EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1667R(01)

1667/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 tas- 7 ta’ Novembru 2006 dwar il-glukosju u l-lattosju (verżjoni kodifikata) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 64M, 10.3.2009, p. 188–190 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1667/corrigendum/2009-03-10/oj

10.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/188


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 tas-7 ta’ Novembru 2006 dwar il-glukosju u l-lattosju (verżjoni kodifikata)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1667/2006

tas-7 ta’ Novembru 2006

dwar il-glukosju u l-lattosju

(verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar il-glukosju (3) u l-lattosju ġie sostanzjalment emendat diversi drabi (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Sabiex jiġu evitati diffikultajiet tekniċi fir-rigward tal-klassifika doganali, ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tariffarja u statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (5) jiġbor flimkien il-glukosju, il-ġulepp tal-glukosju, il-lattosju u l-ġulepp tal-lattosju taħt intestatura waħda u l-glukosju u l-lattosju kimikament puri taħt oħra.

(3)

Madankollu, il-glukosju li jaqa' taħt is-subintestaturi 1702 30 91, 1702 30 99 u 1702 40 90 tan-nomenklatura magħquda u l-lattosju li jaqa' taħt is-subintestatura 1702 19 00 tan-nomenklatura magħquda huma elenkati fl-Anness I għat-Trattat u għalhekk huma soġġetti għas-sistema ta' kummerċ ma' pajjiżi terzi prevista taħt l-organizzazzjoni komuni tas-swieq li jagħmlu parti minnha, filwaqt li l-glukosju u l-lattosju kimikament puri li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-Trattat huma soġġetti għas-sistema tad-dazji dognali, li l-inċidenza ekonomika tagħhom tista' tkun differenti b'mod sensibbli.

(4)

Din is-sitwazzjoni toħloq diffikultajiet li huma akbar peress li l-prodotti in kwistjoni, ikun x’ikun il-grad tal-purità tagħhom, huma derivati mill-istess prodotti bażiċi. Il-kriterju għall-klassifika doganali bejn dawk il-prodotti li huma kimikament puri u dawk li mhumiex huwa 99 % grad ta' purità. Barra minn hekk, il-prodotti bi grad ta' purità ftit ogħla jew ftit aktar baxx jista' jkollhom l-istess użu ekonomiku. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ sistemi differenti twassal għal tgħawwiġ ta' kompetizzjoni li huwa akbar minħabba l-interkambjabbiltà

(5)

L-unika soluzzjoni għal dawn id-diffikultajiet hija li l-prodotti jiġu sottomessi għall-istess trattament ekonomiku jkun xi jkun il-grad ta' purità tagħhom jew, sal-punt li dan ikun jidher adegwat, li t-trattament mogħti liż-żewġ gruppi ta' prodotti jiġi armonizzat.

(6)

It-Trattat ma jipprovdix speċifikament l-awtorità meħtieġa biex tittieħed tali azzjoni. F'dawn iċ-ċirkostanzi għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa abbażi ta' l-Artikolu 308 tat-Trattat. Barra minn hekk, l-aktar miżuri xierqa huma li t-trattament mogħti lill-glukosju ieħor taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (6) jiġi estiż lill-glukosju kimikament pur, u t-trattament mogħti lil-lattosju ieħor taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, jiġi estiż lil-lattosju kimikament pur (7),

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-trattament previst bir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u bid-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-glukosju u l-ġulepp tal-glukosju li jaqgħu taħt is-subintestaturi 1702 30 91, 1702 30 99 u 1702 40 90 tan-nomenklatura magħquda għandu jiġi estiż lill-glukosju u lill-ġulepp tal-glukosju li jaqgħu taħt l-intestaturi 1702 30 51 u 1702 30 59 tan-nomenklatura kkombinata.

Artikolu 2

It-trattament previst bir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 u bid-dispożizzjonijiet adottati għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal-lattosju u l-ġulepp tal-lattosju li jaqgħu taħt is-subintestatura 1702 19 00 tan-nomenklatura magħquda għandu jiġi estiż lil-lattosju u lill-ġulepp tal-lattosju li jaqgħu taħt l-intestatura 1702 11 00 tan-nomenklatura magħquda.

Artikolu 3

Meta t-trattament mogħti lill-glukosju u lill-ġulepp tal-glukosju jew lil-lattosju u lill-ġulepp tal-lattosju li jaqgħu rispettivament taħt is-subintestaturi 1702 30 91, 1702 30 99, 1702 40 90 u 1702 19 00 tan-nomenklatura magħquda huwa emendat skond l-Artikolu 37 tat-Trattat jew skond il-proċeduri stabbiliti għall-applikazzjoni ta' dak l-Artikolu, tali emendi għandhom jestendu kif xieraq għall-glukosju u għall-ġulepp tal-glukosju jew għal-lattosju jew għall-ġulepp tal-lattosju li jaqgħu rispettivament taħt is-subintestaturi 1702 30 51, 1702 30 59 u 1702 11 00 tan-nomenklatura magħquda, sakemm, skond l-istess proċeduri, ma jittieħdux miżuri oħrajn għall-armonizzazzjoni tat-trattament applikabbli għal dawk il-prodotti bit-trattament applikabbli għal dawk diġà msemmijin.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KEE) Nru 2730/75 huwa b'dan revokat.

Referenzi għar-Regolament li ġie rrevokat għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA

ANNESS I

REGOLAMENT IRREVOKAT FLIMKIEN MA’ L-EMENDI SUĊĊESSIVI TIEGĦU

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2730/75

(ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 222/88

(ĠU L 28, 1.2.1988, p. 1)

Artikolu 7 biss

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2931/95

(ĠU L 307, 20.12.1995, p. 10)

Artikolu 2 biss

ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KEE) Nru 2730/75

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Anness I

Anness II


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Ottubru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 281, 1.11.1975, p. 20. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2931/95 (ĠU L 307, 20.12.1995, p. 10).

(4)  Ara l-Anness I.

(5)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 996/2006 tal-Kummissjoni (ĠU L 179, 1.7.2006, p. 26).

(6)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(7)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru. 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).


Top