EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006L0001
Directive 2006/1/EC of the European Parliament and of the Council of 18 January 2006 on the use of vehicles hired without drivers for the carriage of goods by road (codified version) (Text with EEA relevance)
Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Jannar 2006 dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq (Verżjoni kodifikata) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Jannar 2006 dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq (Verżjoni kodifikata) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82–85
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 05/06/2022
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 31984L0647 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32022L0738 | Żieda | artikolu 5a | 05/06/2022 | |
Modified by | 32022L0738 | Żieda | artikolu 3a | 05/06/2022 | |
Modified by | 32022L0738 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 Test | 05/06/2022 | |
Modified by | 32022L0738 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 05/06/2022 | |
Modified by | 32022L0738 | Żieda | artikolu 5b | 05/06/2022 | |
Modified by | 32022L0738 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 Test | 05/06/2022 | |
Modified by | 32022L0738 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 1 punt (a) | 05/06/2022 |
4.2.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
82 |
ID-DIRETTIVA 2006/1/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Jannar 2006
dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 84/647/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1984 dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieqa għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali (4). Għal raġunijiet ta’ ċarezza u razzjonalità l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
(2) |
Mill-perspettiva makroekonomika, l-użu ta’ vetturi mikrija jippermetti, f’ċerti sitwazzjonijiet, allokazzjoni ottima tar-riżorsi billi jillimita l-ħela fl-użu tal-fatturi tal-produzzjoni. |
(3) |
Minn perspettiva mikroekonomika, din il-possibilità ġġib element ta’ flessibilità fl-organizzazzjoni tat-trasport, u għalhekk iżżid il-produttività ta’ l-impriżi interessati. |
(4) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:
(a) |
“vettura” tfisser vettura tal-mutur, trailer, semi-trailer, jew tagħqida ta’ vetturi maħsuba biss għat-trasport ta’ merkanzija; |
(b) |
“vettura mikrija” tfisser kull vettura li għal rimunerazzjoni u għal perjodu stabbilit taż-żmien, titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ l-impriża li tidħol għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq, għall-kiri jew bi ħlas jew f’isimha fuq il-bażi ta’ kuntratt magħmul ma’ l-impriża li tagħmel il-vetturi disponibbli. |
Artikolu 2
1. Kull Stat Membru għandu jħalli l-użu fit-territorju tiegħu, għall-għanijiet tat-traffiku bejn l-Istati Membri, tal-vetturi mikrija mill-impriżi stabiliti fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor sakemm:
(a) |
il-vettura tkun irreġistrata jew tinħareġ fiċ-ċirkolazzjoni skond il-liġijiet fl-Istat Membru ta’ l-aħħar; |
(b) |
il-kuntratt ikollu x’jaqsam biss mal-kiri tal-vettura mingħajr sewwieq u ma jkunx akkumpanjat b’kuntratt tas-servizz konkluż mill-istess impriża li jkopri l-personal tas-sewqan jew li jakkumpanjaw; |
(ċ) |
il-vettura mikrija tkun biss għad-dispożizzjoni ta’ l-impriża li tużaha matul il-perjodu taż-żmien tal-kuntratt tal-kiri; |
(d) |
il-vettura mikrija tkun misjuqa mill-personal ta’ l-impriża li tkunu tużaha; |
2. Il-prova tal-konformità mal-kondizzjonijiet msemmija f’paragrafu 1(a) sa (d) għandha tiġi pprovduta mid-dokumenti li ġejjin, li jridu jkunu abbord il-vettura:
(a) |
il-kuntratt tal-kiri, jew estratt iċċertifikat minn dan il-kuntratt li jindika l-isem tal-kerrej, l-isem ta’ min jikri, id-data u t-tul taż-żmien tal-kuntratt u l-identità tal-vettura; |
(b) |
fejn is-sewwieq ma jkunx il-persuna li tikri l-vettura, il-kuntratt tax-xogħol tas-sewwieq jew estratt iċċertifikat minn dan il-kuntratt li jagħtu b’mod partikulari l-isem ta’ min iħaddem, l-isem ta’ l-impjegat u d-data u t-tul taż-żmien tal-kuntratt tax-xogħol jew karta riċenti tal-paga. |
Jekk ikun meħtieġ id-dokumenti riferiti fil-(a) u l-(b) jistgħu jinbidlu b’dokument ekwivalenti maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-impriżi tagħhom jistgħu jużaw, għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq, fuq l-istess kondizzjonijiet tal-vetturi fil-pussess tagħhom, il-vetturi mikrija rreġistrati jew imdaħħla fiċ-ċirkolazzjoni skond il-liġijiet tal-pajjiżi tagħhom, sakemm il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 jitweqqu.
