kimika li fiha sustanzi jew taħlitiet bi klassifikazzjonijiet ristretti skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandha tiġi enfasizzata. Ir-rata approssimattiva tad-dożaġġ tas-sustanza kimika, flimkien mal-konċentrazzjoni tas-sustanza jew it-taħlita ristretta mill-ġdid f’dik is-sustanza kimika (kif previst fl-Iskeda tad-Data tas-Sigurtà jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur) u fattur ta’ żamma preżunt ta’ 100%, għandha tintuża biex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew it-taħlita ristretta li tibqa’ fil-prodott finali.

Peress li prodotti multipli jew prodotti potenzjali li jużaw l-istess sustanzi kimiċi għall-ipproċessar jistgħu jkunu koperti minn liċenzja waħda, il-kalkolu jeħtieġ li jiġi ppreżentat biss għall-prodott fl-agħar każ kopert mil-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE (pereżempju l-aktar prodott stampat b’mod qawwi).

Il-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni mill-fattur taż-żamma ta’ 100% (eż. l-evaporazzjoni tas-solvent) jew għal modifika kimika ta’ sustanza jew taħlita perikoluża ristretta jridu jingħataw bil-miktub lill-korp kompetenti.

Għal kwalunkwe sustanza jew taħlitiet ristretti li jaqbżu l-0,10 % (piż skont il-piż) tal-prodott finali tal-karta stampata, tal-kartollerija jew tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta, jew tal-oġġetti komponenti rilevanti fihom, għandha tiġi stabbilita deroga rilevanti u trid tingħata prova tal-konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni rilevanti ta’ deroga

2.3   Prodotti bijoċidali u sustanzi attivi bijoċidali

Il-prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija u tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta ma għandhom jiġu ttrattati bl-ebda prodott bijoċidali, inklużi dawk tat-tip 7 (preservattivi għall-pellikoli) u tat-tip 9 (preservattivi għall-fibra, il-ġilda, il-gomma u l-materjali polimerizzati).

Preservattivi fil-bottijiet biss (jiġifieri prodotti bijoċidali tat-tip 6: il-preservattivi għal prodotti matul il-ħżin) preżenti fil-linek tal-istampar, il-verniċ, il-laker u kwalunkwe formulazzjoni oħra użata matul il-proċessi ta’ produzzjoni u l-preservattivi użati għas-sistemi tat-tkessiħ u l-ipproċessar tal-likwidi (jiġifieri t-tip ta’ prodott bijoċidali 11) għandhom ikunu permessi, sakemm:

ikunu ġew approvati mir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għall-użu tat-tip ta’ prodott 6 jew tip ta’ prodott 11, kif xieraq, jew

ikunu qed jiġu eżaminati sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-approvazzjoni mir-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu tat-tip ta’ prodott 6 jew tat-tip ta’ prodott 11, kif xieraq;

Jekk kwalunkwe sustanza attiva bijoċidali li tissodisfa l-kundizzjoni(jiet) ta’ hawn fuq tiġi assenjata l-kodiċi tad-dikjarazzjoni tal-periklu H410 jew H411 (perikoluża għall-ambjent akkwatiku, perikli kroniċi, kategorija 1 jew 2), l-użu tagħha għandu jkun permess biss jekk il-potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni (log Pow ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) huwa < 3,0 jew jekk il-fattur tal-bijokonċentrazzjoni (BCF) huwa ≤ 100.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jiddikjara liema prodotti bijoċidali ntużaw fil-proċess tal-produzzjoni, jiddikjara n-natura tal-użu tal-prodott bijoċidali (jiġifieri l-prodott tat-tip 6 jew 11) u jipprovdu kopji tal-iskedi tad-data tas-sikurezza u kwalunkwe dikjarazzjoni jew rapport tat-testijiet rilevanti mill-manifattur tal-prodotti bijoċidali.

2.4   Aġenti tat-tindif

L-aġenti tat-tindif użati għal operazzjonijiet ta’ tindif ta’ rutina fil-proċessi u/jew is-sottoproċessi tal-istampar:

ma għandux ikun fihom solventi b’punt li jieħdu n-nar ta’ < 60°C f’konċentrazzjonijiet ta’ > 0,10 % (skont il-piż);

ma għandux ikun fihom benżen f’konċentrazzjonijiet ta’ > 0,10% (skont il-piż);

ma għandux ikun fihom toluwen jew ksilen f’konċentrazzjonijiet ta’ > 1,0% (bil-piż);

ma għandux ikun fihom idrokarburi aromatiċi (>C9) f’konċentrazzjonijiet > 0,10 % (skont il-piż);

ma għandu jkun fihom ebda ingredjenti bbażati fuq l-idrokarboni aloġenati, terpeni, n-eżan, nonilfenoli, N-metil-2-pirrolidone jew 2-butossietanol f’konżentrazzjonijiet ta’ > 0,10% (skont il-piż).

Dawn ir-restrizzjonijiet ma japplikawx għal aġenti tat-tindif użati f’formulazzjonijiet speċjali li jintużaw biss okkażjonalment, bħal aġenti li jneħħu l-linka niexfa u blanket revivers.

Ir-restrizzjoni fuq it-toluwen ma tapplikax għall-aġenti tat-tindif użati fil-proċessi tal-istampar bir-rotogravur.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jiddikjara l-aġenti tat-tindif differenti li jintużaw u jekk jintużawx għal proċeduri ta’ tindif ta’ rutina jew għal proċeduri speċjali bħat-tneħħija tal-linka niexfa jew blanket revival. Għandha tiġi pprovduta skeda tad-data tas-sigurtà għal kull aġent tat-tindif użat. Għall-aġenti tat-tindif użati b’mod regolari, il-folji tad-data tas-sikurezza għandhom jiġu appoġġati b’dikjarazzjoni tal-konformità mar-restrizzjonijiet rilevanti elenkati hawn fuq mill-fornitur tal-aġent tat-tindif.

