EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1070

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1070 tal-31 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness III, V u VII tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

ĠU L 178, 8.7.2015, p. 1–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R0788

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/1070/oj

8.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 178/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1070

tal-31 ta' Marzu 2015

li jemenda l-Anness III, V u VII tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Tliet Stati Membri talbu modifiki fid-dejta meħtieġa fil-formoli stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011.

(2)

Jeħtieġ li l-informazzjoni fl-Annessi III, V u VII tiġi emendata sabiex jiġu ċċarati jew iffaċilitati l-proċeduri kkonċernati.

(3)

Fir-rigward tal-emendi tal-Anness III, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni mibgħuta lilha mill-Istati Membri.

(4)

Diversi organizzaturi tal-inizjattivi rreġistrati mal-Kummissjoni qegħdin attwalment jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011. Għalhekk, jeħtieġ li dawn ikunu jistgħu jużaw kemm il-formoli stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-formoli fil-verżjoni preċedenti tagħhom stipulati fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2013 (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Anness III huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(2)

L-Anness V huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness VII huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-formoli konformi mal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 kif emendat bir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 887/2013, jistgħu jibqgħu jintużaw għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 65, 11.3.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 247, 18.9.2013, p. 11.


ANNESS I

“ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Parti C

1.   Rekwiżiti għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta' identifikazzjoni personali/numru ta' dokument ta' identifikazzjoni personali (formola ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ — Parti A)

Stat Membru

Firmatarji li d-dikjarazzjoni ta' appoġġ tagħhom għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru kkonċernat

Il-Belġju

residenti fil-Belġju

ċittadini Belġjani li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta' residenza tagħhom

Id-Danimarka

residenti fid-Danimarka

ċittadini Daniżi li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta' residenza tagħhom

Il-Ġermanja

residenti fil-Ġermanja

ċittadini Ġermaniżi li jirresjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta' residenza tagħhom

L-Estonja

residenti fl-Estonja

ċittadini Estonjani li jirresjedu barra mill-pajjiż

L-Irlanda

residenti fl-Irlanda

Il-Lussemburgu

residenti fil-Lussemburgu

ċittadini Lussemburgiżi li jirrisjedu barra mill-pajjiż jekk ikunu infurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali tagħhom dwar il-post ta' residenza tagħhom

In-Netherlands

residenti fin-Netherlands

ċittadini Netherlandiżi li jirresjedu barra mill-pajjiż

Is-Slovakkja

residenti fis-Slovakkja

ċittadini Slovakki li jirresjedu barra mill-pajjiż

Il-Finlandja

residenti fil-Finlandja

ċittadini Finlandiżi li jirresjedu barra mill-pajjiż

Ir-Renju Unit

residenti fir-Renju Unit

2.   Lista tal-Istati Membri li jirrikjedu li jiġi pprovdut wieħed min-numri ta' identifikazzjoni personali/numri ta' dokumenti ta' identifikazzjoni personali, kif speċifikat hawn taħt u maħruġa mill-Istat Membru kkonċernat (il-formola ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ — Parti B)

IL-BULGARIJA

Единен граждански номер (numru personali)

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Občanský průkaz (karta tal-identità nazzjonali)

Cestovní pas (passaport)

IL-GREĊJA

Δελτίο Αστυνομικής Ταυτότητας (karta tal-identità)

Διαβατήριο (passaport)

Βεβαίωση Εγγραφής Πολιτών Ε.Ε./Έγγραφο πιστοποίησης μόνιμης διαμονής πολίτη Ε.Ε. (ċertifikat ta' residenza/ċertifikat ta' residenza permanenti)

SPANJA

Documento Nacional de Identidad (karta tal-identità)

Pasaporte (passaport)

Número de Identidad de Extranjero, de la tarjeta o certificado, correspondiente a la inscripción en el Registro Central de Extranjeros (numru ta' identifikazzjoni ta' barrani (NIE), tal-karta jew ċertifikat, li jikkorrispondi mar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Ċentrali tal-Barranin)

FRANZA

Passeport (passaport)

Carte nationale d'identité (karta tal-identità nazzjonali)

IL-KROAZJA

Osobni identifikacijski broj (numru ta' identifikazzjoni personali)

L-ITALJA

Passaporto (passaport), inclusa l'indicazione dell'autorità di rilascio (li jinkludi l-awtorità li toħorġu)

Carta di identità (karta tal-identità), inclusa l'indicazione dell'autorità di rilascio (li tinkludi l-awtorità li toħroġha)

ĊIPRU

Δελτίο Ταυτότητας (karta tal-identità tal-persuna nazzjonali jew tar-resident)

Διαβατήριο (passaport)

IL-LATVJA

Personas kods (numru ta' identifikazzjoni personali)

IL-LITWANJA

Asmens kodas (numru personali)

L-UNGERIJA

személyazonosító igazolvány (karta tal-identità)

útlevél (passaport)

személyi azonosító szám (személyi szám) (numru ta' identifikazzjoni personali)

MALTA

Karta tal-Identità (karta tal-identità)

Dokument ta' residenza (dokument ta' residenza)

L-AWSTRIJA

Reisepass (passaport)

Personalausweis (karta tal-identità)

IL-POLONJA

Numer ewidencyjny PESEL (numru ta' identifikazzjoni PESEL)

IL-PORTUGALL

Bilhete de identidade (karta tal-identità)

Passaporte (passaport)

Cartão de Cidadão (karta taċ-ċittadin)

IR-RUMANIJA

carte de identitate (karta tal-identità)

pașaport (passaport)

certificat de înregistrare (ċertifikat tar-reġistrazzjoni)

carte de rezidență permanentă pentru cetățenii UE (karta ta' residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-UE)

Cod Numeric Personal (numru ta' identifikazzjoni personali)

IS-SLOVENJA

Enotna matična številka občana (numru ta' identifikazzjoni personali)

L-IŻVEZJA

Personnummer (numru ta' identifikazzjoni personali)”


ANNESS II

ANNEX V

FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' DIKJARAZZJONIJIET TA' APPOĠĠ LILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

ANNESS VII

FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

Image

Test ta 'immaġni

Top