2. L-Istati Membri jistgħu jeskludu mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 il-ħidmiet tat-trasport għal rasu li jsir minn vetturi ta’ toqol totali permissibbli bit-tagħbija ta’ mhux aktar minn 6 tunnellati metriċi.
Artikolu 4
Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa r-regolamenti ta’ Stat Membru li jistabbilixxu kondizzjonijiet inqas restrittivi dwar l-użu tal-vetturi mikrija minn dawk speċifikati fl-Artikoli 2 u 3.
Artikolu 5
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 2 u 3, din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tar-regoli li għandhom x’jaqsmu ma’:
(a) |
l-organizzazzjoni tas-suq tat-trasport ta’ merkanzija bit-triq bħala kiri jew bi ħlas u f’isimhom stess, u, partikolarment, għall-aċċess għas-suq u, rigward ir-restrizzjonijiet fuq il-kwoti dwar il-kapaċitajiet tat-toroq; |
(b) |
il-prezzijiet u l-kondizzjonijiet għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq; |
(ċ) |
il-formazzjoni tal-prezzijiet tal-kiri; |
(d) |
l-importazzjoni tal-vetturi; |
(e) |
il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-aċċess għall-attività jew l-okkupazzjoni ta’ min jikri lil ħaddieħor il-vetturi tat-triq. |
Artikolu 6
Id-Direttiva 84/647/KEE hija mħassra bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula f’ Stasburgu, nhar it-18 ta’ Jannar 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
H. WINKLER
(1) ĠU C 108, tat-30.4.2004, p. 56.
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-10 ta’ Frar 2004 (ĠU C 97, tat-22.4.2004, p. 66) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2005.
(3) ĠU L 335, tat-22.12.1984, p. 72. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 90/398/KEE (ĠU L 202, tal-31.7.1990, p. 46).
(4) Ara l-Anness I, Parti A.
ANNESS I
Parti A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendament tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 6)
Direttiva tal-Kunsill 84/647/KEE |
|
Direttiva tal-Kunsill 90/398/KEE |
Parti B
Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmijin fl-Artikolu 6)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Direttiva 84/647/KEE |
30 ta’ Ġunju 1986 |
Direttiva 90/398/KEE |
31 ta’ Diċembru 1990 |
ANNESS II
Tabella Ta’ Korrelazzjoni
Direttiva 84/647/KEE |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1, sentenza tal-bidu |
Artikolu 1, sentenza tal-bidu |
Artikolu 1, l-ewwel inċiż |
Artikolu 1(a) |
Artikolu 1, it-tieni inċiż |
Artikolu 1(b) |
Artikolu 2, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(1), sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(1) sa (4) |
Artikolu 2(1), punti (a) sa (d) |
Artikolu 2(5) l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu |
Artikolu 2(5), l-ewwel subparagrafu, punt (a) u (b) |
Artikolu 2(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b) |
Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 paragrafu 1 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5, sentenza tal-bidu |
Artikolu 5, sentenza tal-bidu |
Artikolu 5, l-ewwel inċiż |
Artikolu 5(a) |
Artikolu 5, it-tieni inċiż |
Artikolu 5(b) |
Artikolu 5, it-tielet inċiż |
Artikolu 5(ċ) |
Artikolu 5, ir-raba’ inċiż |
Artikolu 5(d) |
Artikolu 5, il-ħames inċiż |
Artikolu 5(e) |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
— |
— |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
— |
Anness I |
— |
Anness II |