2.5   Alkilfenoletossilati, solventi aloġenati u ftalati

Is-sustanzi jew il-preparazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu preżenti f’konċentrazzjonijiet li jeċċedu 0,10% (skont il-piż) f’kwalunkwe linek, kuluri, toners, adeżivi, jew aġenti tat-tindif użati fil-proċess tal-istampar jew fis-sottoproċessi relatati użati għall-produzzjoni tal-prodott tal-karta stampata, tal-kartollerija jew tal-boroż tal-karta għall-ġarr:

l-alkilfenoletossilati u d-derivattivi tagħhom li jistgħu jipproduċu alkilfenoli bid-degradazzjoni;

solventi aloġenati li fil-ħin tal-applikazzjoni huma kklassifikati taħt kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu elenkati fil-punt 2.2

il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew assenjati l-klassijiet tal-periklu tat-tossiċità riproduttiva (il-kategorija 1A, 1B jew 2) u wieħed jew aktar mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet tal-periklu assoċjati li ġejjin: H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df, H361, H361f, H361d, H361fd jew H362 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi skeda(i) tad-data tas-sikurezza u dikjarazzjoni(jiet) mill-fornitur(i) tas-sustanzi kimiċi tiegħu li turi li l-APEOs jew derivattivi oħra tal-alkilfenol, solventi aloġenati jew il-ftalati rilevanti ma jkunux preżenti f’dawn is-sustanzi kimiċi fi kwantitajiet li jaqbżu 0,10 % (skont il-piż).

2.6   Restrizzjonijiet ulterjuri li japplikaw għal-linek tal-istampar, it-toners u l-verniċ

Nota

:

għall-fini ta’ dan il-kriterju u sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, ir-restrizzjonijiet li huma ekwivalenti għan-nuqqas ta’ preżenza ta’ sustanza jew taħlita perikoluża f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,10 % (skont il-piż) fil-formulazzjoni tal-linka, tat-toner jew tal-verniċ.

Ir-restrizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għas-sustanzi jew it-taħlitiet kollha użati fil-linek tal-istampar, it-toners u l-verniċ għall-użu fil-proċess tal-istampar jew fis-sottoproċessi użati għall-produzzjoni tal-prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija jew tal-boroż tal-karta għall-ġarr bl-Ekotikketta tal-UE:

l-ebda sustanza jew taħlitiet bi klassijiet ta’ periklu assenjati għal tossiċità karċinoġenika, mutaġenika u/jew riproduttiva (il-kategorija 1A, 1B jew 2) u wieħed jew aktar mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df, ma għandha tintuża;

l-ebda sustanza jew taħlitiet bi klassijiet ta’ periklu assenjati ta’ tossiċità akuta (orali, dermali, inalazzjoni) (kategorija 1 jew 2) u wieħed jew aktar mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin: H300, H310, H330, ma għandha tintuża;

l-ebda sustanza jew taħlitiet bi klassijiet ta’ periklu assenjati ta’ tossiċità akuta (orali, dermali) (il-kategorija 3) u wieħed jew aktar mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin: H301, H311, ma għandha tintuża;

l-ebda sustanza jew taħlitiet bi klassijiet ta’ periklu (kategorija 1) speċifiċi assenjati għat-tossiċità fl-organi fil-mira (esponiment ta’ darba jew ripetut) u wieħed jew aktar mill-kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu li ġejjin: H370, H372, ma għandha tintuża;

L-ebda pigmenti jew addittivi bbażati fuq l-antimonju, l-arseniku, il-kadmju, il-kromju (VI), iċ-ċomb, il-merkurju, is-selenju, il-kobalt jew kwalunkwe kompost minnhom għandhom jintużaw u għandhom jiġu permessi biss traċċi ta’ dawk il-metalli sa 0,010 % (skont il-piż) bħala impuritajiet.

ma għandhom jintużaw l-ebda żebgħat ażo, li permezz tal-qsim riduttiv ta’ grupp ażo wieħed jew aktar, jistgħu jirrilaxxaw ammini aromatiċi wieħed jew aktar elenkati fl-Appendiċi 8 tal-entrata 43 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, (ara l-lista indikattiva fl-Appendiċi I ta’ dak l-Anness);

is-solventi li ġejjin: 2-Metossietanol, 2-Etossietanol, 2-Metossietil aċetat, 2-Etossietil aċetat, 2-Nitropropan u Metanol ma għandhomx jintużaw;

il-plastifikanti li ġejjin: naftaleni klorinati, paraffini klorinati, monokoresyl phosphate, triresyl phosphate u monokoretil diphenyl phosphate ma għandhomx jintużaw;

diaminostilbene u d-derivattivi tiegħu, 2,4-Dimetil-6-tert-butilfenol, 4,4’-bis(dimetilammino)benżofenon (Michler’s ketone) u Esaklorofenil ma għandhomx jintużaw.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lista tal-linek tal-istampar kollha u tal-prodotti relatati użati fil-produzzjoni tal-prodotti tal-karta stampata, karta tal-kartollerija jew tal-boroż tal-karta għall-ġarr bl-Ekotikketta tal-UE, flimkien ma’ skedi ta’ data ta’ sikurezza u dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju għal kull linka tal-istampar, toner u varniċ mill-fornitur/produttur ta’ kull prodott.

