EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0785R(01)

785/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2006 tat- 23 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 71M, 17.3.2009, p. 374–376 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/785/corrigendum/2009-03-17/oj

17.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/374

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2006 tat-23 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 785/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 785/2006

tat-23 ta’ Mejju 2006

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi jew entitajiet pubbliċi assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Fit-12 ta’ Mejju 2006, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ddeċieda li jemenda l-lista li tinkudi fiha lil Saddam Hussein u uffiċjali għolja oħra tal-eks reġim Iraqin, il-membri tal-familja immedjati u l-entitajiet li huma proprjetà jew huma kkontrollati minnhom jew minn persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt it-tmexxija tagħhom, li guqhom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Għalhekk, l-Anness IV għandu b' hekk jiġi emendat.

(3)

L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jinkludi l-ismijiet ta' ċerti persuni ġuridiċi, korpi u entitajiet li nżiedu bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 979/2004 (2). Biex tkun żgurata l-konformità mal-lista stabbilita mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, issa dawn għandhom jitqiegħdu fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003.

(4)

Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru. 1210/2003 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru. 1210/2003 qed jiġi b’dan emendat kif stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2006.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali tar-Relazzjonijiet Esterni

ANNESS I

Il-persuni, korpi jew entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom jitneħħew mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003:

(1)

AL-ARABI TRADING COMPANY. Indirizzi: (a) Hai Babil, Lane 11, District 929, Baghdad, Iraq; (b) Hai Al-Wahda, Lane 15, Area 902, Office 10, Baghdad, Iraq, (c) P.O. Box 2337, Alwiyah, Baghdad, Iraq.

(2)

AL-BASHAIR TRADING COMPANY, LTD (magħrufa wkoll bħala AL-BASHAER TRADING COMPANY, LTD, (b) AL-BASHIR TRADING COMPANY, LTD, (c) AL-BASHA'IR TRADING COMPANY, LTD, (d) AL-BASHAAIR TRADING COMPANY, LTD, (e) AL-BUSHAIR TRADING COMPANY, LTD). Indirizz: Sadoon St, Al-Ani Building, first floor, Baghdad, Iraq.

(3)

AL-HUDA STATE COMPANY FOR RELIGIOUS TOURISM (magħrufa wkoll bħala (a) AL-HUDA FOR RELIGIOUS TOURISM COMPANY, (b) AL-HODA STATE COMPANY FOR RELIGIOUS TOURISM, (c) AL-HODA FOR RELIGIOUS TOURISM COMPANY). Indirizz: Iraq.

(4)

AL WASEL AND BABEL GENERAL TRADING LLC. Indirizzi: (a) Ibrahim Saeed Lootah Building, Al Ramool Street, P.O. Box 10631, Dubai, United Arab Emirates; (b) 638, Rashidiya, Dubai, United Arab Emirates; (c) Lootah Building, Airport Road, near Aviation Club, Rashidya, Dubai, United Arab Emirates; (d) Villa fiż-żona Harasiyah, Baghdad, Iraq.

(5)

AVIATRANS ANSTALT (magħrufa wkoll bħala AVIATRANS ESTABLISHMENT). Indirizz: Ruggell, Liechtenstein.

(6)

LOGARCHEO S.A. (magħrufa wkoll bħala LOGARCHEO AG). Indirizz: Chemin du Carmel, 1661 Le Paquier-Montbarry, Switzerland. Tagħrif ieħor: Nru Federali: CH-2 17-0-431-423-3 (l-Iżvizzera).

(7)

MIDCO FINANCIAL, S.A. (magħrufa wkoll bħala MIDCO FINANCE, S.A.). Tagħrif ieħor: Nru Federali: CH-660-0-469-982-0 (l-Iżvizzera).

(8)

MONTANA MANAGEMENT, INC. Indirizz: Il-Panama.

ANNESS II

Il-persuni, korpi jew entitajiet ġuridiċi li ġejjin għandhom jinżiedu mal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003:

(9)

TECHNOLOGY AND DEVELOPMENT GROUP LIMITED (magħrufa wkoll bħala TDG Ltd.). In-numru tal-kumpanija rreġistrata: 02150590 (Ir-Renju Unit) L-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat: 53/64 Chancery Lane, London WC2A 1QU, United Kingdom. Tagħrif ieħor: L-aħħar diretturi magħrufa: Hana Paul JON, Adnan Talib Hashim AL-AMIRI, Dr. Safa Hadi Jawad AL-HABOBI.

(10)

T.M.G. ENGINEERING LIMITED (magħrufa wkoll bħala TMG Ltd.). In-numru tal-kumpanija rreġistrata: 02142819 (Ir-Renju Unit) L-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat: 53/64 Chancery Lane, London WC2A 1QU, United Kingdom. Tagħrif ieħor: L-aħħar diretturi magħrufa: Hana Paul JON, Adnan Talib Hashim AL-AMIRI, Dr. Safa Hadi Jawad AL-HABOBI.

(1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1450/2005 (ĠU L 230, 7.9.2005, p. 7).

(2)  ĠU L 180, 15.5.2004, p. 9.

Top