EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0032

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 32/2002 tad-9 ta’ Jannar 2002 li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 13/2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 713/2001 dwar ix-xiri tal-laħam taċ-ċanga skond ir-Regolament (KE) Nru 690/2001

ĠU L 6, 10.1.2002, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/32/oj

32002R0032



Official Journal L 006 , 10/01/2002 P. 0037 - 0038


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 32/2002

tad-9 ta’ Jannar 2002

li jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 13/2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 713/2001 dwar ix-xiri tal-laħam taċ-ċanga skond ir-Regolament (KE) Nru 690/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-laħam taċ-ċanga u l-vitella [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Num. 2345/2001 [2],

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) NRU 690/2001 tat-3 ta’ April 2001 dwar miżuri speċjali ta’ sostenn tas-suq fis-settur tal-laħam taċ-ċanga [3], kif emendati bir-Regolament (KE) Num. 2595/2001 [4], u b’mod partikulari l-Artikolu 2(2),

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 13/2002 [5] għamel possibbli mill-ġdid ix-xiri tal-laħam taċ-ċanga skond ir-Regolament (KE) Nru 690/2001 ġewwa numru ta’ Stati Membri.

(2) Instab żball fl-Anness tar-Regolament imsemmi hawn fuq. Dan ir-Regolament għandu għalhekk jiġi rranġat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 13/2002 jinbidel bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda jseħħ mill-5 ta’ Jannar 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta’ Jannar 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 21.

[2] ĠU L 315, ta’ l-1.12.2001, p. 29.

[3] ĠU L 95, tal-5.4.2001, p. 8.

[4] ĠU L 345, tad-29.12.2001, p. 33.

[5] ĠU L 3, tal-5.1.2002, p. 36.

--------------------------------------------------

ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA

Estado miembroMedlemsstatMitgliedstaatΚράτος μέλοςMember StateÉtat membreStati membriLidstaatEstado-MembroJäsenvaltiotMedlemsstat

Belgique/België

Deutschland

Österreich

Nederland

Ireland

España

France

Portugal

Sverige

Lussemburgu

--------------------------------------------------

Top