2.7   Irkupru tat-toluwen mill-istampar bir-rotogravura

Kwalunkwe proċess ta’ stampar bir-rotogravura użat biex jipproduċi prodotti tal-karta stampata, tal-kartollerija jew tal-boroż tal-karta għall-ġarr bl-Ekotikketta tal-UE, għandu jkollu fis-seħħ sistema ta’ rkupru tas-solvent u jkun jista’ juri effiċjenza fl-irkupru tat-toluwen ta’ mill-inqas 97 %.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju appoġġata b’deskrizzjoni tas-sistema ta’ rkupru tas-solvent u bilanċ tal-massa tat-toluwen li juri rkupru ta’ mill-inqas 97 % matul l-aktar sena kalendarja reċenti kompluta. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq mill-inqas tliet xhur ta’ tħaddim rappreżentattiv tal-impjant.

Il-kriterju 3 — Riċiklabbiltà

3.1   Il-kapaċità li jitneħħew il-partijiet li mhumiex tal-karta

Il-partijiet mhux tal-karta tal-prodott tal-kartollerija bħall-biċċiet tal-metall jew l-għata tal-plastik għandhom ikunu jistgħu jitneħħew faċilment biex ikun żgurat li dawk il-komponenti ma jfixklux il-proċess tar-riċiklaġġ. Elementi żgħar mhux tal-karta bħal stejpils jew twieqi tal-envelops huma eżentati minn dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju appoġġat minn mill-inqas wieħed mid-dokumenti li ġejjin: dikjarazzjoni maħruġa minn manifattur jew disinjatur ta’ prodott, kumpanija għall-ġbir tal-karti, kumpanija għar-riċiklaġġ jew organizzazzjoni ekwivalenti. Dik id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn lista ta’ materjali mhux tal-karta użati fi prodott.

3.2   Repulpabbiltà

Il-prodott għandu jkun adattat għar-repulpjar.

L-aġenti tar-reżistenza għall-ilma ma għandhomx jintużaw ħlief għall-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta u għall-karta tat-tgeżwir, fejn jistgħu jintużaw biss jekk ir-repulpabbiltà tal-prodott tkun tista’ tiġi ppruvata.

Il-laminazzjoni, inkluż il-poliethene u/jew il-polipropilen, għandha tintuża biss biex iżżid id-durabbiltà tal-prodotti b’ħajja ta’ mill-inqas sena. Dan jinkludi kotba, binders, folders, pitazzi, kalendarji, notebooks u djarji. Il-laminazzjoni ma għandhiex tintuża f’rivisti, f’basktijiet tal-karta jew fil-karta tat-tgeżwir. Ma għandha tintuża l-ebda laminazzjoni doppja fi kwalunkwe prodott.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju appoġġat mid-dokumentazzjoni li ġejja.

Għall-prodotti tal-karta stampata u l-prodotti tal-kartollerija l-applikant għandu jiddikjara n-nuqqas ta’ użu ta’ aġenti tar-reżistenza għall-ilma.

Għall-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta u l-karta tat-tgeżwir, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar in-nuqqas ta’ użu ta’ aġenti tar-reżistenza għall-ilma. Inkella, l-applikant għandu juri l-kapaċità tar-ripulpjar tal-prodott appoġġata mir-riżultat(i) tar-rapport(i) tat-test skont il-PTS il-metodu PTS-RH 021, is-sistema ta’ evalwazzjoni ATICELCA 501 jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala li jipprovdu data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tan-nuqqas ta’ użu ta’ laminazzjoni għal gazzetti, rivisti, basktijiet tal-karti, karti tat-tgeżwir, jew prodotti tal-karti tal-uffiċju. Inkella, l-applikant għandu jipprovdi r-riżultat(i) tar-rapport(i) tat-test li jagħti prova tal-kapaċità tar-ripulpjar skont il-metodu PTS tip PTS-RH 021 jew is-sistema ta’ evalwazzjoni ATICELCA 501 jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti.

Għal prodotti laminati, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ użu ta’ laminazzjoni doppja.

Fejn parti minn prodott tal-karta tista’ titneħħa faċilment (pereżempju bar tal-metall f’fajl ta’ sospensjoni, inserzjoni f’rivista jew għata tal-plastik jew għata tal-pitazz li tista’ terġa’ tintuża), it-test tar-ripulpabbiltà jista’ jsir mingħajr dan il-komponent.

3.3   Il-kapaċità li jitneħħew l-adeżivi

Dan il-kriterju japplika għall-karta stampata, għall-kartollerija, u għall-prodotti tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta.

Tikketti adeżivi li jikkostitwixxu 0,50 % w/w jew aktar tal-prodott finali għandhom jagħtu prova tal-konformità ma’ dan ir-rekwiżit. It-tikketti mhux adeżivi huma eżentati milli jissodisfaw il-kriterji.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, l-adeżivi jistgħu jintużaw biss jekk it-tneħħija tagħhom tista’ tiġi ppruvata b’punteġġ ta’ mill-inqas 71 fuq it-Tabella ta’ valutazzjoni tal-EPRC għat-tneħħija tal-adeżivi.

Il-kisjiet adeżivi sensittivi għall-pressjoni għandhom jintużaw biss jekk it-tneħħija tagħhom tista’ tiġi ppruvata b’mill-inqas punteġġ pożittiv għat-tneħħija tal-adeżivi skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tat-Tneħħija tal-Adeżivi tal-EPRC.

