EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31976L0763

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

ĠU L 262, 27.9.1976, p. 135–138 (DA, DE, EN, FR, IT, NL)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (EL, ES, PT, FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2015; Imħassar b' 32013R0167

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1976/763/oj

31976L0763



Official Journal L 262 , 27/09/1976 P. 0135 - 0138
Finnish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0164
Greek special edition: Chapter 13 Volume 4 P. 0108
Swedish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0164
Spanish special edition: Chapter 13 Volume 5 P. 0174
Portuguese special edition Chapter 13 Volume 5 P. 0174


Id-Direttiva tal-Kunsill

tas-27 ta’ Lulju 1976

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati ma’ sedili għall-passiġġieri għal tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

(76/763/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Billi l-ħtiġijiet tekniċi li għandhom jikkonformaw magħhom it-tratturi bi qbil ma’ liġijiet nazzjonali jirrelataw inter alia ma’ sedili għall-passiġġieri;

Billi dawn il-ħtiġijiet huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor; billi għalhekk huwa neċessarju li l-Istati Membri kollha jadottaw l-istess ħtiġijiet jew flimkien ma’ jew minflok ir-regoli eżistenti tagħhom sabiex, b’mod partikolari, jippermettu li l-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tal-KEE li kienet is-suġġett ta’ Direttiva tal-Kunsill ta’ 74/150/KEE ta’ l-4 ta’ Marzu 1974 dwar l-approssimassjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jirrelataw ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura u għall-forestrija, tkun applikata fir-rigward ta’ kull tip ta’ trattur [3];

Billi din id-Direttiva hija intenzjonata sabiex tarmonizza dispożizzjonijiet nazzjonali għad-disinn u installazzjoni ta’ sedili għall-passiġġieri fuq tratturi għall-agrikoltura iżda mhux sabiex tistandardizza il-ħtiġijiet ta’ jekk it-tratturi għall-agrikoltura għandhom jew ma għandhomx ikollhom tali sedili installati fuqhom b’mod obbligatorju; billi ma huwiex lanqas intenzjonat li jkun hemm standardizzazjoni tal-ħtiġijiet li jippermettu li tratturi jkollhom installat sedil wieħed jew aktar tal-passiġġiera; billi l-problemi li għadhom ma ġewx solvuti rigward is-sedili għall-passiġġieri bħala wieħed mill-oġġetti li jidhru fuq iċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip iridu jkunu solvuti kemm jista’ jkun malajr billi din id-Direttiva tkun issupplimentata sabiex il-ħtiġijiet għall-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip tal-KEE jistgħu jkunu stabbiliti għal sedili għall-passiġġieri,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1. "Trattur għall-agrikoltura jew għall-forestrija" ifisser kull vettura b’mutur li għandha roti jew trakkek li ma jispiċċawx u li jkollha ta’ l-inqas żewġt ifwies, li l-funzjoni prinċipali tagħha tkun fis-saħħa li tiġbed u li tkun speċifikament iddisinnjata sabiex tirmonka, timbotta, iġġorr jew tagħti s-saħħa lil ċertu għodda, makkinarju jew irmonki intenzjonata għall-użu għall-agrikoltura jew għall-forestrija. Jista’ jkun armat sabiex iġorr tagħbija u jkollhom installat sedili għall-passiġġieri.

2. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal tratturi definiti fil-paragrafu ta’ qabel li għandhom roti pnewmatiċi u li għandhom żewġt ifwies, b’veloċità massima skond id-disinn ta’ bejn 6 u 25 km/siegħa u wisa’ ta’ 1250 mm jew aktar.

Artikolu 2

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta li jagħti approvazzjoni ta’ tip tal-KEE jew approvazzjoni ta’ tip nazzjonali għal raġuni li jkollha x’taqsam mas-sedili għall-passiġġieri jekk il-ħtiġijiet ta’ l-Anness ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 3

L-ebda Stat Membru ma jista’ jirrifjuta r-reġistrazzjoni jew jipprojbixxi l-bejgħ, dħul fis-servizz jew użu ta’ tratturi għal raġunijiet relatati mas-sedili għall-passiġġieri jekk il-ħtiġijiet ta’ l-Anness ikunu ġew sodisfatti.

Artikolu 4

Kwalunkwe emendi meħtieġa sabiex ikunu adattati l-ħtiġijiet ta’ l-Anness għal progress tekniku għandhom ikunu adottati bi qbil mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 74/150/KEE.

Artikolu 5

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva fi żmien 18-il xahar minn notifikazzjoni tagħha u għandhom jinfurmaw mal-ewwel lill-Kummissjoni bihom.

2. Stati Membri għandhom jiżguraw li t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1976.

Għall-Kunsill

Il-President

M. van der Stoel

[1] ĠU Ċ 28, 17.2.1967, p. 462/67.

[2] ĠU Ċ 42, 7.3.1967, p. 620/67.

[3] ĠU L 84, 28.3.1974, p. 10.

--------------------------------------------------

ANNESS

I. REGOLI ĠENERALI GĦALL- KOSTRUZZJONI U INSTALLAZZJONI

1. Kull sedil għandu jkun mpoġġi b’tali mod li l-passiġġier ma jkun fl-ebda periklu u ma joħloq l-ebda tfixkil fis-sewqan tat-trattur.

2. Kull sedil għandu jkun installat tajjeb u mwaħħal sew skond it-tip ta’ trattur, ma’ membru strutturali tat-trattur (chassis, apparat ta’ protezzjoni fil-każ li jinqaleb, pjattaforma, etċ.).

3. Il-membru strutturali konċernat irid jkun b’saħħtu biżżejjed sabiex jiflaħ it-tagħbija ta’ sedil tal-passiġġier.

II. REGOLI SPEĊJALI TA’ KOSTRUZZJONI

1. Kull sedil għandu jkun ta’ l-inqas wiesgħa 400 mm u ta’ l-inqas fond 300 mm.

2. Kull sedil għandu jkun installat b’dahar ta’ għoli ta’ mhux inqas minn 200 mm u mhux aktar minn 250 mm li jinkludi support laterali. Id-dimensjonijiet imsemmija hawn fuq ma għandhomx japplikaw jekk ikun hemm spazju magħluq fejn jintrefgħu affarijiet goffi wara l-passiġġier. L-imħadda tas-sedil għandha tkun imbottita jew flessibbli.

3. Għandu jkun provdut rest għas-saqajn tal-passiġġier.

4. Għandu jkun hemm spazju ta’ mill-inqas 920 mm ‘il fuq mil-wiċċ tas-sedil tal-passiġġier. Iżda, fejn trattur jissodisfa l-ħtiġijiet relatati mal-protezzjoni tas-sewwieq u tas-sedil tiegħu, iżda l-kostruzzjoni ma tħallix tali spazju għall-passiġġier, l-ispazju jista’ jitnaqqas għal 800 mm, sakemm tkun provduta biżżejjed mbottitura eżattament fuq is-sedil tal-passiġġier mal-livell tas-saqaf.

Il-parti ta’ fuq ta’ l-ispazju maħsub għall-passiġġier tista’ tkun limitata fuq wara biss b’radius li ma jaqbiżx 300 mm (ara d-disinn miżjud). L-ispazju vertikali hu l-ispazju vertikali miftuħ bejn it-tarf ta’ quddiem tas-sedil u s-saqaf tat-trattur.

5. Is-sedil tal-passiġġier ma għandux iżid mal-wisa’ totali tat-trattur.

6. Ma jistax ikun hemm aktar minn sedil wieħed tal-passiġġiera għal kull mudguard, fejn ikun hemm il-mounting point.

--------------------------------------------------

Top