EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31978R0776

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 776/78 tat-18 t’April 1978 fuq l-applikazzjoni ta’ l-aktar rata baxxa ta’ rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib u li jabroga u jemenda ċerti Regolamenti

ĠU L 105, 19.4.1978, p. 5–8 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2004; Imħassar b' 32004R0519

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1978/776/oj

31978R0776



Official Journal L 105 , 19/04/1978 P. 0005 - 0008
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0192
Greek special edition: Chapter 03 Volume 20 P. 0211
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0192
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0287
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0287


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 776/78

tat-18 t'April 1978

fuq l-applikazzjoni ta' l-aktar rata baxxa ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni tal-prodotti tal-ħalib u li jabroga u jemenda ċerti Regolamenti

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea;

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u prodotti tal-ħalib ([1]), kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2560/77 ([2]), u b'mod speċjali l-Artikolu 17(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 876/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 li jistabilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib u l-kriterji biex jiġu stabbiliti l-ammonti għal dawk ir-rifużjonijiet ([3]), kif ġie emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2429/72 ([4]), u b'mod speċjali l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi, biex ikunu ċari, ir-Regolamenti li jsegwu li għandhom bżonn jiġu emendati kemm il-darba għandhom jiġu abrogati u sostitwiti minn test wieħed:

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru1611/68 tal-15 t'Ottubru 1968 li jagħmel disposizzjoni speċjali għar-rata l-aktar baxxa tar-rifużjoni li tgħodd għall-esportazzjoni ta' ċerti kwalitajiet ta' ġobon lejn pajjiżi terzi([5]), kif emendat mir-Regolament (KEE) Nru 2786/73 ([6]),

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1578/70 ta' l-4 t'Awissu 1970 li jagħmel disposizzjonjiet speċjali għar-rata ta' rifużjoni l-aktar baxxa fuq l-esportazzjonijiet tal-ġobon lejn pajjiżi terzi ([7]), u

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 518/76 tat-8 ta' Marzu 1976 li li jikkonċerna l-applikazzjoni ta' l-inqas rata ta' rifużjoni fuq l-esportazzjoni ta' prodotti tal-ħalib u li jabroga r-Regolament (KEE) Nru 2188/74 ([8]);

Billi l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1324/68 tad-29 t'Awissu 1968 jistabilixxi kundizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni ta' ċerti kwalitajiet ta' ġobon lejn l-Isvizzera ([9]), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 2786/73 ([10]), għandu jkun emendat biex jitqies il-fatt li fil-futur "Tilsit" u "Butterkäse" jaqgħu taħt is-subtitolu 04.04 E I b) 5 tat-Tariffa Komuni tad-Dwana meta jkunu esportati lejn pajjiżi li mhumiex membri;

Billi, fejn ir-rata tar-rifużjoni tvarja skond id-destinazzjoni, l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru192/75 tas-17 ta' Jannar 1975 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ([11]), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1469/77 ([12]), jistipula li l-parti tar-rifużjoni ikkalkolata skond l-inqas rata ta' rifużjoni li tkun tgħodd dakinhar li jintemmu l-formalitajiet tad-dwana rigwar l-esportazzjoni għandha titħallas meta tingħata prova li l-prodott ħalla t-territorju ġeografiku tal-Komunità;

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 441/69 ta' l-4 ta' Marzu 1969 li jistabilixxi regoli ġenerali oħra għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq il-prodotti esposti għal sistema waħda ta' prezzijiet, esportati mhux ipproċessati jew fil-forma ta' ċerti prodotti mhux imsemmija fl-Anness II tat-Trattat ([13]), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 269/78 ([14]), jipprovdi, fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(4) u fl-Artikolu 3(1), għall-parti tar-rifużjoni ikkalkolata skond l-inqas rati li għandhom jitħallsu hekk kif il-prodott ikun inġab permezz ta' l-arranġament speċjali introdott mir-Regolament imsemmi;

Billi, skond il-ftehim speċjali ma' ħafna pajjiżi mhux membri, ir-rata tar-rifużjoni li tapplika għall-esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi fil-każ ta' ċerti prodotti tal-ħalib tista' tkun inqas, xi kultant għal livell sostanzjali, mil-livell ta' rifużjoni użat normalment; billi jista' jagħti l-każ li l-ebda rifużoni ma jkun iffissat;

Billi, f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-Isvizzera, ġew introdotti arranġamenti speċjali kemm permezz tar-Regolament (KEE) Nru1324/68 fil-każ ta' ċertui kwalitajiet ta' ġobon kif ukoll permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2074/73 tal-31 ta' Lulju 1973 li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni tal-ġobon ipproċessat lejn l-Isvizzera ([15]); billi sar ukoll ftehim speċjali għall-Awstrija rigward it-titolu Nru 04.04 mir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 102/78 tat-18 ta' Jannar 1978, li jistabilixxi kundizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni ta' ċerti kwalitajiet ta' ġobon lejn l-Awstrija ([16]); billi rata ta' rifużjoni speċjali tapplika ukoll għall-ġobon esportat lejn Spanja (Żona D), konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru1579/70 ta' l-4 t'Awissu 1970 li jistabilixxi kundizzjonijiet speċjali għall-esportazzjoni ta' ċertu ġobon fi Spanja ([17]), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru1300/76 ([18]);