Adeżivi bbażati fuq l-ilma huma eżentati milli jissodisfaw dan ir-rekwiżit.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità mal-kriterju tat-tneħħija tal-adeżiv skont il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew għar-Riċiklaġġ tal-Karta (EPRC). Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata bir-riżultati tat-testijiet tal-kapaċità li jitneħħew l-adeżivi skont il-Metodu INGEDE 12, jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala li jipprovdu data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Għall-adeżivi bbażati fuq l-ilma, għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni tan-natura tal-kolla bbażata fuq l-ilma mill-manifattur tal-adeżivi. L-iskeda tad-data tas-sigurtà tal-kolla għandha tiġi aċċettata bħala prova tal-konformità biss jekk tindika li l-adeżiv użat fil-prodott ikun ibbażat fuq l-ilma.

L-applikazzjonijiet adeżivi elenkati fl-Anness tal-“Valutazzjoni tar-Riċiklabbiltà tal-Prodotti Stampati, it-Tabella ta’ Valutazzjoni għat-Tneħħija tal-Adeżivi”, jitqiesu konformi mar-rekwiżit.

3.4   Il-kapaċità li titneħħa l-linka

Dan il-kriterju japplika għall-prodotti u l-envelops tal-karta stampata bbażati fuq karta bajda.

Il-kapaċità li titneħħa l-linka għandha tiġi ppruvata

Il-prodott stampat jitqies konformi mar-rekwiżit jekk il-parametri individwali kollha analizzati jkollhom punteġġ pożittiv u l-punteġġ finali jkun mill-inqas 51 fuq it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Kapaċità Li Titneħħa l-Linka tal-EPRC, jew ekwivalenti. L-envelops għandhom ikunu eżentati milli jwettqu t-test tal-kapaċità li titneħa l-linka.

Għall-pakketti, l-istampar intern għandu jintuża biss għar-raġunijiet ta’ privatezza u fil-pakketti magħmulin minn karta li għandha piż ta’ inqas minn 135g/m2 , jew b’livell ta’ opaċità ta’ inqas minn 98%. Il-wiċċ stampat ta’ ġewwa għandu jkun inqas minn 80% tal-wiċċ ta’ ġewwa kollu mingħajr il-parti mwaħħla bil-kolla u għandu jiġi stampat bil-kuluri b’lewn ċar.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant jew il-manifattur tal-linka għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ punteġġi tal-kapaċità tat-tneħħija tal-linka skont il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew għar-Riċiklaġġ tal-Karta (EPRC). Id-dikjarazzjoni għandha tkun appoġġata minn riżultati tat-test tal-kapaċità tat-tneħħija tal-linka skont il-metodu INGEDE 11, jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala li jipprovdu data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Għall-envelops, l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità mar-rekwiżit, appoġġata minn speċifikazzjonijiet tal-piż/m2 tal-karta użata skont l-UNE-EN ISO 536 jew opaċità skont l-ISO 2471, il-kulur tal-linka tal-istampar, u % kopertura ta’ kwalunkwe disinn intern tal-istampar.

It-teknoloġiji tal-istampar u l-kombinamenti tal-materjali elenkati fl-Anness tal-“Valutazzjoni tar-Riċiklabbiltà tal-Prodott Stampat, il-Punteġġ tal-Kapaċità tat-Tneħħija tal-Linka” għandhom jitqiesu konformi mar-rekwiżiti.

L-ittestjar tat-teknoloġiji jew il-linek tal-istampar għandu jsir fuq it-tip(i) ta’ karta li jintuża/jintużaw fi prodott. Iċ-ċertifikat tat-test jista’ jintuża għal prints bl-istess linka fuq l-istess tip ta’ sottostrat jekk il-kopertura tal-linka tkun daqs jew inqas minn dik fuq il-prodott ittestjat.

Kriterju 4 — Emissjonijiet

4.1   Emissjonijiet fl-ilma mill-istampar bir-rotogravura

L-ammont speċifiku ta’ Cr u Cu fil-punt tar-rimi ma għandux jaqbeż, rispettivament, 20 mg kull m2 u 200 mg kull m2 tal-erja tas-superfiċje taċ-ċilindru tal-istampar li tintuża fl-istampa.

Valutazzjoni u verifika: ir-rilaxx tas-Cr u tas-Cu għandu jiġi ċċekkjat fl-impjanti tal-istampar bir-rotogravura wara t-trattament u immedjatament qabel jintrema. Għandu jinġabar kampjun kompost rappreżentattiv tar-rilaxxi tas-Cr u tas-Cu mill-inqas kull 3 xhur. Għandu jsir mill-inqas test analitiku annwali wieħed minn laboratorju akkreditat biex jiġi ddeterminat il-kontenut tas-Cr u tas-Cu mill-kampjun kompost skont l-EN ISO 11885 jew metodi standard ekwivalenti li huma aċċettati mill-korp kompetenti bħala li jipprovdu data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Il-konformità ma’ dan il-kriterju għandha tiġi vvalutata billi l-kontenut tas-Cr u tas-Cu jiġi diviż, kif stabbilit mit-test analitiku annwali, bis-superfiċje taċ-ċilindru użata fl-istampa matul l-istampar. Is-superfiċje taċ-ċilindru użata fl-istampa matul l-istampar hija kkalkulata billi l-wiċċ taċ-ċilindru jiġi mmultiplikat (= 2πrL, fejn r huwa r-raġġ u l it-tul taċ-ċilindru) bl-għadd ta’ produzzjonijiet tal-istampar matul sena (= l-għadd ta’ biċċiet ta’ stampar differenti).

4.2   Emissjoni minn installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew installazzjonijiet ekwivalenti

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-proċessi tal-istampar koperti mill-Annessi I u VII tad-Direttiva 2010/75/UE jew għall-proċessi tal-istampar ekwivalenti barra mill-UE li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-Annessi I u VII tad-Direttiva 2010/75/UE.

