EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R1924

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1924/1999 tat-8 ta' Settembru 1999 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-programm għas-snin 2000 sa l-2002 ta' moduli ad hoc għall-istħarriġ tal-forza tax-xogħol

ĠU L 238, 9.9.1999, p. 14–15 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/1924/oj

31999R1924



Official Journal L 238 , 09/09/1999 P. 0014 - 0015


Ir-regolament tal-kummissjoni (KE) Nru 1924/1999

tat-8 ta' Settembru 1999

li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-programm għas-snin 2000 sa l-2002 ta' moduli ad hoc għall-istħarriġ tal-forza tax-xogħol

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità [1], b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

(1) Billi b'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 577/98 għandu jsir ta' kull sena programm ta' moduli ad hoc li jkopri bosta snin;

(2) Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni li ngħatat mill-Kumitat tal-Programm Statistiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [2],

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

Programm ta' moduli ad hoc li jkopri s-snin mill-2000 sa l-2002 jinsab fl-Anness tar-Regolament preżenti.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Settembru 1999.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 77, ta' l-14.3.1998, p.3.

[2] ĠU L 181, tat-28.6.1989, p.47.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

STĦARRIĠ TA' KAMPJUNI TAL-FORZA TAX-XOGĦOL FIL-KOMUNITÀ

Programm multi-annwali ta' moduli ad hoc

1. It-tranżizzjoni mill-iskola għall-ħajja tax-xogħol

Lista ta' varjanti: ara r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1925/1999 tat-8 ta' Settembru 1999 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ ta' kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità rigward l-ispeċifikazzjoni tal-modulu ad hoc għas-sena 2000 dwar it-tranżizzjoni mill-iskola għall-ħajja tax-xogħol [1]

Perjodu tar-referenza: it-tieni kwart tas-sena 2000 (it-tielet kwart tas-sena 2000 fl-Italja)

L-Istati Membri u r-reġjuni li huma kkonċernati: kollha kemm huma barra l-Ġermanja

Kampjun: persuni li ħallew l-edukazzjoni fl-aħħar ħames/għaxar snin (inklużi l-persuni li ħallew l-edukazzjoni għal ta' l-anqas sena waħda u wara reġgħu daħlu għall-edukazzjoni); jekk l-individwu huwa l-unità kampjonarja l-ebda informazzjoni dwar il-membri tad-dar ma tintalab

Meta jintbagħtu r-riżultati: qabel il-31 ta' Marzu 2001

2. Tul u tendenzi dwar il-ħinijiet tax-xogħol

Il-lista tal-varjanti: għandha tiġi definita qabel Marzu tas-sena 2000

Perjodu tar-referenza: it-tieni kwart tas-sena 2001

L-Istati Membri u r-reġjuni li huma konċernati: għandhom jiġu definiti

Kampjun: l-istess bħall-moduli normali; iżda, jekk l-individwu jkun l-unità kampjonarja ebda informazzjoni dwar il-membri tad-dar ma tintalab

Kif jintbagħtu r-riżultati: qabel il-31 ta' Marzu 2002

3. L-impjieg ta' nies b'diżabilità

Il-lista tal-varjanti: għandha tiġi definita qabel Marzu tas-sena 2001

Perjodu tar-referenza: it-tieni kwart tas-sena 2002

L-Istati Membri u r-reġjuni li huma kkonċernati: għandu jkun definit

Kampjun: Nies b'diżabilità; jekk l-individwu jkun l-unità kampjonarja ebda informazzjoni dwar il-membri tad-dar ma tintalab

Kif jintbagħtu r-riżultati: qabel il-31 ta' Marzu 2003

[1] Ara paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

Top