Billi l-ftehim speċjali għall-esportazzjonijiet lejn l-Isvizzera, l-Awstrija u Spanja jiżguraw li l-prodotti li rċevew rifużjoni għall-destinazzjonijiet oħra ma jkunux jistgħu jiġu esportati lejn dawn it-tliet pajjiżi; billi minħabba f'hekk, dawn il-ftehim speċjali għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu applikati l-disposizzjonjiet msemmija tar-Regolament (KEE) Nru192/75 biex l-esportaturi ma jkollhomx għalfejn jitgħabbew bi spejjeż żejda fil-kummerċ ma' pajjiżi oħra mhux membri, billi jiġi stipulat li, meta tiġi stabbilita r-rata ta' rifużjoni l-aktar baxxa, m'għandhux jittieħed kont tar-rati speċjali ta' rifużjoni stabbiliti għad-destinazzjonijiet partikulari imsemmija jew f'livell inqas mill-inqas rifużjoni li jgħodd għal pajjiżi oħra mhux membri, billi din l-eżenzjoni tinsab, ħlief fil-każ ta' l-Awstrija, fir-Regolamenti (KEE) Nru1611/68 u (KEE) Nru 1578/70;

Billi r-rata ta' rifużjoni l-aktar baxxa tista' tkun risultat ukoll min-nuqqas ta' ffissar ta' rifużjoni;

Billi fil-każ ta' l-esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti (Żona E) hemm każijiet fejn ir-rifużjoni ma ġiex iffissat għal ċerti prodotti tal-ħalib; billi jrid isir disposizzjoni anki għal eżenzjoni meta tkun qiegħda tiġi stabbilita ir-rata ta' rifużoni l-aktar baxxa fil-każijiet fejn il-miżuri mdaħħla fl-Istati Uniti jiżguraw li l-prodotti li bbenefikaw minn rifużoni għal destinazzjonijiet oħra ma jkunux jistgħux jiġu impurtati fiż-Żona E; billi l-esperjenza tgħallimna li l-prodotti msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament jistgħu jkunu koperti minn din l-eżenzjoni mhux biss fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru192/76 iżda anki dak ta' l-Artikolu 2(4) u 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 441/69; billi dawn l-eżenzjonijiet għandhom jitneħħew fil-każ tal-prodotti li għalihom il-kundizzjonijiet t'hawn fuq m'għandhomx jintlaħqu; billi disposizzjoni bħal dan kien jinsab fir-Regolament (KEE) Nru 518/76;

Billi ż-Żoni ta' destinazzjoni D u E, li jikkorispondu ma' Spanja u l-Istati Uniti rispettivament, ġew imfissra fl-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru1098/68 tas-27 ta' Lulju 1968, dwar regoli dettaljati għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni fil-każ tal-ħalib u prodotti tal-ħalib ([19]), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 37/75 ([20]);

Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat ta' l-amministrazzjoni tal-Ħalib u l-Prodotti tal-Ħalib,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Meta ma' jiġix iffissat rifużjoni jew rifużjoni speċjali:

iffissat għall-esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness I lejn waħda mid-destinazzjonijiet elenkati fih,

ir-rata ta' liema tkun aktar baxxa mill-aktar rata baxxa stabbilità għad-destinazzjonijiet l-oħra,

m'għandiex tittieħed in konsiderazzjoni meta tiġi stabbilita ir-rata ta' rifużjoni l-aktar baxxa skond it-tifsira ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KEE) Nru 192/75.

Artikolu 2

Il-fatt li ma' jiġix iffissat r-rifużjoni għall-prodotti elenkati fl-Anness II, esportati lejn iż-Żona E, m'għandux jittieħed in konsiderazzjoni:

meta tkun stabbilita r-rata ta' rifużjoni l-aktar baxxa skond it-tifsira ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KEE) Nru 192/75,

meta jkun applikat l-aħħar subparagrafu ta' l-Artikoli 2(4) u 3 (1) tar-Regolament (KEE) Nru 441/69.

Artikolu 3

Fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 1324/68:

(a) is-subtitolu 04.04 E I b) 2 huwa imħassar permezz ta' dan ir-Regolament;

(b) is-subtitolu 04.04 E I b) 5 huwa emendat kif ġej permezz ta' dan ir-Regolament:

il-kelma "Butterkäse" iddaħħlet qabel "Danbo",

il-kelma "Tilsit" iddaħħlet wara "Saint-Paulin".

Artikolu 4

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1611/68, (KEE) Nru 1578/70 u (KEE) Nru 518/76 huma abrogati permezz ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-18 ta'April 1978.

Għall-Kummissjoni

Finn GUNDELACH

Viċi-President

Proofread by Claudine Camilleri

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p.13.

[2] ĠU L 303, tat-28.11.1977, p.1.

[3] ĠU L 155, tat-3.7.1968, p.1.

[4] ĠU L 264, tat-23.11.1972, p.1.

[5] ĠU L 252, tas-16.10.1968, p.14.

[6] ĠU L 286, tat-13.10.1973, p.15.

[7]ĠU L 172, tal-5.8.1970, p.25.

[8] ĠU L 61, tad-9.3.1976, p.7.

[9] ĠU L 215, tat-30.8.1968, p.25.

[10] ĠU L 286, tat-13.10.1973, p.15.

[11] ĠU L 25, tal-31.1.1975, p.1.

[12] ĠU L 162, ta' l-1.7.1977, p.9.

[13] ĠU L 59, ta' l-10.3.1969, p.3.

[14] ĠU L 40, ta' l-10.2.1978, p.7.

[15] ĠU L 211, ta' l-1.8.1973, p.8.

[16]ĠU L 16, ta' l-20.1.1978, p.8.

[17] ĠU L 172, tal-5.8.1970, p.26.

[18] ĠU L 156, tas-17.6.1976, p.14.

[19] ĠU L 184, tad-29.7.1968, p.10.

[20] ĠU L 5, tad-9.1.1975, p.7.

Top