4.2(a)   Emissjonijiet ta’ Komposti Organiċi Volatili (VOCs) u kromju (VI) mill-istampar bir-rotogravura tal-pubblikazzjoni

Emissjonijiet ta’ VOC li jaħarbu kif ikkalkulati mill-bilanċ tal-massa tas-solvent għandhom ikunu inqas jew ugwali għal 2,0 % tal-input tas-solvent u l-emissjonijiet ta’ TVOC (9) fil-gassijiet ta' skart għandhom ikunu inqas jew ugwali għal 16,0 mg C/Nm3.

L-emissjonijiet tas-Cr(VI) fl-arja ma għandhomx jaqbżu 15,0 mg/tunnellati tal-karta. Għandu jiġi installat tagħmir ta’ tnaqqis għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-arja

4.2(b)   l-emissjoni ta’ Komposti Organiċi Volatili (VOCs) mill-istampar bil-litografija tas-sħana (heatset web offset)

L-emissjonijiet totali tal-VOC kif ikkalkulati mill-bilanċ tal-massa tas-solvent għandhom ikunu inqas jew daqs 0,03 kg ta’ VOCs għal kull kg ta’ input ta’ linka; alternattivament, l-emissjonijiet ta’ VOC li jaħarbu kif ikkalkulati mill-bilanċ tal-massa tas-solvent għandhom ikunu inqas jew ugwali għal 8% tal-input tas-solvent u l-emissjonijiet ta’ TVOC fil-gassijiet ta' skart għandhom ikunu inqas jew ugwali għal 12,0 mg C/Nm3.

4.2(c)   l-emissjoni ta’ Komposti Organiċi Volatili (VOCs) mill-istampar bir-rotogravura tal-fleksografija u mhux tal-pubblikazzjoni

L-emissjonijiet totali tal-VOC kif ikkalkulati mill-bilanċ tal-massa tas-solvent għandhom ikunu inqas jew daqs 0,24 kg ta’ VOCs għal kull kg ta’ input ta’ linka; inkella, l-emissjonijiet ta’ VOC li jaħarbu kif ikkalkulati mill-bilanċ tal-massa tas-solvent għandhom ikunu inqas jew ugwali għal 9,6 % tal-input tas-solvent u l-emissjonijiet ta’ TVOC f’gassijiet ta’ skart għandhom ikunu inqas jew ugwali għal 16,0 mg C/Nm3.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kalkoli dettaljati u dejta tal-ittestjar li juru l-konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ relatata.

Għall-emissjonijiet totali jew li jaħarbu tal-VOC, kif applikabbli, il-kalkolu tal-bilanċ tal-massa tas-solvent għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar ta’ tħaddim. Il-bilanċ tal-massa tas-solvent għandu jkun konformi mad-definizzjoni stabbilita fil-Parti 7(2) tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq mill-inqas tliet xhur ta’ tħaddim rappreżentattiv tal-impjant.

L-applikant jew fornitur kimiku għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-kontenut tal-VOC fil-linek, l-aġenti tal-ħasil, is-soluzzjonijiet għall-umidifikazzjoni, jew prodotti kimiċi korrispondenti oħra.

Il-bilanċ tal-massa tas-solvent għandu jsir fuq bażi annwali. Il-membri tal-persunal responsabbli għandhom jagħmlu evalwazzjoni bil-miktub. Fuq talba, l-evalwazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-korp kompetenti.

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet totali tat-TVOC fl-arja fil-gassijiet ta’ skart, kull ċumnija b’tagħbija tat-TVOC ta’ inqas minn 10 kg C/h għandha tiġi mmonitorjata mill-inqas darba fis-sena skont EN 12619, jew ekwivalenti. Fil-każ ta’ tagħbija tat-TVOC ta’ inqas minn 0,1 kg C/h (bħala medja annwali), jew fil-każ ta’ tagħbija ta’ TVOC mhux imnaqqsa u stabbli ta’ inqas minn 0,3 kg C/h, il-frekwenza ta’ monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull tliet snin jew il-monitoraġġ jista’ jiġi sostitwit b’kalkolu sakemm dan jiżgura l-forniment ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

Għal kull ċumnija b’tagħbija ta’ TVOC ogħla jew ugwali għal 10 kg C/h il-monitoraġġ għandu jkun kontinwu skont N 15267-1, EN 15267-2, EN 15267-3 u EN 14181. Għal kejl kontinwu, id-data għandha tirrappreżenta l-medja ta’ kuljum matul il-perjodu ta’ jum wieħed ibbażat fuq medji validi ta’ kull siegħa jew ta’ nofs siegħa.

Il-qerda tal-VOC fis-sistema ta’ tnaqqis (eż. l-ossidazzjoni termali, l-assorbiment għall-karbonju attivat) għandha tiġi determinata, bi frekwenza ta’ mill-inqas kull tliet snin, permezz ta’ kejl ikkombinat tal-konċentrazzjoni tal-VOC fil-gass mhux ipproċessat u fil-gass nadif.

Id-data tal-kejl tal-gass ta’ skart għandha tiġi rreġistrata u disponibbli fuq talba tal-korp kompetenti.

L-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tas-sistema fis-seħħ, flimkien ma’ dokumentazzjoni relatata mal-kontroll u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-Cr(VI). Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi r-riżultati tat-test relatati mat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-Cr(VI) fl-arja.

4.3   Emissjoni minn proċessi ta’ stampar li mhumiex koperti mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-proċessi tal-istampar mhux koperti mill-Anness I jew mill-Anness VII l-Parti 2 tad-Direttiva 2010/75/UE jew għall-proċessi tal-istampar ekwivalenti barra mill-UE li ma jissodisfawx l-ispeċifikazzjoni tal-Annessi I u VII tad-Direttiva 2010/75/UE.

