EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0251R(04)

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 (Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 84 tal‐20 ta' Marzu 2014)

ST/7742/2020/INIT

OJ L 182, 10.6.2020, p. 11–11 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/251/corrigendum/2020-06-10/oj

10.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 182/11


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 251/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 84 tal‐20 ta' Marzu 2014 )

1.

Fit-Titolu, fil-paġna tal-werrej u fit-test kollu tar-Regolament inklużi l-Annessi, il-frażi “prodotti tal-inbid aromatizzat” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “prodotti tal-inbid aromatizzati”;

2.

Fit-test kollu tar-Regolament, il-frażijiet li ġejjin: “xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat”, “xarbiet ibbażati fuq l-inbid” u “xorb ibbażat fuq l-inbid aromatizzat” għandhom jiġu sostitwiti bil-frażi waħdanija “xorb aromatizzat ibbażat fuq l-inbid”;

3.

Fil-paġna 14, il-premessa 6,

minflok:

“Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti tal-inbid aromatizzat kollha mqiegħda fis-suq fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk jiġix prodott fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi.”,

aqra:

“Fl-interess tal-konsumaturi, dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti kollha tal-inbid aromatizzati mqiegħda fis-suq fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk jiġix prodott fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi.”;

4.

Fil-paġna 17, l-Artikolu 1, il-paragrafu 3,

minflok:

“3.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti kollha tal-inbid aromatizzat fuq is-suq fl-Unjoni irrispettivament minn jekk ikunux prodotti fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.”,

aqra:

“3.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti kollha tal-inbid aromatizzati fuq is-suq fl-Unjoni irrispettivament minn jekk ikunux prodotti fl-Istati Membri jew f’pajjiżi terzi, kif ukoll għal dawk prodotti fl-Unjoni għall-esportazzjoni.”.

Top