EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Maġġoranza kwalifikata

Maġġoranza kwalifikata (MK) hija n-numru ta' voti meħtieġa fil-Kunsill sabiex tkun tista’ tiġi adottata deċiżjoni meta jkunu qegħdin jiġu diskussi kwistjonijiet fuq il-bażi tal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 238 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Taħt il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, il-Kunsill jaġixxi b’MK, f’ko-deċiżjoni mal-Parlament Ewropew.

Fl-1 ta’ Novembru 2014, ġiet introdotta proċedura ġdida għal votazzjoni b’MK, ir-regola ta’ ‘maġġoranza doppja’. Hawnhekk, meta l-Kunsill jivvota fuq proposta mressqa mill-Kummissjoni jew mir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, tinkiseb MK jekk jiġu ssodisfati 2 kundizzjonijiet:

  • ikun hemm 55% tal-pajjiżi tal-UE li jivvotaw favur - jiġifieri 16 minn 28;
  • il-proposta tiġi appoġġjata minn pajjiżi li jirrappreżentaw mill-inqas 65% tal-popolazzjoni totali tal-UE.

Meta l-Kunsill jivvota fuq proposta mhux magħmula mill-Kummissjoni jew mir-Rappreżentant Għoli, deċiżjoni tiġi adottata jekk:

  • ikun hemm 72% tal-voti tal-pajjiżi tal-UE favur u
  • dawn jirrappreżentaw mill-inqas 65% tal-popolazzjoni tal-UE.

Sal-31 ta' Marzu 2017, kull pajjiż tal-UE jista’ jitlob li tittieħed deċiżjoni skont ir-regoli fis-seħħ qabel l-1 ta’ Novembru 2014 (jiġifieri skont ir-regoli definiti mit-Trattat ta' Nizza).

ARA WKOLL

Top