L-emissjonijiet totali tal-VOC kif ikkalkulati mill-bilanċ tal-massa tas-solvent għandhom ikunu inqas jew ugwali għal:

4,5 kg VOC/tunnellata ta’ karta għall-istampar offset li jieħu l-folji;

1,0 kg VOC/tunnellata ta’ karta għall-istampar diġitali;

2,0 kg VOC/tunnellata ta’ karta għall-istampar offset bl-issettjar bis-sħana;

2,5 kg VOC/tunnellata ta’ karta għall-istampar web offset bl-issettjar mhux bis-sħana;

3,0 kg VOC/tunnellata ta’ karta għal stampar ieħor bir-rotogravura, fleksografija, ta’ skrin li jdur jew unitajiet ta’ laminar jew ta’ verniċjar.

Alternattivament, fejn jiġi applikat trattament ta’ mingħajr gass, l-emissjonijiet ta’ VOC li jaħarbu kif ikkalkulat mill-bilanċ tal-massa tas-solvent għandhom ikunu inqas jew ugwali għal 10% tal-input tas-solvent u l-emissjoni ta’ TVOC fil-gassijiet ta’ skart għandha tkun inqas jew ugwali għal 20 mg C/Nm3.

Is-solventi volatili mill-proċess tat-tnixxif tal-istampar offset bl-issettjar bis-sħana, bir-rotogravura u fleksografija għandhom jiġu ġestiti permezz ta’ rkupru ta’ solventi jew trattament termali jew kwalunkwe sistema ekwivalenti, jiġifieri sostituzzjoni bl-użu ta’ linek ibbażati fuq l-ilma.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tas-sistema fis-seħħ flimkien mad-dokumentazzjoni u r-riżultati tat-testijiet relatati mal-kontroll u l-monitoraġġ tal-emissjonijiet fl-arja.

Għall-emissjonijiet totali jew li jaħarbu tal-VOC, kif applikabbli, il-bilanċ tal-massa tas-solvent għandu jiġi kkalkulat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar ta’ tħaddim. Il-bilanċ tal-massa tas-solvent għandu jkun konformi mad-definizzjoni stabbilita fil-Parti 7(2) tal-Anness VII tad-Direttiva 2010/75/UE. Għall-allokazzjoni tal-emissjoni tal-VOCs fil-massa tal-karta, għandhom jiġu kkalkulati l-uċuħ stampati kollha. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq mill-inqas tliet xhur ta’ tħaddim rappreżentattiv tal-impjant.

Għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet totali tat-TVOC fl-arja fil-gassijiet ta’ skart, kull ċumnija b’tagħbija tat-TVOC ta’ inqas minn 10 kg C/h għandha tiġi mmonitorjata mill-inqas darba fis-sena skont EN 12619, jew ekwivalenti. Fil-każ ta’ tagħbija tat-TVOC ta’ inqas minn 0,1 kg C/h (bħala medja annwali), jew fil-każ ta’ tagħbija ta’ TVOC mhux imnaqqsa u stabbli ta’ inqas minn 0,3 kg C/h, il-frekwenza ta’ monitoraġġ tista’ titnaqqas għal darba kull tliet snin jew il-monitoraġġ jista’ jiġi sostitwit b’kalkolu sakemm dan jiżgura l-forniment ta’ data ta’ kwalità xjentifika ekwivalenti.

L-applikant jew fornitur kimiku għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-kontenut tal-VOC fil-linek, l-aġenti tal-ħasil, is-soluzzjonijiet għall-umidifikazzjoni, jew prodotti kimiċi korrispondenti oħra.

Kriterju 5 – Skart

5.1   Is-sistema tal-ġestjoni tal-iskart

Il-faċilità fejn jiġi manifatturat il-prodott għandu jkollha fis-seħħ sistema għall-immaniġġjar tal-iskart, li jindirizza u jiddokumenta l-miżuri meħuda biex jitnaqqas l-ammont ta’ skart solidu u likwidu, inklużi l-iskart tal-karta, l-iskart tal-linka, is-soluzzjoni tal-aġent tat-tindif u l-iskart tas-soluzzjoni għall-umidifikazzjoni kif definit mill-awtoritajiet regolatorji lokali jew nazzjonali.

Is-sistema tal-ġestjoni tal-iskart għandha tkun iddokumentata jew spjegata u għandha tinkludi tagħrif dwar mill-inqas il-proċeduri li ġejjin:

l-immaniġġjar, il-ġbir, is-separazzjoni u l-użu ta’ materjali riċiklabbli mill-fluss tal-iskart;

l-irkupru ta’ materjali għal użi oħra, bħall-inċinerazzjoni sabiex jiġġeneraw fwar jew sħana għall-proċess, jew għal użu agrikolu;

it-trattament, il-ġbir, is-separazzjoni u r-rimi tal-iskart perikoluż, kif definit mill-awtoritajiet regolatorji lokali u nazzjonali rilevanti;

objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart u ż-żieda fir-rati tal-użu mill-ġdid u tar-riċiklaġġ.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ deskrizzjoni tal-proċeduri adottati għall-ġestjoni tal-iskart. L-applikant għandu jipprovdi pjan għall-immaniġġjar tal-iskart għal kull wieħed mis-siti kkonċernati. Meta l-ġestjoni tal-iskart tiġi esternalizzata, is-sottokuntrattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju wkoll.

