EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003L0090

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoliTest b'relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7–10 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/90/oj

32003L0090



Official Journal L 254 , 08/10/2003 P. 0007 - 0010


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE

tas-6 ta' Ottubru 2003

li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli [1], u partikolarment l-Artikolu 7 (2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 72/180/KEE ta' l-14 ta' April 1972 li tistabbilixxi l-karatteristiċi u l-kondizzjonijiet minimi biex jiġu eżaminati speċi ta' pjanti agrikoli [2], kif emendata mid-Direttiva 2002/8/KE [3], stabbilixxiet, bil-għan li jkun hemm aċċettazzjoni ufficjali tal-varjetajiet fil-katalogi ta' l-Istati Membri, il-karatteristiċi li għandhom jigu koperti bħala minimu mill-eżamijiet ta' l-ispeċi varji, kif ukoll il-ħtiġijiet minimi għat-twettiq ta' dawn l-eżamijiet.

(2) Linji gwida ta' prova fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-eżami tal-varjetajiet ġew maħruġa mil-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċju Komunitarju tal-Varjetà ta' Pjanti (CPVO) li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji fir-rigward tal-varjetà ta' pjanti [4], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1650/2003 [5], fir-rigward ta' ċerti speċi.

(3) Linji gwida ta' prova li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżamijiet tal-varjetajiet jeżistu fuq livell internazzjonali. L-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) żviluppat linji gwida ta' prova.

(4) Id-Direttiva 72/180/KEE ġiet emendata mid-Direttiva 2002/8/KE biex tiġi assigurata konsistenza bejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet biex jiġu eżaminati l-varjetajiet bil-għan ta' l-aċċetTazzjoni tagħhom fil-katalogi nazzjonali tal-varjetajiet ta' l-Istati Membri sa fejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO ġew stabbiliti. Minn dak inhar il-CPVO ħareġ linji gwida għal numru ta' speċi oħrajn.

(5) Hu xieraq li tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet għall-varjetajiet bil-għan ta' l-aċċettazzjoni tagħhom fil-katalogi nazzjonali ta' l-Istati Membri.

(6) Hu xieraq li s-sistema Komunitarja tiġi bbażata fuq il-linji gwida ta' prova ta' l-UPOV, peress li l-CPVO għadu ma żviluppax linji gwida speċifiċi. Il-liġi nazzjonali tapplika għal dawk l-ispeċi mhux koperti minn din id-Direttiva.

(7) Id-Direttiva 72/180/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra.

(8) Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propaganti għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija.

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni f'katalogu nazzjonali, fis-sens ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/53/KE, tal-varjetajiet ta' l-speċi tal-pjanti agrikoli li jilħqu l-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.

2. Fir-rigward taċ-ċarezza, l-istabbiltà u l-uniformità:

(a) l-ispeċi mniżżlin fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-"Protokolli għall-provi għal ċarezza, uniformità u stabbiltà" tal-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà ta' Pjanti (CPVO) imniżżlin f'dak l-Anness;

(b) l-ispeċi mniżżlin fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta' prova għat-tmexxija ta' provi għaċ-ċarezza, uniformità u stabbilità ta' l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) imniżżlin f'dak l-Anness.

3. Fir-rigward tal-valur għall-koltivazzjoni jew użu, il-varjetajiet għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva.

Artikolu 2

Il-karatteristiċi kollha tal-varjetà fis-sens ta' l-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi li huma mmarkati b'asterisk (*) fil-linji gwida ta' prova msejħin fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jigu użati, previst li l-osservazzjoni ta' karatteristika ma tkunx magħmula impossibbli minħabba l-espressjoni ta' kwalunkwe karatteristiċi oħra, u previst li l-espressjoni ta' karatteristika ma tkunx impossibbli minħabba l-kondizzjonijiet ambjentali li fihom hi mwettqa l-prova.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fir-rigward ta' l-ispeċi mniżżlin fl-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi għat-twettiq ta' l-eżamijiet li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet ta' disinn ta' prova u ta' tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta' prova msejħin f'dawk l-Annessi, jiġu sodisfatti fil-ħin ta' l-eżamijiet.

Artikolu 4

Id-Direttiva 72/180/KEE hi mħassra.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispoSizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-ħarsien ta' din id-Direttiva sal-31 ta' Marzu 2004 mill-aktar tard. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bihom minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom Ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tiġi magħmula din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 6

1. Fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, hemm varjetajiet li ma ġewx aċċettati biex jagħmlu parti mil-Katalogu Komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, u eżamijiet uffiċjali bdew qabel dik id-data skond id-disposizzjonijiet ta' jew

(a) id-Direttiva 72/180/KEE jew

(b) tal-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi,

il-varjetajiet in kwistjoni għandhom jigu meqjusa li jilħqu l-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva.

2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika biss fejn il-provi wasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli stabbiliti jew

(a) fid-Direttiva 72/180/KEE jew

(b) fil-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi.

Artikolu 7

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 8

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fi-6 ta' Ottubru 2003.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 193, ta’ l-20.07.02, pġ. 1.

[2] ĠU L 108, tat-8.05.72, pġ. 8.

[3] ĠU L 37, tas-7.02.02, pġ. 7.

