EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Antartiku

 

SOMMARJU TA’:

Il-konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Antartiku

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/691/KEE tal-4 ta’ Settembru 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin tal-Antartika

X’INHU L-GĦAN TAL-KONVENZJONI U TAD-DEĊIŻJONI?

  • L-għan tal-Konvenzjoni huwa l-konservazzjoni tal-ħajja kollha tal-baħar, inklużi l-ħut, il-molluski, il-krustaċji u l-għasafar, fin-nofsinhar ta’ 60o tal-latitudni tan-Nofsinhar u fiż-żona bejn dik il-latitudni u l-Konverġenza Antartika* li jagħmlu parti mill-ekosistema tal-baħar tal-Antartiku. Għall-finijiet tal-Konvenzjoni, it-terminu “konservazzjoni” jinkludi użu razzjonali.
  • Id-deċiżjoni tapprova l-Konvenzjoni f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

Sabiex tiġi kkonservata l-ħajja tal-baħar, il-Konvenzjoni teħtieġ li kwalunkwe attività ta’ sajd u attivitajiet assoċjati jsegwu l-prinċipji li ġejjin:

  • jiġi żgurat li l-popolazzjoni ta’ kwalunkwe speċi fil-mira ta’ tali attivitajiet ma taqax taħt il-livelli meħtieġa biex jinżammu popolazzjonijiet stabbli.
  • jinżammu r-relazzjonijiet ekoloġiċi bejn il-popolazzjonijiet fil-mira u l-popolazzjonijiet dipendenti u relatati tal-ħajja tal-Baħar Antartiku, u l-popolazzjonijiet eżawriti jitreġgħu lura għal-livelli definiti hawn fuq; u
  • jiġi evitat tibdil jew jiġi minimizzat ir-riskju ta’ tibdil fl-ekosistema tal-baħar li mhuwiex potenzjalment riversibbli fuq perjodu ta’ għoxrin jew ta’ tletin sena, filwaqt li jitqiesu diversi fatturi inkluż it-tibdil ambjentali, bil-għan li tiġi faċilitata l-konservazzjoni sostnuta tar-riżorsi ħajjin tal-baħar tal-Antartiku.

Il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (CCAMLR) u l-Kumitat Xjentifiku

  • Kummissjoni internazzjonali, is-CCAMLR, imwaqqfa mill-Konvenzjoni, hija responsabbli għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni waqt il-laqgħat annwali tagħha bil-għan li tiġi żgurata l-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar Antartiku, inkluż l-użu razzjonali tagħhom.
  • Il-Kumitat Xjentifiku huwa korp konsultattiv imwaqqaf mill-Konvenzjoni biex jipprovdi forum għal konsultazzjoni u kooperazzjoni dwar il-ġbir, l-istudju u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-ħajja tal-baħar koperta mill-Konvenzjoni. Fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet u l-pariri tal-Kumitat Xjentifiku.
  • Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/867, adottata f’Mejju 2019, tistabbilixxi l-pożizzjoni tal-UE fi ħdan il-Kummissjoni għall-perjodu 2019-2023

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-konvenzjoni daħlet fis-seħħ fis-7 ta’ April 1982.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

  • Dwar is-CCAMLR (il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku).

TERMINI EWLENIN

Il-konverġenza Antartika: linja li tgħaqqad il-punti li ġejjin tul paralleli ta’ latitudni u meridjani ta’ lonġitudni:

50 oS, 0 o; 50 oS, 30 oE; 45 oS, 30 oE; 45 oS, 80 oE; 55 oS, 80 oE; 55 oS, 150 oE; 60 oS, 150 oE; 60 oS, 50 oW; 50 oS, 50 oW; 50 oS, 0 o.

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Antartiku (ĠU L 252, 5.9.1981, pp. 27-35)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 81/691/KEE tal-4 ta’ Settembru 1981 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni għall-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin tal-Antartika (ĠU L 252, 5.9.1981, p. 26)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/867 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin tal-Baħar Antartiku (CCAMLR), u li tħassar id-Deċiżjoni tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fis-CCAMLR (ĠU L 140, 28.5.2019, pp. 72-77)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni –– Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari (COM(2018) 28 final, 16.1.2018)

Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, pp. 81-104)

Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna (JOIN(2016) 49 final, 10.11.2016)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, pp. 1-50)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, pp. 1-32)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 600/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jelenka ċerti miżuri tekniċi applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fl-inħawi koperti mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-Baħar Antartiku (ĠU L 97, 1.4.2004, pp. 1-15)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 601/2004 tat-22 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll applikabbli għall-attivitajiet tas-sajd fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi marittimi ħajjin ta’ l-Antartiku u jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 3943/90, (KE) Nru 66/98 u (KE) Nru 1721/1999 (ĠU L 97, 1.4.2004, pp. 16-29)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi skema ta’ dokumentazzjoni ta’ qbid ta’ Dissostichus spp. (ĠU L 145, 31.5.2001, pp. 1-9)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 10.03.2020

Top