L-applikanti rreġistrati mal-Iskema ta’ Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi tal-UE (EMAS) u/jew iċċertifikati skont l-ISO 14001 għandhom jitqiesu li ssodisfaw dan il-kriterju jekk:

1)

l-inklużjoni tal-ġestjoni tal-iskart għas-sit(i) tal-produzzjoni hija dokumentata fi stqarrija tal-EMAS ambjentali tal-kumpanija, jew

2)

l-inklużjoni tal-ġestjoni tal-iskart hija indirizzata b’mod suffiċjenti miċ-ċertifikazzjoni ISO 14001 għas-sit(i) tal-produzzjoni.

5.2   Karta għar-riċiklaġġ minn faċilitajiet tal-istampar

Dan il-kriterju japplika għall-prodotti tal-karta stampata. L-ammont ta’ karta għall-iskart “X” prodotta ma għandux jaqbeż il-valuri rrappurtati fit-tabella li ġejja

Il-metodu tal-istampar

Massimu ta’ karta għall-iskart (%)

Folja offset

23

Issettjar mingħajr sħana, gazzetti

10

Issettjar mingħajr sħana, stampar bil-forom

18

Rotazzjoni bl-issettjar mingħajr sħana (ħlief gazzetti)

19

Rotazzjoni bl-issettjar bis-sħana

21

Stampar bir-rotogravura

15

Stampar bil-fleksografija

17

Stampar diġitali

10

Stampar bl-iskrin

23

Fejn:

X = tunnellati annwali ta’ karta għall-iskart prodotta matul l-istampar (inklużi l-proċessi ta’ tlestija) tal-prodott tal-karta stampata bl-ekotikkettata, diviżi b’tunnellati annwali ta’ karta mixtrija u użata għall-produzzjoni ta’ prodott tal-karta stampata bl-ekotikkettata.

Fejn l-istamperija twettaq proċessi ta’ tlestija f’isem stamperija oħra, l-ammont ta’ skart tal-karti prodott f’dawk il-proċessi ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ “X”.

Meta l-proċessi ta’ tlestija jiġu esternalizzati lil kumpanija oħra, l-ammont ta’ skart tal-karti li jirriżulta mix-xogħol esternalizzat għandu jiġi kkalkulat u ddikjarat fil-kalkolu ta’ “X”.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ammont ta’ skart tal-karti, flimkien ma’ dikjarazzjoni mill-kuntrattur li jiġbor l-iskart tal-karti mill-istamperija. Għandhom jiġu pprovduti t-termini u l-kalkoli tal-esternalizzazzjoni fuq l-ammont ta’ skart tal-karti involut fil-proċessi ta’ tlestija.

Il-perjodu għall-kalkoli għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati mill-inqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant.

Jekk il-kalkolu tat-tunnellati annwali ta’ karta għall-iskart prodotta matul l-istampar tal-prodott tal-karta stampata bl-ekotikkettata ma jkunx teknikament fattibbli, l-applikant jista’ jipprovdi kalkoli dwar l-ammont totali ta’ karta għar-riċiklaġġ prodott kull sena fl-istamperija.

5.3   Karta għar-riċiklaġġ minn siti ta’ produzzjoni ta’ prodotti tal-kartollerija u boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta

Il-kriterju jirreferi għall-prodotti tal-kartollerija u l-prodotti tal-boroż tal-ġarr tal-karti. L-ammont ta’ skart tal-karti “X” ma għandux jaqbeż:

19% għall-envelops;

15% għall-prodotti tal-uffiċju bil-kitba, ħlief djarji;

20% għal djarji u prodotti tal-uffiċju għall-iffajljar stampati fuq naħa waħda;

30% għall-prodotti tal-uffiċju tal-iffajljar stampati fuq iż-żewġ naħat;

11% għall-boroż tal-karti u l-karta tat-tgeżwir;

fejn,

X = it-tunnellati annwali ta’ karta għall-iskart prodotta matul il-manifattura ta’ prodott tal-karta tal-kartollerija u ta’ boroż tal-karta għall-ġarr bl-ekotikketta (inklużi l-proċessi ta’ tlestija), diviżi b’tunnellati metriċi ta’ karta mixtrija u użati għall-produzzjoni ta’ karti tal-kartollerija u ta’ boroż tal-karta għall-ġarr.

Fejn l-istamperija twettaq proċessi ta’ tlestija f’isem stamperija oħra, l-ammont ta’ skart tal-karti prodott f’dawk il-proċessi ma għandux jiġi inkluż fil-kalkolu ta’ “X”.

Meta l-proċessi ta’ tlestija jiġu esternalizzati lil kumpanija oħra, l-ammont ta’ skart tal-karti li jirriżulta mix-xogħol esternalizzat għandu jiġi kkalkulat u ddikjarat fil-kalkolu ta’ “X”.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ammont ta’ skart tal-karti, flimkien ma’ dikjarazzjoni mill-kuntrattur li jiġbor l-iskart tal-karti mill-istamperija. Għandhom jiġu pprovduti t-termini u l-kalkoli tal-esternalizzazzjoni fuq l-ammont ta’ skart tal-karti involut fil-proċessi ta’ tlestija.

Il-perjodu għall-kalkoli għandu jkun ibbażat fuq il-produzzjoni matul 12-il xahar. Fil-każ ta’ impjant ta’ produzzjoni ġdid jew mibni mill-ġdid, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati mill-inqas fuq 45 jum sussegwenti ta’ tħaddim stabbli tal-impjant.

Jekk il-kalkolu tat-tunnellati annwali ta’ karta għall-iskart prodotta matul il-manifattura tal-prodott tal-karta stampata u tal-boroż tal-karta għall-ġarr bl-ekotikkettata ma jkunx teknikament fattibbli, l-applikant jista’ jipprovdi kalkoli dwar l-ammont totali ta’ karta għar-riċiklaġġ prodott kull sena fl-impjant.