[4] ĠU L 227, ta’ l-1.09.94, pġ. 1.

[5] ĠU L 245, tad-29.09.03, pġ. 28.

--------------------------------------------------

ANNESS I

LISTA TA' SPEĊI LI GĦANDHOM IĦARSU L-LINJI GWIDA TA' PROVA TAL-CPVO

Ward tax-xemx, protokoll TP-8 tal- 31.10.2002

Xgħir, protokoll TP-19 tas- 27.3.2002

Segala, protokoll TP-58 tal- 31.10.2002

Qamħ, protokoll TP-03/2 tas- 27.3.2002

Qamħ duru, protokoll TP-120 tas- 27.3.2002

Qamħirrum, protokoll TP-02 tal- 15.11.2001

Patata, protokoll TP-23 tas- 27.3.2002

It-test ta' dawn il-protokolli jista' jinsab fuq is-sit tal-CPVO (www.cpvo.eu.int).

--------------------------------------------------

ANNESS II

LISTA TA' SPEĊI LI GĦANDHOM IĦARSU L-LINJI GWIDA TA' PROVA TA' L-UPOV

Fodder beet, linja gwida TG/150/3 ta' l- 4.11.1994

Velvet bent, linja gwida TG/30/6 tat- 12.10.1990

Red top, linja gwida TG/30/6 tat- 12.10.1990

Creeping bent, linja gwida TG/30/6 tat- 12.10.1990

Brown top, linja gwida TG/30/6 tat- 12.10.1990

Rescue grass, linja gwida TG/180/3 ta' l- 4.4.2001

Bunixxief ta' l-Alaska, linja gwida TG/180/3 ta' l- 4.4.2001

Sieq is-serduk, linja gwida TG/31/8 tas- 17.4.2002

Tall fescue, linja gwida TG/39/8 tas- 17.4.2002

Sheep's fescue, linja gwida TG/67/4 tat- 12.11.1980

Meadow fescue, linja gwida TG/39/8 tas- 17.4.2002

Red fescue, linja gwida TG/67/4 tat- 12.11.1980

Sikrana Taljana, linja gwida TG/4/7 tat- 12.10.1990

Sikrana perenni, linja gwida TG/4/7 tat- 12.10.1990

Sikrana ibrida, linja gwida TG/4/7 tat- 12.10.1990

Timothy, linja gwida TG/34/6 tas- 7.11.1984

Smooth-stalked meadowgrass/Kentucky bluegrass, linja gwida TG/33/6 tat- 12.10.1990

Lupin abjad, linja gwida TG/66/3 ta' l- 14.11.1979

Lupin blu, linja gwida TG/66/3 ta' l- 14.11.1979

Lupin isfar, linja gwida TG/66/3 ta' l- 14.11.1979

Alfa Alfa, linja gwida TG/6/4 tal- 21.10.1988

Piżella ħadra, linja gwida TG/7/9 ta' l- 4.11.1994 (u korrezzjoni tat- 18.10.1996)

Silla ħamra, linja gwida TG/5/7 ta' l- 4.4.2001

Silla bajda, linja gwida TG/38/7 tad- 9.4.2003

Favetta, linja gwida TG/8/6 tas- 17.4.2002

Silla tal-blat, linja gwida TG/32/6 tal- 21.10.1988

Swede, linja gwida TG/89/6 ta' l- 4.4.2001

Ravanell ta' l-għalf, linja gwida TG/178/3 ta' l- 4.4.2001

Karawett, linja gwida TG/93/3 tat- 13.11.1985

Rapa ta' nevew, linja gwida TG/185/3 tas- 17.4.2002

Rapa tas-Swede, linja gwida TG/36/6 tat- 18.10.1996 (u korrezzjoni tas- 17.4.2002)

Xewq ta' Kristu, linja gwida TG/134/3 tat- 12.10.1990

Qoton, linja gwida TG/88/6 ta' l- 4.4.2001

Kittien, linja gwida TG/57/6 ta' l- 20.10.1995

Xaħxieħ vjola, linja gwida TG/166/3 ta' l- 24.3.1999

Ġarġir abjad, linja gwida TG/179/3 ta' l- 4.4.2001

Ful tal-ġibra, linja gwida TG/80/6 ta' l- 1.4.1998

Ħafur, linja gwida TG/20/10 ta' l- 1.10.1994

Ross, linja gwida TG/16/4 tat- 13.11.1985

Qaraboċċ, linja gwida TG/122/3 tas- 6.10.1989

Triticale, linja gwida TG/121/3 tas- 6.10.1989

It -test ta' dawn il-linji gwida jista' jinsab fuq is-sit ta' l-UPOV (www.upov.int).

--------------------------------------------------

ANNESS III

KARATTERISTIĊI FIR-RIGWARD TA' L-EŻAMI TAL-VALUR GĦAL KULTIVAZZJONI JEW UŻU

1. Produzzjoni.

2. Reżistenza għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara.

3. Imġiba fir-rigward għal fatturi fl-ambjent fiżiku.

4. Karatteristiċi tal-kwalità.

Il-metodi użati għandhom jiġu speċifikati meta r-riżultati huma mogħtija.

--------------------------------------------------

Top