EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0156

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta' Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perijodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn aġenti tat-tniġġis organiċi persistenti jistgħu jiġu introdotti fil-Komunità għal raġunijiet ta' dekontaminazzjoni (notifikat bid-dokument numru C(2006) 663)

ĠU L 68, 8.3.2007, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 328–328 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/156(1)/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

328


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta' Marzu 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2005/51/KE fir-rigward tal-perijodu li fih il-ħamrija li hija kkontaminata mill-pestiċidi jew minn aġenti tat-tniġġis organiċi persistenti jistgħu jiġu introdotti fil-Komunità għal raġunijiet ta' dekontaminazzjoni

(notifikat bid-dokument numru C(2006) 663)

(2007/156/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Permezz tad-deroga mid-Direttiva 2000/29/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoi 2005/51/KE tal-21 ta' Jannar 2005 tawtorizza lill-Istati Membri biex jipprovdu temporanjament għad-derogi minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE fir-rigward ta' l-importazzjoni (2) ta' ħamrija li hija kkontaminata b'pestiċidi jew b'aġenti ta' tniġġis organiċi persistenti għal-raġunijiet ta' dekontaminazzjoni tawtorizza, għal perjodu limitat, lill-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) dwar prevenzjoni u rimi ta' pestiċidi li ma jintużawx u li mhumiex iktar bżonjużi sabiex tkun permessa l-introduzzjoni ta' ħamrija li hija kkontaminata minn tali pestiċidi fil-Komunità għal trattament f'impjanti ta' inċenerazzjoni apposta għall-iskart perikoluż.

(2)

Minħabba li l-implimentazzjoni ta' dak il-programm ittardjat, il-perjodu li fih tali ħamrija kkontaminata jista' jiġi introdott skond l-awtorizzazzjoni mogħtija mid-Deċiżjoni 2005/51/KE għandu jiġi estiż.

(3)

Id-Deċiżjoni 2005/51/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/51/KE il-kliem “it-28 ta' Frar 2007” huma mibdula b'dan li ġej “28 ta' Frar 2009”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 7 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/35/KE (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 9).

(2)  ĠU L 21, 25.1.2005, p. 21.


Top