Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Politika Ewropea tal-Viċinat

Maħluqa l-ewwel fl-2004, il-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) tfittex li tistabbilixxi relazzjonijiet speċjali ma’ 16 minn fost il-ġirien tal-UE fin-Nofsinhar u fil-Lvant.

Kif enfasizzat fir-reviżjoni tal-PEV tal-2015, il-politika tiffoka fuq erba’ oqsma ta’ prijorità:

  • Il-governanza tajba, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;
  • l-iżvilupp ekonomiku;
  • is-sigurtà; u
  • il-migrazzjoni u l-mobilità.

L-għan huwa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-istati u s-soċjetajiet fil-viċinat tal-UE. Il-PEV tinkludi l-prinċipju ta’ divrenzjar u approċċi mfassla apposta ma’ kull sieħeb, inkluż sjieda reċiproka akbar.

L-UE u l-biċċa l-kbira tal-imsieħba tal-viċinat tagħha qablu b’mod konġunt dwar prijoritajiet ta’ sħubija ġodda, li jiffukaw kull relazzjoni bilaterali b’mod aktar ċar fuq interessi komuni identifikati.

Il-PEV hija appoġġata mill-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI). Fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali attwali (2021-2027), huwa previst ammont ta’ € 19-il biljun għall-viċinat taħt il-pilastru ġeografiku NDICI biss.

ARA WKOLL

Top