Il-kriterju 6 — L-użu tal-enerġija

Is-sit fejn jiġi mmanifatturat il-prodott bl-Ekotikketta tal-UE għandu jkun stabbilixxa sistema għall-ġestjoni tal-enerġija li tindirizza l-apparati kollha li jikkunsmaw l-enerġija (inklużi l-makkinarju, id-dawl, l-arja kkundizzjonata, it-tkessiħ). Is-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija għandha tinkludi miżuri għat-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija u għandha tinkludi informazzjoni dwar mill-inqas il-proċeduri li ġejjin:

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ pjan għall-ġbir tad-data dwar l-enerġija sabiex jiġu identifikati ċ-ċifri ewlenin dwar l-enerġija;

analiżi tal-konsum tal-enerġija li tinkludi lista ta’ sistemi, proċessi u faċilitajiet li jikkunsmaw l-enerġija;

l-identifikazzjoni ta’ miżuri għal użu aktar effiċjenti tal-enerġija;

objettivi u miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija.

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità għas-sit tal-produzzjoni, appoġġata b’deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija.

L-applikant iċċertifikat skont l-ISO 50001, EN 16247 jew standard/skema ekwivalenti għandu jitqies bħala li ssodisfa dan ir-rekwiżit.

L-applikant irreġistrat mal-EMAS għandu jitqies li ssodisfa dan ir-rekwiżit jekk l-inklużjoni tal-ġestjoni tal-enerġija fl-ambitu tal-EMAS għas-sit(i) tal-produzzjoni tkun dokumentata fid-dikjarazzjoni ambjentali tal-EMAS.

L-applikant iċċertifikat skont l-ISO 14001 għandu jitqies li ssodisfa dan il-kriterju jekk l-inklużjoni tal-pjan għall-ġestjoni tal-enerġija tkun indirizzata b’mod suffiċjenti miċ-ċertifikazzjoni tal-ISO 14001 għas-sit tal-produzzjoni.

L-objettivi u l-miri ta’ titjib kontinwu relatati mat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija għandhom jiġu infurzati fuq bażi annwali. Il-membri tal-persunal responsabbli għandhom jagħmlu evalwazzjoni bil-miktub. Fuq talba, l-evalwazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-korp kompetenti.

Kriterju 7 – Taħriġ

Il-membri kollha rilevanti tal-persunal li jipparteċipaw fit-tħaddim ta’ kuljum tas-sit tal-produzzjoni għandhom jingħataw l-għarfien meħtieġ biex ikun żgurat li r-rekwiżiti tal-Ekotikketta jiġu ssodisfati u mtejba kontinwament.

Valutazzjoni u verifika : l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien mad-dettalji tal-programm ta’ taħriġ, il-kontenut tiegħu, u indikazzjoni ta’ liema persunal irċieva t-taħriġ u meta. L-applikant għandu jipprovdi wkoll kampjun ta’ materjal ta’ taħriġ lill-korp kompetenti.

Il-kriterju 8 — Adegwatezza għall-użu

Il-prodott għandu jkun adattat għall-iskop tiegħu.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju appoġġat minn mill-inqas wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

ittra/dokument/dikjarazzjonijiet maħruġa mill-klijenti għal prodott speċifiku, li jiżguraw li l-prodott issodisfa l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom u jiffunzjona b’mod korrett fl-applikazzjoni maħsuba tiegħu;

deskrizzjoni dettaljata tal-proċedura biex jiġu ttrattati l-ilmenti tal-konsumaturi;

dokumentazzjoni li turi ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità, skont l-istandard ISO 9001, jew ekwivalenti

dokumentazzjoni li turi l-kwalità tal-karta, skont l-istandard EN ISO/IEC 17050-1, li jipprovdi kriterji ġenerali għad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-fornituri mal-istandards.

Kriterju 9 — Informazzjoni dwar il-prodott

L-informazzjoni li ġejja għandha tidher fuq il-prodott tal-boroż tal-ġarr magħmulin mill-karta:

“Jekk jogħġbok uża mill-ġdid din il-borża”.

L-informazzjoni li ġejja għandha tidher fuq il-prodott tal-karta stampata:

“Jekk jogħġbok iġbor il-karta użata għar-riċiklaġġ”.

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata minn immaġni tal-prodott bl-informazzjoni meħtieġa.

Kriterju 10 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali, din għandu jkun fiha t-tliet dikjarazzjonijiet li ġejjin:

emissjonijiet baxxi tal-proċess fl-arja u fl-ilma;

il-prodott huwa riċiklabbli;

karta b’impatt ambjentali baxx użata.

L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandu jintuża sew il-logo tal-Ekotikketta tal-UE pprovdut fil-Linji Gwida dwar il-logo tal-Ekotikketta tal-UE:

http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/documents/logo_guidelines.pdf

Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata minn immaġni b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ tal-prodott li turi b’mod ċar it-tikketta, in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja u, fejn rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(2)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/70 tal-11 ta’ Jannar 2019 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta grafika u l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tixju u l-prodotti tat-tixju (notifikata bid-dokument C(2019) 3) ( ĠU L 15, 17.1.2019, p.27).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(6)  Japplika biss għal formulazzjonijiet ta ’żebgħa, koloranti, aġenti għall-irfinar tal-uċuħ u materjali tal-kisi użati.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali, ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(8)  Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

(9)  Karbonju organiku volatili totali, espress bħala C (fl-arja).


Top